EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0917(01)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Settembru 2010 li taħtar żewġ membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 250, 17.9.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/09/2015

17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Settembru 2010

li taħtar żewġ membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 250/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta' Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kunsill,

Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika huwa magħmul minn erbgħa u għoxrin membru.

(2)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008, tnax-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni tagħha 2009/304/KE tat-30 ta' Marzu 2009 (2) il-Kummissjoni ħatret tnax-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika.

(4)

Minħabba li tnejn minn dawn il-membri rriżenjaw, il-Kummissjoni, wara li kkonsultat kif suppost mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, issa ħatret żewġ membri ġodda tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta' dan ta' hawnhekk qed jinħatru s-Sra Anuska FERLIGOJ u s-Sra Emilia ȚIȚAN bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal perjodu ta' ħames snin.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.

(2)  ĠU L 84, 31.3.2009, p. 44.


Top