EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0815

2010/815/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Diċembru 2009 l-Għajnuna mill-Istat C 21/05 (ex PL 45/04) li l-Polonja tippjana li timplimenta għal Poczta Polska bħala kumpens tal-obbligi tas-servizz postali universali (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9962) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 347, 31.12.2010, p. 29–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/815/oj

31.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2009

l-Għajnuna mill-Istat C 21/05 (ex PL 45/04) li l-Polonja tippjana li timplimenta għal Poczta Polska bħala kumpens tal-obbligi tas-servizz postali universali

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9962)

(Il-test Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/815/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija (2) u wara li kkunsidrat dawk il-kummenti,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ e-mail tat-30 ta’ April 2004, l-awtoritajiet Pollakki nnotifikaw żewġ skemi ta’ għajnuna favur l-operatur postali Pollakk Państwowe Przedsiębiorstwo Użyteczności Publicznej Poczta Polska (minn issa ’l quddiem PP), skont il-“proċedura tal-mekkaniżmu temporanju”, stabbilita fl-Anness IV.3 tal-Att tal-Adeżjoni, li jifforma parti mit-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, Slovenja u Slovakkja fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Iż-żewġ skemi tal-għajnuna ġew irreġistrati bin-numri li ġejjin: PL 45/04: Kumpens lill-PP biex iwettaq servizzi universali postali u PL 49/04: Għajnuna lill-PP għal investiment relatat mal-provvista tas-servizzi universali postali.

(3)

Fis-26 ta’ Lulju 2004, is-26 ta’ Novembru 2004 u s-7 ta’ Frar 2005, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. L-awtoritajiet Pollakki ssottomettew informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri ta’:l-10 ta’ Settembru 2004, is-27 ta’ Ottubru 2004, it-3 ta’ Diċembru 2004 u d-29 ta’ Marzu 2005.

(4)

Żewġ laqgħat bejn l-awtoritajiet Pollakki u s-servizzi tal-Kummissjoni seħħew fil-25 ta’ Ottubru 2004 u fil-31 ta’ Jannar 2005. Fl-20 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni rċiviet informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Pollakki.

(5)

Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ġunju 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li kienet iddeċidiet tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE fir-rigward taż-żewġ skemi ta’ għajnuna. Iż-żewġ skemi ta’ għajnuna kienu rreġistrati bin-numri li ġejjin: C 21/05: Kumpens lill-PP għat-twettiq tas-servizzi postali universali u C 22/05: Għajnuna lill-PP għal investimenti relatati mal-provvista ta’ servizzi postali universali.

(6)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom.

(7)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti minn partijiet interessati oħra.

(8)

Il-Polonja ssottomettiet il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Awwissu 2005. Laqgħa bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni seħħet fl-10 ta’ Jannar 2006. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Jannar 2006.

(9)

Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Frar 2006, l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li kellhom il-ħsieb jirtiraw in-notifika tal-iskema tal-għajnuna C 22/05: Għajnuna lill-PP għal investimenti marbuta mal-provvista ta’ servizzi postali universali. Wara t-talba tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2006, l-awtoritajiet Pollakki indikaw permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Marzu 2006 li ma kinux se jipproċedu bil-proġett ta’ għajnuna kopert min-notifika msemmija fuq u biddlu l-qafas legali tal-iskema sabiex ineħħu l-possibbiltà ta’ għoti ta’ għajnuna għall-investiment (4).

(10)

Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ April 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet ittemm il-proċeduri tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward l-għajnuna C 22/05: Għajnuna lill-PP għal investimenti marbuta mal-provvista ta’ servizzi postali universali, għax dawn kienu saru mingħajr għan (5) peress li l-għajnuna qatt ma kienet ġiet implimentata.

(11)

Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Frar 2006, l-awtoritajiet Pollakki bagħtu informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni fir-rigward tal-każ dwar l-għajnuna mill-Istat C 21/05: Kumpens lill-PP għat-twettiq tas-servizz postali universali. Huma indikaw madankollu li fl-2004 u l-2005, ebda kumpens mill-Istat ma kien ingħata lill-PP għat-twettiq tal-obbligu tas-servizz postali universali. L-iskema in kwistjoni qatt ma kienet ġiet iffinanzjata u qatt ma ġiet applikata fl-2004 u l-2005.

(12)

Permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni ddeċidiet ittemm parzjalment il-proċedimenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE fir-rigward tal-għajnuna C 21/05: Għajnuna lill-PP għat-twettiq ta’ servizz postali universali għall-perjodu 2004-2005, peress li dawn kienu saru mingħajr għan peress li l-għajnuna ma kinetx ġiet implimentata fl-2004 u l-2005. Il-proċedimenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE baqgħu miftuħa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 ’il quddiem (6). Permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna in kwistjoni għall-perjodu 2006 ’il quddiem. L-awtoritajiet Pollakki wieġbu permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Frar 2007.

(13)

PP kien ikklassifikat bħala Kumpanija ta’ Servizzi Pubbliċi u eżerċita l-attivitajiet tiegħu fuq il-bażi tal-“Att tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar l-Intrapriża tal-Istat ta’ servizzi pubbliċi PP”. Fid-deċiżjoni tagħha tal-24 ta’ April 2007 rigward il-każ dwar l-għajnuna mill-Istat E 12/05: Garanzija Statali Mingħajr Limitu lill-Poczta Polska, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impossibbiltà li PP ifalli minħabba l-istat legali tiegħu pprovdiet lill-impriża garanzija Statali mingħajr limitu (7).

(14)

Skont il-pjan addottat mill-Kunsill tal-Ministri fil-11 ta’ April 2006, it-trasformazzjoni tal-pussess tal-Poczta Polska kellha sseħħ f’żewġ stadji, jiġifieri l-kummerċjalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni. Fil-25 ta’ Ġunju 2008, il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni rigward id-dħul fis-seħħ fil-25 ta’ April 2008 ta’ liġi ġdida tal-11 ta’ April 2008 li temenda dik li tipprovdi lill-PP l-impossibbiltà li jkun suġġett għal proċedimenti ordinarji ta’ falliment. Fuq il-bażi tal-liġi l-ġdida, ma kienx ċar għall-Kummissjoni liema sistema legali tapplika għall-PP peress li ma deherx li kien hemm tibdil fl-istat legali tiegħu.

(15)

L-ewwel stadju ta’ trasformazzjoni ġie implimentat skont l-Att tal-5 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tas-servizz pubbliku PP (8), u għalhekk il-PP ġie mibdul minn intrapriża Statali għal kumpanija ta’ azzjonijiet konġunti (Spółka akcyjna) li t-Teżor għandu fiha 100 % tal-ishma. Bħala konsegwenza ta’ dan, PP tilef l-istat legali li kien jipprevijeni li dan ifalli. Il-garanzija Statali mingħajr limitu favur PP kienet għalhekk imneħħija u l-kumpanija hija issa suġġetta għal proċedimenti ordinarji ta’ falliment.

(16)

Diversi laqgħat bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni seħħew fis-27 ta’ Ġunju 2007, l-20 ta’ Lulju 2007, is-26 ta’ Settembru 2007 u l-25 ta’ Lulju 2008.

(17)

Wara dawn il-laqgħat l-awtoritajiet Pollakki ttrażmettew informazzjoni komplementarja li ġiet reġistrata mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Diċembru 2007 (A/40109/a), fit-8 ta’ Frar 2008 (A/2536), fil-15 ta’ April 2008 (A/7047), fit-28 ta’ April 2008 (A/8137), fit-18 ta’ Ġunju 2008 (A/13261), fis-7 ta’ Novembru 2008 (A/23609), fis-6 ta’ Jannar 2009 (A/191), fit-2 ta’ Frar 2009 (A/2483), fid-29 ta’ April 2009 (A/10409), fil-15 ta’ Ġunju 2009 (A/14530), fl-4 ta’ Settembru 2009 (A/19121), fl-14 ta’ Settembru 2009 (A/19796), fil-25 ta’ Settembru 2009 (A/20558), fl-1 ta’ Ottubru 2009 (A/20997) u fit-2 ta’ Novembru 2009 (A/23309).

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA

II.1.   Il-benefiċjarju

(18)

PP huwa l-operatur postali nazzjonali kurrenti, li ġie stabbilit fl-1 ta’ Jannar 1992, permezz ta’ Ordinanza mill-Ministru tal-Komunikazzjoni tal-4 ta’ Diċembru 1991 u jirriżulta mit-trasformazzjoni tal-Uffiċċju tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet f’unitajiet postali u tat-telekomunikazzjoni.

(19)

Permezz tal-“Att tat-12 ta’ Ġunju 2003 – Liġi Postali” (minn hawn ’il quddiem “Il-Liġi Postali”) (9), PP huwa inkarigat (10) bl-obbligu li jipprovdi s-servizz postali universali fit-territorju kollu tar-Repubblika tal-Polonja.

(20)

Permezz tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-PP għall-2004-2006, PP ġie mibdul f’kumpanija holding. Bħala konsegwenza ta’ dawn il-bidliet, il-grupp PP li jappartjeni lill-Istat huwa magħmul minn dawn is-sussidjarji:

Bank Pocztowy S.A. li 75 % minnu jappartjeni lil PP (minn hawn ’il quddiem BP),

Pocztylion-Arka Powszechne Towarzystwo Emerytalne S.A., fond ta’ pensjoni li 33 % minnu jappartjeni lil PP,

Pocztowa Agencja Usług Finansowych S.A. kumpanija tas-servizzi finanzjarji li 60 % minnha tappartjeni lil PP (minn hawn ’il quddiem PAUF),

Post Media Serwis Sp. z o.o. (11), fornitur ta’ servizzi ta’ kiri formali li issa jiffoka fuq reklamar, attivitajiet ta’ promozzjoni u pubblikazzjoni; jappartjeni totalment lil PP,

Postdata S.A. (fornitur ta’ sistemi tal-IT li 51 % minnu jappartjeni lil PP),

Pocztowe Towarzystwo Ubezpieczeń Wzajemnych, assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka li tappartjeni totalment lil PP (minn hawn ‘il quddiem PTUW).

(21)

Fl-2007, il-kumpanija pprovdiet is-servizzi tagħha permezz ta’ 8 692 uffiċċji tal-posta, li minnhom 53 % kienu jinsabu f’żoni rurali u 47 % f’żoni urbani. PP huwa l-akbar impjegatur fil-Polonja; fl-2006, impjega iktar minn 95 000 impjegati.

(22)

PP huwa attiv l-aktar fis-settur postali. Il-kumpanija tipprovdi, minbarra s-servizz postali universali (riżervat u mhux riżervat), servizzi b’xejn li mhumiex ta’ natura universali bħal servizzi ta’ kunsinna espressa, filatelija, u distribuzzjoni tal-gazzetti jew servizzi ta’ bejgħ dirett.

(23)

Bħala riżultat tax-xejra li tonqos kontinwament fl-ammonti ta’ servizzi postali pubbliċi, b’mod partikolari fl-uffiċċji rurali, sabiex jagħmel użu massimu mill-infrastruttura u r-riżorsi umani filwaqt li jirrispetta r-rekwiżit tiegħu ta’ aċċessibbiltà obbligatorja, l-Uffiċċju Postali Pollakk ilu diversi snin jiżviluppa attivitajiet finanzjarji u attivitajiet kummerċjali oħra kif ukoll jikkoopera ma’ xi kumpaniji finanzjarji jew tal-assigurazzjoni. Xi servizzi kummerċjali li jagħmlu telf qegħdin ikunu preżentement eliminati fil-kwadru tal-“programm korrettiv” imniedi fit-tmiem tal-2008. Barra minn hekk, il-Posta Pollakka qed timmira li żżid fil-ġejjieni qarib in-numru u l-ammont ta’ servizzi provduti għall-Bank Pocztowy, PAUF u PTUW li, flimkien mal-proċedura kurrenti ta’ negozjar mill-ġdid tal-prezzijiet tat-trasferiment għandhom, skont l-aspettazzjonijiet tal-Polonja, iwasslu fi ftit snin biex jiżguraw lill-grupp tal-PP riżultat sodisfaċenti mill-attivitajiet imwettqa f’isem dawn is-sussidjarji.

(24)

L-attivitajiet finanzjarji tal-PP jinkludu l-bejgħ ta’ prodotti li jappartjenu lill-Bank Pocztowy (sussidjarju tal-bank PKO BP u PP) jiġifieri self, kontijiet u depożiti, servizzi ta’ kiri (permezz tas-sussidjarju tal-PP -Post Media Serwis), servizzi finanzjarji differenti inkluż trasferimenti ta’ flus fil-kontijiet tal-bank, kunsinna ta’ flus fid-dar tad-destinatarju forma ta’ Istruzzjoni Postali ta’ Ħlas bil-Flus, ġbir tal-ħlas tal-liċenzji tar-Radju u tat-TV u l-ipproċessar ta’ ċekks bankarji maħruġa minn banek differenti u krediti tal-flus. PP huwa attiv ukoll fis-suq tal-assigurazzjoni bid-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni u finanzjarji minn intrapriżi li għandhom irbit tal-kapital ma’ Poczta Polska, jiġifieri PAUF, OFE Pocztylion u TUW Pocztowe (12). PP imexxi wkoll fond ta’ pensjoni bl-isem Pocztylion-Arka PTE S.A.

(25)

Fl-aħħar nett, PP jipprovdi wkoll servizzi tal-IT permezz tas-sussidjarju tiegħu-Postdata u servizzi kummerċjali elettroniċi.

(26)

Minn perspettiva organizzattiva, PP jikkonsisti (13) f’

4 unitajiet kummerċjali (ċentri ta’ profitt): ċentru ta’ servizzi postali; ċentru liċenzjat ta’ servizzi; ċentru tal-loġistika u ċentru ta’ netwerk postali,

5 unitajiet ta’ sostenn: ċentru ta’ informazzjoni teknoloġika; iċ-ċentru tal-infrastruttura; iċ-ċentru tas-servizzi finanzjarji, iċ-ċentru tal-ġestjoni tas-sikurezza u ċ-ċentru tal-kontabbiltà,

id-direttorat ġenerali.

Image

(27)

Matul is-sena finanzjarja 2006 PP kiseb fatturat ta’ PLN 6 289 miljun (14), qligħ operattiv ta’ PLN 146 miljun u qligħ nett ta’ PLN 124 miljun. Sal-31 ta’ Diċembru 2006 il-kapital proprju ammonta għal PLN 1 573 miljun, l-obbligazzjonijiet totali inkluż dispożizzjonijiet għall-obbligazzjonijiet PLN 2 597 miljun li PLN 1 525 miljun kienu l-obbligazzjonijiet kurrenti.

(28)

Poczta Polska jipprovdi servizzi fi 3 tipi ta’ attivitajiet:

Attività bażika (servizzi postali universali, servizzi kuntrattati u servizzi kummerċjali),

Attività anċillari (attivitajiet awżiljari mwettqa għall-bżonnijiet interni tal-PP (15) biex isostni attivitajiet, bejgħ u ġestjoni bażiċi eż. servizzi ta’ trasport, protezzjoni tal-proprjetà u persunal li jittratta konvojs u ħażna tal-flus),

Attività soċjali (provvista ta’ servizzi lil impjegati bħal akkomodazzjoni, kantins, servizzi mediċi u edukattivi (16)).

(29)

Fl-2006 99 % mill-fatturat tal-PP ġie ġġenerat mill-attivitajiet bażiċi, li jikkonsistu f’ (i) servizzi postali universali (riżervati u mhux riżervati), (ii) servizzi kuntrattati (l-akart servizzi postali oħra li jaqgħu ’l barra mill-ambitu tas-servizz postali universali, servizzi finanzjarji bħal pagamenti bil-flus fil-kontijiet tal-bank u l-ġestjoni tas-self u d-depożiti tal-Bank Pocztowy, il-ġestjoni tal-liċenzji tar-radju u tat-televixin u medjazzjoni fl-assigurazzjoni) u (iii) servizzi kummerċjali (l-aktar bejgħ ta’ prodotti kummerċjali, filatelija, ordni bil-posta ta’ kotba, kummerċ b’munita barranija).

II.2.   Is-servizz postali universali fidat lil PP

(30)

Permezz tal-Artikolu 46(2) tal-Liġi Postali tat-12 ta’ Lulju 2003 (17), PP huwa inkarigat bl-obbligu li jipprovdi servizz postali universali fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.

(31)

L-Artikolu 3(25) tal-Liġi postali jiddefinixxi bħala servizzi postali universali s-servizzi postali ta’:

tneħħija, trasport u kunsinna ta’:

ittri li jiżnu sa 2 000 gramma, inkluż ittri reġistrati u ittri assigurati b’valuri ddikjarati,

pakketti postali li jiżnu sa 10 000 gramma, inkluż pakketti assigurati,

oġġetti postali għall-persuni għomja,

kunsinna ta’ pakketti postali mibgħuta minn barra li jiżnu sa 20 000 gramma,

ipproċessar tal-ordnijiet tal-flus postali.

ipprovduti fit-traffiku domestiku u internazzjonali fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, b’mod konsistenti b’kundizzjonijiet kumpatibbli u għal prezzijiet li jintlaħqu, filwaqt li tinżamm il-kwalità mitluba mil-liġi u l-iżgurar tat-tbattil tal-kaxxa postali u l-kunsinna tal-oġġetti postali mill-inqas f’kull ġurnata tax-xogħul u mhux inqas spiss minn 5 darbiet fil-ġimgħa.

(32)

Il-kundizzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tas-servizz postali universali huma definiti mill-Ordinanza tal-Ministru tal-Infrastruttura tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar il-kundizzjonijiet għall-provvista tas-servizzi postali universali (18).

(33)

Il-ħinijiet tal-kunsinna huma definiti kif ġej:

—   ittri prijoritarji: D + 1 82 %, D + 2 90 %, D + 3 94 %,

—   ittri mhux prijoritarji: D + 3 85 %, D + 5 97 %,

—   pakketti prijoritarji: D + 1 80 %,

—   pakketti mhux prijoritarji: D + 3 90 %.

(34)

Uffiċċju postali għandu jitħaddem:

Għal kull 7 000 abitanti f’żoni urbani,

Għal kull 65 kilometru kwadru f’żoni rurali.

(35)

Barra minn hekk kull kontea (gmina) ta’ iktar minn 2 500 abitant għandu jkollha mill-inqas uffiċċju postali wieħed. Kontea b’inqas minn 2 500 abitant tista’ tinqeda bl-uffiċċju postali tal-kontea ta’ ħdejha jew uffiċċju postali mobbli sakemm dan jiżgura kwalità aqwa tas-servizz jew ikollu l-kunsens preċedenti tal-awtoritajiet lokali. Kull uffiċċju postali għandu jkun miftuħ mill-inqas 5 darbiet fil-ġimgħa.

(36)

L-Artikolu 47 tal-Liġi Postali jiddefinixxi s-servizzi li huma riżervati għall-PP. Dawn is-servizzi huma:

tneħħija, trasport u kunsinna ta’:

ittri domestiċi (preżentement li jiżnu mhux iktar minn 50 gramma),

posta diretta domestika (preżentement li tiżen mhux iktar minn 50 gramma),

oġġetti postali domestiċi oħra minbarra dawk imsemmija qabel, impustati b’tali mod li jkun impossibbli li jiġi eżaminat il-kontenut tagħhom (preżentement li jiżnu mhux iktar minn 50 gramma),

tneħħija, trasport u kunsinna ta’ posta internazzjonali (preżentement b’limitu ta’ piż massimu ta’ 50 gramma).

(37)

Skont l-Artikolu 47 tal-Liġi Postali, il-miżati għall-provvista ta’ servizzi postali universali għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-ispejjeż tal-provvista tagħhom, għandhom ikunu uniformi fit-territorju kollu tal-pajjiż, trasparenti u mhux diskriminatorji.

(38)

Barra minn hekk is-sussidjar tas-servizzi postali universali li mhumiex riżervati bid-dħul mis-servizzi riżervati huwa espliċitament projbit fl-istess liġi.

(39)

Skont l-Art 12 tal-“Att tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar l-Intrapriża Statali tas-servizz pubbliku PP” il-Posta Pollakka għandha tmexxi l-kummerċ tagħha fuq il-bażi tal-pjanijiet tagħha stess, billi ssegwi r-regola tal-effiċjenza fl-ispejjeż u l-effettività ekonomika.

(40)

Fuq il-bażi tad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-twettiq sħiħ tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji, il-Polonja għandha l-ħsieb li tneħħi l-monopolji legali fuq is-servizzi postali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.

II.3.   Il-miżura evalwata

(41)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tal-“Liġi tat-30 Lulju 1997 dwar l-Intrapriża Statali tas-servizz pubbliku PP” (19), fuq il-bażi tal-“Liġi Postali”, tal-“Ordinanza tal-Ministru tal-Infrastruttura tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar il-kundizzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali universali” u tal-“Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003”, l-awtoritajiet Pollakki għandhom il-ħsieb li jagħtu sussidji lil PP biex jikkumpensaw għal telf potenzjali mġarrab b’rabta mal-provvista tas-servizz postali universali.

(42)

Dawn is-sussidji se jingħataw ex post fuq il-bażi tat-telf possibbli reġistrat ta’ ċerta sena finanzjarja, jekk applikabbli. L-ammont tas-sussidji għandu jkun limitat għall-ammont tat-telf imġarrab.

(43)

L-ambitu tal-evalwazzjoni dettaljata tal-Kummissjoni tal-iskema ffoka fuq jekk il-miżura hix konformi mal-kundizzjonijiet ta’ kumpatibbiltà stabbiliti fil-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi. Din il-verifika kkonċentrat l-aktar fuq il-kisba ta’ assigurazzjoni raġonevoli li l-Istat mhux se jagħti wisq kumpens għall-ispejjeż netti addizzjonali (20) li Poczta Polska għandha ġġarrab fit-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku universali.

III.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(44)

Ma tressqu ebda kummenti minn partiijet oħra interessati.

IV.   KUMMENTI MILL-POLONJA

(45)

Il-Polonja ressqet il-kummenti tagħha matul l-investigazzjoni (ara l-premessa 17 fuq).

IV.1.   Informazzjoni pprovduta

(46)

Il-Polonja ressqet informazzjoni dwar l-istruttura organizzattiva tal-PP, l-attivitajiet u s-swieq rilevanti li fihom hija attiva l-impriża (ara t-Taqsima II.1), leġiżlazzjoni applikabbli, regoli ta’ kontabbiltà u metodoloġija pertinenti, dejta relevanti differenti u rapporti mill-awtorità Nazzjonali Regolatorja dwar il-konformità tas-sistema tal-kontabbiltà tal-ispejjeż mal-Art 52 tal-Liġi Postali u l-Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003 (minn hawn ’il quddiem l- “Ordinanza”).

(47)

B’mod iktar partikolari l-Polonja għamlet disponibbli għall-Kummissjoni leġiżlazzjoni rilevanti bhal-Liġi tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar l-Intrapriża Statali tas-servizz pubbliku PP, il-Liġi Postali tat-12 ta’ Lulju 2003 u l-emenda sussegwenti tagħha, l-Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003 u l-Att tal-5 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tas-servizz pubbliku PP.

(48)

Il-Polonja ressqet informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija tas-separazzjoni tal-kontabbiltà u l-allokazzjoni tal-ispejjeż adottati mill-operatur postali sabiex tikkwantifika l-ispejjeż (21) tas-servizz postali universali.

(49)

Il-Polonja bagħtet dejta dwar kategoriji differenti ta’ spejjeż u dħul, riżultati skont il-qasam tal-attività (22), riżultati dettaljati għal servizzi individwali, dikjarazzjonijiet finanzjarji u tip ieħor ta’ dejta finanzjarja.

(50)

Ir-rapporti kollha tas-snin li għaddew (23) maħruġa kull sena mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali saru disponibbli għall-Kummissjoni.

IV.2.   Is-sistema ta’ kontabbiltà tal-PP

(51)

L-awtoritajiet Pollakki indikaw li s-sistema interna tal-kontabbiltà tal-PP taħdem fuq il-bażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż applikati b’mod konsistenti u oġġettivament ġustifikabbli, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Postali li tittrasponi fil-leġiżlazzjoni Pollakka l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 97/67/KE li jimponi kontijiet separati fis-sistema interna ta’ kontabbiltà tal-fornituri tas-servizz universali.

(52)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 52(1) (24) u l-Artikolu 52(2) (25) tal-Liġi Postali Pollakka, PP għandu jżomm il-kontijiet b’tali mod, li i) jippermetti li l-ispejjeż jiġu kkalkulati separatament, għal kull servizz riżervat, u kollettivament għal servizzi mhux riżervati (servizz universali kif ukoll servizzi mhux universali) kif ukoll ii) jippermetti l-kalkolu tal-ispejjeż tal-unità. Skont il-Liġi Postali, fl-24 ta’ Diċembru 2003, il-Ministru tal-Finanzi ħareġ Ordinanza dwar il-metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-operatur li jipprovdi s-servizz postali universali (26). Din l-ordinanza (27), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004, timplimenta l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 97/67/KE.

(53)

PP jaqsam is-sistema ta’ kontabbiltà integrata tiegħu fi tliet kategoriji ewlenin:

a.

Is-sistema ta’ kontabbiltà finanzjarja: l-ispejjeż u d-dħul jiġu rreġistrati skont it-tip;

b.

Is-sistema ta’ kontabbiltà analitika: l-ispejjeż jiġu allokati fl-unitajiet organizzattivi tal-PP permezz ta’ ċentri tal-ispejjeż;

c.

Is-sistema ta’ allokazzjoni diretta jew indiretta ta’ spejjeż lill-prodotti.

IV.2.1.   Sistema ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż

(54)

Fis-sistema tal-kontabbiltà finanzjarja (a), l-ispejjeż jiġu rreġistrati skont it-tip (28).

(55)

Fis-sistema tal-kontabbiltà analitika (b), ir-reġistri tal-kontabbiltà tal-ispejjeż u d-dħul ikopru:

ċentri ta’ responsabbiltà: jiġifieri l-unitajiet organizzattivi responsabbli għall-provvista tas-servizzi,

kanali ta’ distribuzzjoni: jiġifieri unitajiet responsabbli għall-bejgħ,

(56)

Fis-sistema tal-allokazzjoni tal-ispejjeż għas-servizzi (c), l-ispejjeż huma maqsuma fi:

—   spejjeż diretti: dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu direttament attribwiti għal servizz speċifiku fuq il-bażi ta’ kejl dirett jew dokument tas-sors. Fl-2006, dawn irrappreżentaw […] (*) tal-ispejjeż totali tal-PP. Pereżempju, dawn l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż tal-formoli meħtieġa għal servizzi partikolari, ħlas finali lil amministrazzjonijiet postali barranin jew l-ispejjeż għat-tħaddim tal-unitajiet għall-ġestjoni tal-abbonamenti għall-RTV,

—   spejjeż indiretti: dawn l-ispejjeż, li ma jistgħux jiġu direttament attribwiti għal servizzzi huma miktuba fil-kontijiet tal-ispejjeż indiretti, u wara allokati fost servizzi li jużaw metodi ta’ allokazzjoni speċifiċi. Fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż totali tal-PP. Il-kategoriji ewlenin tal-ispejjeż indiretti (29) huma:

(a)   Spejjeż operattivi (30) : fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż totali tal-PP. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw il-proċess teknoloġiku tal-għoti ta’ servizzi bħal tneħħija, tqassim u kunsinna ta’ oġġetti postali. Dan il-proċess jinvolvi l-akbar numru tal- ħaddiema tal-PP, li jispjega l-ammont għoli ta’ dawn l-ispejjeż. Barra minn hekk, dawn l-ispejjeż jinkludu wkoll deprezzament u l-manutenzjoni tat-tagħmir użat fil-proċess tekonoloġiku, bħal magni tat-tqassim, ċineg tat-trasport, imwieżen, eċċ. L-ispejjeż operattivi huma allokati għal servizzi li jużaw metodi bbażati fuq il-ħin meħtieġ għall-provvista tas-servizzi. L-attivitajiet individwali mwettqa fl-uffiċċji postali, l-uffiċċji ewlenin u ż-żoni ta’ kunsinna huma standardizzati (31). Fl-2006, PP għadd madwar 600 attività standardizzata li jiġu aġġornati regolarment. Fl-2006, l-evalwazzjoni kopriet 5 577 uffiċċju postali, 242 uffiċċju ewlieni u 23 800 żona ta’ kunsinna;

(b)   Spejjeż ta’ trasport (32) : fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż totali tal-PP. Dawn l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż tal-ġarr ta’ merkanziji tal-posta miċ-Ċentru tal-Loġistika u l-ispejjeż tal-merkanziji postali li jġorru t-trasportaturi barranin. L-ispejjeż tat-trasport huma allokati għal servizzi li jużaw metodi bbażati l-aktar fuq il-piż (33) tal-oġġett postali trasportat;

(c)   Spejjeż tal-manutenzjoni tan-netwerk (34) : fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż totali tal-PP. Dawn l-ispejjeż jikkonċernaw il-manutenzjoni tal-uffiċċju postali, eż. kiri, enerġija, tagħmir, żamma u manutenzjoni tal-bini, tassazzjoni u ħlas. Skont il-Polonja dawn l-ispejjeż huma allokati fost it-tipi kollha tas-servizzi u mhux biss għas-servizzi postali pubbliċi li għalihom ġiet mibnija u hija miżmuma għalihom dik in-netwerk. Dawn huma attribwiti għal servizzi rigward is-somma ta’ (i) spejjeż diretti u (ii) spejjeż operattivi indiretti flimkien ma’ (iii) spejjeż indiretti tat-trasport diġà attribwiti għas-servizzi.

(d)   Spejjeż indiretti oħra (35) : fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż totali tal-PP. Dawn l-ispejjeż jinkludu b’mod partikolari l-ispejjeż taċ-Ċentru tal-Loġistika marbuta mal-kunsinna ta’ pakketti u oġġetti li jitħallsu mal-kunsinna, il-kunsinna u l-ġbir ta’ posta espressa, telegrammi, l-ispejjeż ta’ servizzi ta’ terzi persuni fit-tbattil tal-kaxex postali tagħhom, il-kunsinna tal-posta, posta mingħajr indirizz u servizzi ta’ spedizzjoni u tqassim, l-ispejjeż tat-trasportazzjoni domestika bl-ajru u servizzi ta’ terzi persuni. L-ispejjeż tal-kunsinna ta’ dawn l-oġġetti huma allokati għal servizzi li jużaw metodi li huma bbażati l-aktar fuq reġistrazzjonijiet tan-numru ta’ oġġetti kkonsenjati

—   Spejjeż oħra (jew “Spejjeż ġenerali” (36)): Dawn l-ispejjeż komuni jiġu allokati għal servizzi fuq il-bażi ta’ allokatur ġenerali jiġifieri jiġu allokati proporzjonalment, allura skont il-perċentwali taż-żieda fl-ispejjeż allokati preċedentement. Il-kategoriji ewlenin ta’ dawn l-ispejjeż huma:

(a)   Spejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ żvilupp (37) : fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż tas-servizzi kollha. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw b’mod partikolari n-nefqa għall-finijiet tal-amministrazzjoni, il-kontabbiltà u l-finanzi ġenerali, kif ukoll spejjeż ta’ żvilupp. Dawn jinkludu: deprezzament tal-bini, strutturi u fondi, kif ukoll magni u tagħmir kemm għall-użu ġenerali kif ukoll dawk li jikkostitwixxu tagħmir għal postijiet tax-xogħol tas-servizzi amministrattivi, l-ispejjeż tat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-fondi amministrattivi u t-tagħmir tagħhom, ħlas u kontribuzzjonijiet lill-persunal, kartolerija u tagħmir tal-uffiċċji użat mill-persunal amministrattiv, l-ispejjeż tal-proġetti ta’ żvilupp u implimentazzjoni u impriżi oħra implimentati fuq livell ċentrali. Dawn huma assenjati lil prodott permezz tal-metodoloġija “cost to cost” (38).

(b)   Spejjeż tal-bejgħ u spejjeż kummerċjali: fl-2006, dawn irrappreżentaw […] tal-ispejjeż tas-servizzi kollha.

—   Spejjeż tal-bejgħ (39) : dawn huma l-ispejjeż li jappartjenu fil-bejgħ tas-servizzi, li jinkludu wkoll l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-bejgħ, spejjeż kummerċjali u spejjeż ta’ reklamar. L-ispejjeż tal-bejgħ huma assenjati għal servizzi li jużaw il-metodoloġija “cost to cost”.

—   Spejjeż kummerċjali (40) : dawn huma l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq ta’ attivitajiet kummerċjali, inkluż il-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-prodotti kummerċjali fl-uffiċċji postali, f’pompi tal-petrol, f’buffets u oġġetti filateliċi. Dawn ġeneralment huma l-ispejjeż tal-ħażna ta’ oġġetti kummerċjali, u l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż materjali ta’ din l-attività. Dawn l-ispejjeż jiġu assenjati lill-ispiża tax-xiri tal-oġġetti u l-materjali mibjugħa.

(c)   Spejjeż finanzjarji: dawk l-ispejjeż finanzjarji marbuta mal-imgħax, id-differenzi fir-rati tal-kambju u l-kiri tal-mezzi tat-trasport u assi fissi oħra huma inklużi f’dan il-kalkolu tal-ispejjeż tas-servizzi. Fl-2006 dawn irrappreżentaw […] tal-ispiża totali tas-servizzi tal-PP.

(57)

Il-kontabbiltà analitika tal-PP titwettaq fi ħdan il-kontabbiltà ġenerali.

(58)

Parti konsiderevoli tal-ispejjeż fil-Posta Pollakka tikkostitwixxi spejjeż indiretti li għalihom hemm possibbiltà ta’ identifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ispejjeż u l-kejl tagħhom. “Spejjeż oħra”, li ma jistgħux jiġu klassifikati bħala diretti jew indiretti, huma allokati għas-servizzi fl-istadju tal-kalkolu tal-ispiża ta’ unità b’mod proporzjonali mal-ispejjeż allokati preċedentement għal servizzi individwali (41).

(59)

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-ispiża tal-unità ġiet suġġetta għal bidliet eż. l-ordni tal-allokazzjoni ta’ “spejjeż oħra” imħallsa permezz taż-żieda fil-ħlas proporzjonalment mal-ispejjeż diretti u indiretti allokati preċedentement inbidlet (42). Il-kalkolu tal-ispiża tal-unità fil-Posta Pollakka jitwettaq miċ-Ċentru ta’ Kontabbiltà tal-kumpanija.

Il-mudell tal-kontabbiltà tal-PP

Image

IV.2.2.   Sistema ta’ allokazzjoni ta’ dħul

(60)

Id-dħul mill-bejħ joriġina mill-attivitajiet postali, finanzjarji u attivitajiet oħra (43) mwettqa mill-PP. Dħul finanzjarju jinkludi ġeneralment dividendi jew imgħax irċevuti (eż. fuq depożiti, debituri tan-negozju). Dħul ieħor operattiv jikkonsisti l-aktar fi dħul miksub mit-tneħħija ta’ assi fissi mhux finanzjarji, kumpens għad-danni, rinunzji ta’ dejn li għadhom ma tħallsux, kanċellament ta’ provvisti mhux użati u dħul minn attivitajiet ta’ benesseri soċjali.

(61)

Dħul minn bejgħ jista’ tipikament jiġi allokat direttament għal servizzi. Dħul finanzjarju u dħul operattiv ieħor li jistgħu jiġu assenjati direttament lil grupp ta’ servizzi partikolari ġew allokati kif ġej:

—   dħul finanzjarju minn differenzi fir-rata tal-kambju: li […] minnhom huma differenzi pożittivi fir-rata tal-kambju kkawżati bħala riżultat ta’ ħlasijiet bejn l-amministrazzjonijiet għal oġġetti postali fil-fatturat barrani ġew assenjati lill-grupp ta’ servizzi postali (universali u mhux universali) u l-[…] oħra tad-dħul direttament marbut mal-bejgħ tal-muniti ġew assenjati lit-tielet grupp “oħrajn” (44),

—   dħul ieħor operattiv minn sussidji fuq servizzi suġġetti għal eżenzjoni statutorja minn ħlasijiet: ġew assenjati kompletament lil servizzi universali li rreferew għalihom l-eżenzjonijiet.

(62)

Dħul finanzjarju u dħul ieħor operattiv li ma setax jiġi assenjat direttament lis-servizzi ġie assenjat lill-gruppi tas-servizz fi proporzjonijiet użati għall-allokazzjoni ta’ spejjeż finanzjarji u spejjeż oħra operattivi għal dawn il-gruppi tas-servizz.

IV.2.3.   Dejta dwar spejjeż u dħul għat-tliet kategoriji tas-servizz tal-PP

(63)

Il-151 servizz tal-PP huma miġbura fi 3 makro-kategoriji: servizzi postali, servizzi finanzjarji u oħrajn. Kull wieħed mis-servizzi għandu kont separat. It-tqassim tal-ispejjeż u d-dħul tal-2006 fit-3 kategoriji tas-servizz ewlenin tal-PP jidher fl-Anness 1.

IV.3.   Assigurazzjoni addizzjonali fuq l-adegwatezza tas-sistema tal-kontabbiltà

(64)

Il-Liġi Postali tipprovdi (45) min-naħa waħda, li l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tiżgura b’mod korrett li l-PP iżomm reġistri ta’ kontabbiltà skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Postali u tal-Ordinanza tat-23 ta’ Diċembru 2003, u, min-naħa l-oħra, li l-kumpanija tal-verifika responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet tal-fornitur tas-servizz universali għandha tivverifika wkoll li l-kontijiet jikkonformaw mar-regoli msemmija qabel għal kontabbiltà separata.

(65)

Skont il-Polonja, l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali (UKE) evalwat effettivament, fost kwistjonijiet oħra, sa liema punt il-PP issodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 52 tal-Liġi Postali u r-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003. F’din l-eżaminazzjoni dejjem ġie konkluż li i) kalkolu tal-ispiża ta’ unità jitwettaq għal kull servizz mill-qasam riżervat u ii) il-proċeduri tal-kalkolu tal-ispiża koprew separatament servizzi postali mhux riżervati u servizzi li ma jappartjenux lil servizzi postali universali jiġifieri l-PP żamm il-kotba tal-kontabbiltà tiegħu u d-dikjarazzjoni tal-ispiża konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 52 Taqsima 1 tal-Liġi Postali. Barra minn hekk, l-awdituri kellhom assigurazzjoni raġonevoli fis-sena li PP alloka spejjeż għas-servizzi b’mod dirett u indirett u l-allokazzjonijiet twettqu skont il-metodu definit fir-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003 rigward il-metodu tal-qsim tal-ispejjeż imġarrba mill-operatur li jipprovdi servizzi postali universali.

(66)

Bħala riżultat tal-verifika annwali mwettqa mill-Awtorità Nazzjonali Regolatorja ġabra ta’ rakkomandazzjonijiet hija proposta fir-rapport. Skont il-Polonja proċeduri u linji gwida ġew introdotti fl-aħħar snin biex itejbu l-kwalità jew l-implimentazzjoni tal-metodi tal-allokazzjoni użati, eż. proċedura tal-kontroll tal-ispiża diretta ġiet introdotta fil-PP li fiha dawn l-inkarigi huma previsti li jseħħu (a) evalwazzjoni mill-ġdid ta’ jekk ċertu tip ta’ spiża diretta tistax isseħħ f’servizz partikolari (b) verifika tal-allokazzjoni korretta tal-ispejjeż diretti bejn is-servizzi, eż. is-servizzi riżervati u mhux riżervati, servizzi kummerċjali u prijoritarji (c) monitoraġġ tal-approċċ uniformi għar-reġistrazzjoni tal-ispejjeż diretti tas-servizzi f’kull wieħed mill-Fergħat Reġjonali taċ-Ċentru tal-Kontabbiltà u d) reviżjoni perjodika tal-ispejjeż ġenerali sabiex jiġu identifikati kwalunkwe spejjeż li mhumiex marbuta mal-provvista tas-servizzi postali.

IV.4.   Ammont ta’ kumpens tal-OSU

(67)

Skont l-Art 52a.1 (46) tal-Liġi Postali PP għandu d-dritt li jirċievi kumpens għat-telf imġarrab fuq is-servizzi universali iżda dan l-ammont ma jistax jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż tal-provvisti tas-servizzi postali universali u d-dħul miksub minn dawn is-servizzi (ara l-Art 52a.2 (47)).

(68)

Skont l-Art. 52a.4. “Is-sussidju għas-sena, li fiha t-telf imġarrab huwa mogħti sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena wara s-sena, li s-sussidju jirreferi għaliha, fuq il-bażi sottomessa mill-President tal-UKE, sat-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara s-sena, li s-sussidju jirreferi għaliha, lill-Ministru kompetenti għall-posta u t-telekomunikazzjonijiet: 1) kopja tar-rapport finanzjarju tal-operatur pubbliku eżaminat mill-awditur, li huwa msemmi fl-Artikolu 52 paragrafu 6; 2) informazzjoni li l-kundizzjonijiet, kif imsemmi fl-Att tal-Liġi, skont liema s-servizzi universali huma assenjati, huma milħuqa; 3) informazzjoni li tikkonċerna rekwiżiti verifikati biex jinżammu kotba ta’ kontabbiltà u kontabbiltà tal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 52 paragrafu 1 u 2.; 5. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33a għandhom ikunu rispettivament applikabbli għas-sussidju, kif imsemmi fil-paragrafu 1.”.

(69)

L-awtoritajiet Pollakki indikaw li ebda telf ma kien imġarrab għall-provvista tas-servizz postali universali fil-perjodu 1998-2008. Għaldaqstant, ma kien hemm ebda kumpens mill-Istat f’dak il-perjodu.

(70)

Tqassim iktar dettaljat tar-riżultati tal-2006 fis-servizzi postali jidher fl-Anness 2.

(71)

Skont il-figuri previsti għall-2009-2011 żieda netta hija mistennija li tiġi reġistrata fil-qasam UPS. Allura matul dan il-perjodu kollu tal-iskema, jiġfieri 2006-2011, PP huwa preżunt li ma jirċievi ebda kumpens għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz postali universali (ara informazzjoni iktar dettaljata dwar spejjeż u dħul miksuba u mistennija li jinkisbu fil-qasam tas-servizz postali universali fl-Anness 3).

Tabella 1

(Miljun PLN)

Servizzi postali universali

2006

2007

2008

2009

2010

2011

Dħul (A)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż (B)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Eċċess tal-UPS (A)-(B) (**)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

IV.5.   Konklużjoni

(72)

Il-Polonja kkwantifikat l-ispejjeż u d-dħul tas-servizz postali universali fuq il-bażi tas-separazzjoni tal-kontabbiltà u l-metodoloġija tal-allokazzjoni indikata hawn fuq.

(73)

Il-Polonja indikat li b’kunsiderazzjoni ta’ (i) l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja dwar il-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-ispejjeż u proċeduri marbuta, (ii) id-dejta provduta (iii) id-dispożizzjoni legali eżistenti għall-kumpens u (iv) in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ qligħ raġonevoli fil-bażi għall-kalkolu tal-ammont ta’ kumpens, l-iskema ma tikkompensax iż-żejjed lill-PP għat-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku.

V.   EVALWAZZJONI

V.1.   Kwalifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat

(74)

Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattat, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

V.1.1.   Eżistenza tar-riżorsi Statali

(75)

Sabiex jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat, vantaġġi għandhom ikunu imputabbli lill-Istat u jkunu mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi Statali.

(76)

Fil-każ in kwistjoni, il-kumpens li jingħata lill-PP għat-twettiq tal-obbligi universali postali tiegħu għandu jitħallas mill-baġit tal-Istat. Strumenti legali speċifiċi, bħal-“Liġi tat-30.7.1997 dwar l-Intrapriża Statali tas-servizz pubbliku PP”, “Liġi Postali”, l-“Ordinanza tal-Ministru tal-Infrastruttura tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar il-kundizzjonijiet għall-provvista tas-servizzi postali universali” u “Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003” huma l-bażi legali għall-għoti ta’ dan il-kumpens.

(77)

Għalhekk, iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi msemmija hawn fuq huma milħuqa fil-każ preżenti.

V.1.2.   Selettività

(78)

Barra minn hekk, l-Artikolu 107(1) TFUE jipprojbixxi għajnuna li “tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi”, jiġifieri, għajnuna selettiva.

(79)

Il-kumpens għandu jingħata esklussivament lill-PP, u għalhekk huwa selettiv.

V.1.3.   Vantaġġ

(80)

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura għandha tikkonferixxi vantaġġ lir-reċipjenti tagħha.

(81)

Huwa evidenti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li kumpens tas-servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jekk jissodisfa ċerti kundizzjonijiet (48). Madankollu, jekk il-kumpens tas-servizz pubbliku ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet u jekk il-kriterji ġenerali għall-applikabblità tal-Artikolu 107(1) TFUE jiġu sodisfati, dan il-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(82)

Fis-sentenza tagħha f’Altmark, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet il-kundizzjonijiet skont liema l-kumpens tas-servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat kif ġej:

“(…) L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u tali obbliġi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar (…),

(…) It-tieni nett, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat l-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti (…),

(…) It-tielet nett, il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul relevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli (…),

(…) Ir-raba’ nett, meta, f’każ speċifiku, l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta’ proċedura ta’ appalt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul relevanti kollu kif ukoll il-profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.”

(83)

Meta jintlaħqu dawn l-erba’ kriterji kumulattivi, il-kumpens tas-servizz pubbliku ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat għax ma jagħtix vantaġġ ekonomiku u l-Artikolu 107(1) u 108 TFUE ma japplikawx. Jekk l-Istati Membri ma jirrispettawx dawn il-kriterji u jekk jintlaħqu l-kriterji ġenerali għall-applikabbiltà tal-Artikolu 107(1) TFUE, kumpens tas-servizz pubbliku jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li għandha tiġi notifikata skont l-Artikolu 108(3) TFUE.

(84)

Fil-każ in kwistjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raba’ kriterju ma ntlaħaqx.

(85)

L-ewwel nett, is-servizz pubbliku ma ngħatax bħala riżultat ta’ proċedura miftuħa tal-appalt pubbliku.

(86)

Fit-tieni lok, la l-awtoritajiet Pollakki ma argumentaw li PP qed jiġi kkumpensat skont l-ispejjeż ta’ impriża tipika fis-settur, u lanqas il-Kummissjoni ma hi f’pożizzjoni li tikkonkludi li l-ispejjeż ta’ PP huma dawk ta’ impriża tipika mmexxija tajjeb. Barra minn hekk, is-sussidji previsti jirreferu għal telf imġarrab. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-miżura selettiva in kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonferixxi vantaġġ fuq PP, li jista’ jiġi kkwalifikat bħala vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

V.1.4.   Effetti negattivi fuq il-kummerċ u tfixkil tal-kompetizzjoni

(87)

L-Artikolu 107(1) TFUE jipprojbixxi wkoll għajnuna li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li twassal għal tfixkil jew theddida ta’ tfixkil għall-kompetizzjoni.

(88)

Fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dawk iż-żewġ kundizzjonijiet, il-Kummissjoni mhix mitluba tistabbilixxi li l-għajnuna għandha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li hemm attwalment tfixkil għall-kompetizzjoni, iżda li teżamina biss jekk dik l-għajnuna tistax taffettwa dak il-kummerċ u twassal għal tfixkil għall-kompetizzjoni (49). Meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu f’kummerċ fl-Unjoni, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna.

(89)

Mhuwiex meħtieġ li PP innifsu jkun involut fil-kummerċ fl-Unjoni. Għajnuna mogħtija minn Stat Membru lil impriża tista’ tgħin biex iżżomm jew tnaqqas attività domestika, bir-riżultat li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom inqas ċans li jippenetraw is-suq tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, it-tisħiħ ta’ impriża li, sa dakinhar, ma kinetx involuta f’kummerċ fl-Unjoni jista’ jqiegħed lil dik l-impriża f’pożizzjoni li tippermetti li din tippenetra fis-suq ta’ Stat Membru ieħor.

(90)

Fir-rigward tas-segment tal-ittri ’l barra mill-qasam riżervat, tliet operaturi għandhom liċenzja biex iwettqu dawn is-servizzi. Dawn il-kumpaniji huma PP, “Dystrybucja Polska Sp. z o.o” u “Indesys Dominik Steinhaus”. Skont l-awtoritajiet Pollakki, il-pożizzjoni kurrenti ta’ Poczta Polska fuq dan is-segment għadha b’saħħitha, għax wieħed mill-kompetituri (“Dystrybucja Polska Sp. z o.o.”) jikkonċentra fuq id-distribuzzjoni ta’ reklamar stampat u l-ieħor jillimita l-attivitajiet tiegħu għar-reġjun tal-Masovja.

(91)

Is-segment tal-pakketti u s-servizzi tal-kurriera Pollakki huwa kompetittiv ħafna. Is-sehem fis-suq tal-PP tas-segment tal-pakketti jammonta għal […] u s-sehem fis-suq tiegħu tas-segment tal-kurrier għal […] (50). Kumpaniji li joperaw f’dan is-suq huma kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja mħallsa bi prezz għoli (DHL, TNT, UPS) jew kumpaniji li jipprovdu servizzi bażiċi (eż. General logistic systems, Opek, Schenker, X-Press Couriers, Blyskawica).

(92)

Is-sehem ta’ PP fis-segment tal-kunsinna tar-reklamar huwa ta’ madwar […], filwaqt li fis-segment tal-formoli stampati mingħajr indirizz huwa ta’ madwar […] (51). Minkejja l-[…] sehem fis-suq tal-PP, qed tiġi osservata politika aggressiva tal-kompetituri li qed jiżdiedu.

(93)

Rigward servizzi finanzjarji, il-Kummissjoni tfakkar li s-settur bankarju ilu miftuħ għall-kompetizzjoni għal ħafna snin. Liberalizzazzjoni progressiva żiedet il-kompetizzjoni li setgħet irriżultat diġà mill-moviment ħieles tal-kapital provdut fit-TFUE.

(94)

L-attivitajiet finanzjarji tal-PP jinkludu l-bejgħ ta’ prodotti li jappartjenu lill-Bank Pocztowy (sussidjarju tal-bank PKO BP) jiġifieri self, kontijiet u depożiti, servizzi ta’ kiri (permezz tas-sussidjarja tal-PP-Post Media Serwis), servizzi finanzjarji differenti inkluż trasferimenti ta’ flus f’kontijiet tal-bank, kunsinna ta’ flus fid-dar tad-destinatarju fil-forma ta’ Struzzjoni ta’ Ħlas tal-Flus Postali, ġbir ta’ miżati tal-liċenzja tar-Radju u tat-TV u pproċessar ta’ ċekkijiet bankarji maħruġa minn banek differenti u krediti tal-flus. PP huwa attiv ukoll fis-suq tal-assigurazzjoni bid-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni u finanzjarji minn intrapriżi li għandhom rabtiet tal-kapital ma’ Poczta Polska, jiġifieri PAUF, OFE Pocztylion u TUW Pocztowe. PP imexxi wkoll fond ta’ pensjoni bl-isem Pocztylion -Arka PTE S.A.

(95)

Minħabba l-fatt li PP jiddistribwixxi prodotti tal-assigurazzjoni u finanzjarji minn kumpaniji sussidjarji jew kumpaniji marbuta dan huwa f’kompetizzjoni ma’ banek oħra, kumpaniji tal-assigurazzjoni u intermedjarji. Barra minn hekk, fis-snin riċenti, PP kabbar b’mod sinifikanti l-medda tas-servizzi ta’ ħlas tiegħu lill-klijenti, billi żied mal-għodda postali tradizzjonali serje ta’ għodda li qabel kienu f’idejn il-banek (karti tad-debitu u tal-kreditu, trasferimenti ta’ kreditu, servizzi ta’ addebitu fil-kont għall-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma). Dawn l-evoluzzjonijiet żiedu s-sostitwibbiltà tas-servizzi finanzjarji offruti minn PP ma’ dawk offruti mill-banek.

(96)

Istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri differenti joperaw fil-Polonja, jew direttament permezz ta’ fergħat jew uffiċċji rappreżentattivi, jew indirettament billi jikkontrollaw banek u istituzzjonijiet finanzjarji bbażati fil-Polonja.

(97)

Bħala konklużjoni, hemm kompetizzjoni fost kumpaniji minn Stati Membri differenti fis-settur tas-servizzi postali u finanzjarji. Il-kumpens tas-servizz pubbliku li jista’ jingħata lil PP isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ PP fir-rigward ta’ impriżi postali u finanzjarji stabbiliti fil-Polonja jew Stati Membri oħra li, bħala konsegwenza, jistgħu jsibuha aktar diffiċli biex jidħlu fis-suq Pollakk. Għalhekk il-miżura tista’ twassal għal tfixkil tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

V.1.5.   Konklużjoni

(98)

Kwalunkwe kumpens mogħti skont din l-iksema lil PP jammonta għal għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-107(1) TFUE.

V.2.   Evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna

(99)

Kif imsemmi fit-Taqsima I fuq, wara d-Deċiżjoni tad-9 ta’ Jannar 2007, il-proċedimenti skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE jibqgħu miftuħin mill-perjodu tal-1 ta’ Jannar 2006, ‘il quddiem.

(100)

Il-punt 25 tal-qafas Komunitarju tal-2005 dwar għajnuna mill-Istat forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (52) (minn hawn ‘il quddiem il-“Qafas”) jiddikjara li “Dan il-qafas għandu japplika għal perjodu ta’ sitt snin mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”. Il-punt 26 tal-qafas jindika li “Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-qafas għall-proġetti ta’ għajnuna kollha nnotifikati lilha u għandha tieħu deċiżjoni fuq dawk il-proġetti wara li l-qafas huwa ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali, anke jekk il-proġetti kienu nnotifikati qabel din il-pubblikazzjoni”.

(101)

L-għajnuna in kwistjoni kienet innotifikata mill-awtoritajiet Pollakki fil-proċedura tal-“mekkaniżmu interim” (ara d-Deċiżjoni biex tinbeda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tal-25 ta’ Ġunju 2005). Minn dan, isegwi li d-dispożizzjonijiet legali applikabbli għall-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-iskema matul il-perjodu tal-2006-2011 huwa l-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku.

(102)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, “fl-istadju kurrenti tal-iżvilupp tas-suq intern, il-kumpens tas-servizz pubbliku li huwa għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE jista’ jkun iddikjarat kumpatibbli mat-Trattat skont l-Artikolu 106(2) jekk dan ikun meħtieġ għat-tħaddim tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u ma jaffettwax l-iżvilupp tal-kummerċ għal tali punt li jkun kuntarju għall-interessi tal-Unjoni”.

(103)

Sabiex tikseb dan il-bilanċ, il-Kummissjoni tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Qafas sabiex tevalwa l-kumpatibbiltà tal-każ in kwistjoni. Skont il-Qafas it-tliet kriterji bażiċi tal-kumpatibbiltà huma li (i) is-servizz in kwistjoni huwa servizz pubbliku ġenwin (jiġifieri l-kwalifikazzjoni tjegħu bħala servizz ta’ interess ġenerali ekonomiku mhuwiex żball evidenti), li (ii) is-servizz jiġi assenjat lill-impriża permezz ta’ att uffiċjali li jinkludi l-elementi speċifikati fit-Taqsima 2.3 tal-qafas Komunitarju imsemmi qabel, u li (iii) l-impriża ma tingħatax kumpens żejjed għall-provvista tas-servizz pubbliku (wara kunsiderazzjoni ta’ qligħ raġonevoli).

V.2.1.   Servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali

(104)

Kif indikat fil-Qafas, l-Istati Membri għandhom marġni wiesgħa ta’ diskrezzjoni rigward in-natura ta’ servizzi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Ix-xogħol tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-marġni ta’ diskrezzjoni jiġi applikat mingħajr żball evidenti fir-rigward tad-definizzjoni tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

(105)

L-obbligu tas-servizz pubbliku inkarigat lil PP huwa s-servizz postali universali skont id-Direttiva Postali (ara t-Taqsima II.2 fuq). Il-provvista tas-servizzi postali universali fit-territorju Pollakk sabiex ikunu offruti lill-popolazzjoni Pollakka l-istess servizzi bażiċi bl-istess prezz huwa każ klassiku ta’ SGEI.

(106)

Konsegwentemnt, is-servizz postali universali fdat lill-PP jikkwalifika bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 106 TFUE.

V.2.2.   Il-ħtieġa ta’ strument li jispeċifika l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-metodi tal-kalkolu tal-kumpens (Affidament)

(107)

Kif indikat fil-Qafas, il-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 86 tat-Trattat ifisser li l-impriża in kwistjoni ġiet fdata b’kariga speċjali. Ir-responsabbiltà tat-tħaddim tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għandha tiġi fdata lill-impriża kkonċernata permezz ta’ att uffiċjali wieħed jew iktar minn wieħed.

(108)

Fil-każ in kwistjoni, il-liġi Postali tat-12 ta’ Lulju 2003 u l-“Ordinanza tal-Ministru tal-Infrastruttura tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar il-kundizzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali universali” jikkostitwixxu l-istrumenti legali li jiddefinixxu u jafdaw lil PP is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali rappreżentat mis-servizz postali universali (ara t-Taqsimiet II.2, II.3 u IV.4 fuq).

(109)

B’konformità mat-Taqsima 2.3 tal-qafas Komunitarju msemmi qabel, dawn l-atti jispeċifikaw, b’mod partikolari:

in-natura preċiża tal-obbligi tas-servizz pubbliku (obbligu tas-servizz postali universali) (Art 3.25 tal-Liġi Postali),

l-impriża (PP) u t-territorju kkonċernat (it-territorju nazzjonali kollu) (Art 3.25 tal-Liġi Postali),

in-natura tad-drittijiet esklussivi assenjati lil PP (Art 46.2 tal-Liġi Postali).

(110)

Filwaqt li l-Art 52 u 52.a tal-Liġi Postali u l-Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003 diġà stabbilew xi prinċipji dwar il-kumpens (53) dawn mhumiex suffiċjenti biex jiġi kkunsidrat li r-rekwiżit stabbilit fil-punt 12(d) u 12(e) tal-Qafas huwa totalment milħuq.

(111)

Preżentement, skont il-punt 2.2 tal-“Ordinanza” it-tip ta’ riżultati li għandhom jiġu allokati għal servizzi huwa limitat għal “Spejjeż ta’ prodotti, prodotti u materjali mibjugħa”, “Spejjeż ta’ bejgħ”, “Spejjeż ġenerali u amministrattivi” u “Imgħax minn obbligazzjonijiet li jiffinanzjaw servizzi postali inkluż differenzi fir-rati tal-kambju barranin”. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhux il-parametri kollha relevanti għall-kalkolu tal-kumpens ġew speċifikati fl-atti nazzjonali. Minħabba l-fatt li ċertu spejjeż u dħul (54) tħallew barra totalment fl-atti nazzjonali mil-lista ta’ oġġetti li għandhom jiġu allokati għal servizzi, il-kontroll u r-reviżjoni sussegwenti tagħhom tħalliet barra wkoll (ara t-Taqsima V.2.3.3 isfel).

(112)

L-Artikolu 52.a.4. jistabbilixxi xi rekwiżiti imposti fuq UKE sabiex jipproċedi bl-approvazzjoni ta’ sussidju li jikkumpensa lill-operatur postali għat-twettiq tal-USO jiġfieri sottomissjoni preċedenti ta’ 1) ir-rapport finanzjarju tal-operatur pubbliku eżaminat mill-awditur, 2) informazzjoni dwar it-twettiq tal-kundizzjonijiet ta’ affidament u 3) informazzjoni li tikkonċerna rekwiżiti verifikati sabiex jinżammu kotba ta’ kontabbiltà u kontabbiltà tal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 52 paragrafu 1 u 2. Għall-istess raġunijiet spjegati qabel, peress li l-Artikolu 52.2 jagħmel referenza diretta għall-Ordinanza u din tispeċifika biss l-allokazzjoni ta’ ċerti spejjeż għal servizzi, il-Kummissjoni tikkunsidra li mhux il-parametri kollha relevanti għall-kalkolu tal-kumpens ġew ikkunsidrati fl-att(i) nazzjonali relevanti. Konsegwentment, jekk mhux il-parametri kollha relevanti għall-kalkolu tal-kumpens ġew ikkunsidrati r-rekwiżit rigward l-ispeċifikazzjoni fl-atti nazzjonali relevanti tal-arraġamenti għall-evitar ta’ kwalunkwe għoti ta’ kumpens żejjed għandu jiġi kkunsidrat li ma ntlaħaqx totalment ukoll. L-ambitu limitat tal-verifiki annwali mwettqa kull sena jikkonferma dan il-fatt (ara spjegazzjonijiet addizzjonali fit-Taqsima V.2.3.5 isfel). B’mod analogu, id-dispożizzjonijiet eżaminati mill-Kummissjoni ma jidhirx li jinkludu xi arraġament dwar il-ħlas lura ta’ kwalunkwe kumpens żejjed possibbli.

(113)

Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti rigward l-ispeċifikazzjoni fl-atti relevanti nazzjonali ta’ i) il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens (Artikolu 12(d) tal-Qafas) u ta’ ii) l-arranġamenti għall-evitar u l-ħlas lura ta’ kwalunkwe għoti ta’ kumpens żejjed (Artikolu 12(e) tal-Qafas) ma ntlaħqux kompletament. Barra minn hekk, għar-raġunijiet spjegati qabel, il-Kummissjoni tqis li huwa adatt li tispeċifika b’mod ċar fl-att nazzjonali relevanti l-għan tal-verifika annwali, li huwa li tiżgura li ma jseħħ ebda għoti ta’ kumpens żejjed.

(114)

Bħala konklużjoni, l-affidabbiltà ma tinkludix l-elementi kollha mitluba mill-Qafas għall-għajnuna mill-Istat forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku, jiġifieri dawk imsemmija fil-punt 12d u l-punt 12e tal-Qafas. Konsegwentement, it-tieni kriterju jista’ jitqies bħala milħuq parzjalment biss u għandhom jiġu adottati rimedji xierqa biex jinkludu l-ispejjeż u d-dħul imsemmija fil-punt 128.i) sabiex jiġi evalwat jekk l-għoti ta’ kumpens lil PP skont il-miżura in kwistjoni huwiex meħtieġ u biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ dak il-kumpens.

(115)

L-analiżi tal-implimentazzjoni tal-iskema fit-Taqsima V.2.3 isfel għandha turi b’mod iktar ċar il-konsegwenzi fil-prattika ta’ definizzjoni mhux kompluta tal-parametri u tal-arraġamenti għall-evitar tal-għoti ta’ kumpens żejjed.

V.2.3.   Ebda għoti ta’ kumpens żejjed

(116)

Skont l-Artikolu 14 tal-Qafas “(…) l-ammont tal-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż fit-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni tal-irċevuti rilevanti u l-qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi.” Dan jindika wkoll li “(…) l-ispejjeż li għandhom ikunu kkunsidrati jinkludu l-ispejjeż kollha mġarrba fit-tħaddim tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. (…) Meta intrapriża twettaq ukoll attivitajiet barra l-ambitu tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, l-ispejjeż li huma assoċjati mas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali biss jistgħu jkunu kkunsidrati (…)”.

(117)

L-attivitajiet tal-PP mhumiex limitati għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ara t-Taqsima II.1 fuq).

(118)

Sabiex jiġi konkluż li dan il-kriterju jkun intlaħaq hija meħtieġa f’dan il-każ il-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż tal-obbligu tas-servizz pubbliku (servizz postali universali) imposti fuq PP mill-atti ta’ affidament u wara jitqabblu mal-vantaġġi li għandhom jingħataw lill-PP mill-Istat.

(119)

L-Artikolu 52a tal-Liġi Postali Pollakka diġà jistqarr b’mod ċar il-projbizzjoni tal-għoti ta’ kumpens żejjed “1. L-Operatur pubbliku obbligat li jipprovdi servizzi postali universali, għandu jirċievi mill-baġit tal-istat sussidju għas-servizzi postali universali provduti, jekk iġarrab telf. 2. L-ammont tas-sussidju għandu jkun stabbilit fl-Att tal-Liġi – il-Liġi tal-Baġit, wara li jkun ikkunsidrat il-prinċipju, li l-ammont totali ta’ sussidju ma jistax jaqbeż id-differenza bejn spejjeż ta’ provvisti ta’ servizzi postali universali u dħul, li jinkiseb minn dawn is-servizzi…”.

V.2.3.1.   Riżultati attwalment miksuba

(120)

Il-Kummissjoni sabet li s-somom ta’ ċerti kategoriji ta’ dħul u spejjeż indikati fil-kontabbiltà analitika kienu reġistrati wkoll fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Minħabba l-fatt li l-kontabbiltà analitika titwettaq fil-kontabbiltà finanzjarja (55) u din hija suġġetta kull sena għal verifika indipendenti, li ma rriżultat f’ebda osservazzjonijiet materjali, il-Kummissjoni m’għandha ebda raġuni biex tiddubita li d-dħul u l-ispejjeż interni ppreżentati seħħew attwalment.

V.2.3.2.   Separazzjoni adegwata tal-kontijiet għall-iskop tal-kalkolu tar-riżultat nett tal-USO

(121)

Peress li PP mhuwiex biss fornitur ta’ Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SGEI) iżda wkoll fornitur ta’ servizzi kummerċjali oħra l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 97/67/KE jimponi obbligu fuq l-impriża biex tissepara l-kontijiet fil-kontabbiltà interna.

(122)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 52(1) tal-Liġi Postali, PP għandu jżomm il-kontijiet b’tali mod, li jippermetti li l-ispejjeż jiġuu kkalkulati separatament, għal kull servizz riżervat, u kollettivament għal servizzi mhux riżervati maqsuma f’servizzi postali universali u servizzi li mhumiex servizzi postali universali.

(123)

Il-Kummissjoni vverifikat li s-sistema tal-kontabbiltà interna tiddistingwi b’mod ċar il-kontijiet għal servizzi universali (maqsuma f’riżervati u mhux riżervati) u servizzi mhux universali. Il-Polonja ssottomettiet evidenza ta’ din is-separazzjoni billi uriet riżultati permezz ta’ kontijiet ta’ servizz individwali u riżultati aggregati għal kull grupp ta’ servizzi.

(124)

Kif muri mill-informazzjoni provduta lill-Kummissjoni u mill-eżaminazzjoni annwali mwettqa mir-Regolatur Nazzjonali r-riżultati tal-PP huma kkalkulati għal kull servizz riżervat separatament (56) u kollettivament għal kull wieħed minn dawn il-gruppi i) servizzi postali universali mhux riżervati u ii) servizzi kummerċjali oħra (barra mill-SGEI) skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Liġi Postali.

(125)

B’mod partikolari, għas-snin 2006 u 2007, ir-rapporti tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali jindikaw li PP, bħala operatur pubbliku fornitur ta’ servizzi postali universali, wettaq iż-żamma tal-kotba tiegħu u l-kontabbiltà tal-ispejjeż b’tali mod li jagmel possibbli s-separazzjoni tal-ispejjeż għal kull servizz riżervat u kollettivament għal servizzi mhux riżervati, b’distinzjoni bejn servizzi postali universali u servizzi postali mhux universali skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 (1) tal-Liġi Postali.

(126)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-Polonja dwar is-separazzjoni tal-kontijiet tal-PP, bl-evidenza ta’ verifika esterna mwettqa rigward id-diviżjoni korretta tal-kontijiet għal servizzi universali u mhux universali u dwar il-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni jista’ jiġi konkluż b’mod raġonevoli li l-qasma fil-kontijiet bejn attivitajiet kummerċjali u attivitajiet imħaddma mill-PP skont l-obbligi tas-servizzi pubbliċi hija adattata. Il-Kummissjoni hija għalhekk tal-opinjoni li PP jissepara b’mod adegwat il-kontijiet tiegħu b’tali mod li jagħmel il-kalkolu tal-ispejjeż possibbli separatament għal kull servizz mill-qasam riżervat u kollettivament għal servizzi mhux riżervati b’diviżjoni f’UPS u mhux UPS kif speċifikat fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 97/67/KE.

V.2.3.3.   Allokazzjoni totali tal-ispejjeż u dħul għas-servizzi

(127)

Bħala parti mill-eżaminazzjoni l-Kummissjoni wettqet test ta’ kompletezza tad-dejta finanzjarja provduta billi qabblet id-dejta aggregata tal-PP mill-kontabbiltà analitika mal-Kont tal-Qligħ u t-Telf.

(128)

Il-Kummissjoni sabet li i) spejjeż u dħul minn ċerti kategoriji jiġfieri “riżultati operattivi oħra” (57), “riżultati straordinarji” u xi “riżultati finanzjarji” ma kienux distribwiti għal servizzi u li ii) l-Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003 kienet tillimita t-tip ta’ spejjeż li għandhom jiġu allokati għal servizzi lil’ “Spejjeż ta’ prodotti, oġġetti u materjali mibjugħa”, “Spejjeż ta’ bejgħ”, “Spejjeż ġenerali u amministrattivi” u “Imgħax minn obbligazzjonijiet li jiffinanzjaw servizzi postali inkluż differenzi fir-rati tal-kambju barranin”. L-importanza relattiva ta’ dawn l-ispejjeż u dħul, li għalihom allokazzjoni mhix prevista fid-dispożizzjonijiet nazzjonali, irrappreżentat 2.5 % u 1.5 % tat-totali rispettivi tagħhom fis-sena 2006. Għalkemm l-ispejjeż u d-dħul li ma kinux allokati għas-servizzi jistgħu jkunu kkunsidrati bħala marġinali fl-imgħoddi minħabba l-importanza relattiva tagħhom, l-importanza tagħhom tista’ tkun materjali fil-ġejjieni.

(129)

Madankollu, rigward l-imgħoddi, il-Polonja ssottomettiet informazzjoni ġdida li fiha dawn ir-“riżultati mhux allokati” ġew ex-post attribwiti għal servizzi universali (riżervati u mhux riżervati) u servizzi mhux universali (maqsuma f’servizzi postali, finanzjarji u servizzi oħra). Barra minn hekk, il-Polonja ssottomettiet spjegazzjoni tal-metodoloġija użata biex tallokahom għal servizzi. Dan kollu juri li PP ippreżenta metodoloġija raġonevoli sabiex jalloka dawk ir-riżultati.

(130)

Il-kategoriji l-oħra ta’ spejjeż u dħul interni (58) jistgħu jitqabblu mal-kont ta’ Qligħ u Telf.

(131)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-distribuzzjoni sistematika lil servizzi tad-dħul u l-ispejjeż kollha msemmija fl-Artikolu 128.i) hija meħtieġa, b’konformità mal-prinċipju tal-allokazzjoni totali tar-riżultati u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas.

V.2.3.4.   Metodu korrett tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-implimentazzjoni adegwat tiegħu

(132)

Kif iddikjarat fuq l-Art 52(2) tal-Liġi Postali jitlob li l-“Ministru kompetenti għall-kwistjonijiet finanzjarji pubbliċi, f’konsultazzjoni mal-Ministru kompetenti għall-posta u t-telekomunikazzjonijiet għandu jistabbilixxi permezz ta’ Ordinanza, il-metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż, fuq bażi tal-prinċipju, li dan il-metodu għandu jippermetti l-kalkolu tal-ispejjeż tal-unità, b’kunsiderazzjoni tat-taqsima 1”.

(133)

Skont l-Art 52(2) imsemmi qabel, fl-24 ta’ Diċembru 2003, il-Ministru tal-Finanzi ħareġ Ordinanza dwar il-metodu għall-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-operatur li jipprovdi s-servizz postali universali li jimplimenta l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva.

(134)

Ir-rapporti maħruġa mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali jindikaw li PP alloka spejjeż direttament jew indirettament lill-ispejjeż tas-servizzi provduti u wettaq din l-allokazzjoni kif stabbilit fl-Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003 dwar il-metodu għall-allokazzjoni ta’ spejjeż għall-fornituri ta’ servizzi postali universali. L-Awtorità Regolatorja Nazzjonali kkonfermat kull sena li l-ispejjeż tal-PP kienu assenjati b’dan il-mod:

(i)

spejjeż marbuta ma’ servizz wieħed biss jew grupp ta’ servizzi huma assenjati direttament lil dan is-servizz jew grupp ta’ servizzi fuq il-bażi ta’ vawċers ta’ kontabbiltà;

(ii)

spejjeż direttament marbuta ma’ diversi servizzi huma assenjati għal kull servizz jew grupp ta’ servizzi fuq il-bażi tal-analiżi tal-valur ta’ fatturi li jikkawżaw ġenerazzjoni ta’ spejjeż f’servizz partikolari jew grupp ta’ servizzi;

(iii)

fil-każ fejn mhuwiex possibbli li jkunu assenjati l-ispejjeż b’mod dirett, spejjeż marbuta ma’ diversi servizzi huma assenjati għal kull servizz jew grupp ta’ servizzi fuq il-bażi tar-relazzjoni tagħhom ma’ grupp partikolari direttament konness ma’ dan is-servizz jew grupp ta’ servizzi;

(iv)

fil-każ meta ma jkunx possibbli li jkunu assenjati spejjeż b’mod dirett jew indirett, spejjeż oħra huma assenjati lil kull wieħed mis-servizzi fuq il-bażi ta’ indikatur ġenerali kkalkulat bħala proporzjon tal-ispejjeż assenjati direttament u indirettament għal servizz partikolari jew grupp ta’ servizzi mal-ispiża totali assenjata għas-servizzi u l-gruppi tas-servizzi kollha.

(135)

Għalkemm fl-2006 […] biss ta’ spejjeż kienu kkunsidrati bħala spejjeż diretti l-Kummissjoni ma sabet ebda raġuni biex tiddubita d-diviżjoni korretta tal-ispejjeż fi spejjeż diretti u indiretti. Barra minn hekk, il-verifiki mwettqa mill-Awtorità Nazzjonali Regolatorja u l-awdituri kkonkludew li “il-kontroll tal-ispejjeż diretti ġie implimentat u jaħdem b’mod effettiv”.

(136)

Rigward spejjeż indiretti (ara Taqsima “IV.2.1. Sistema ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż” fuq) il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-metodi użati biex jitqassmu l-kategoriji differenti ewlenin ta’ spejjeż indiretti (jiġifieri spejjeż operattivi, spejjeż tat-trasport, spejjeż ta’ manutenzjoni tan-netwerk u spejjeż indiretti oħra, għal servizzi, għalkemm ta’ numru limitat, huma madankollu raġonevoli.

(137)

Pereżempju, jidher raġonevoli li l-metodu użat biex jitqassmu “spejjeż operattivi” huwa “l-ħin ta’ ħidma f’minuti użati għat-twettiq ta’ servizzi partikolari” (59) minħabba d-diffikultà li jitniżżlu fil-kontijiet tas-servizzi l-ispejjeż għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ tneħħija, tqassim u kunsinna marbuta mal-provvista ta’ servizzi differenti. Il-Kummissjoni hija konxja tal-introduzzjoni riċenti fis-sistema ta’ kontabbiltà tal-PP ta’ diviżjoni iktar preċiża ta’ spejjeż operattivi flimkien ma’ żieda fin-numru ta’ metodi ta’ allokazzjoni li għandhom itejbu l-preċiżjoni tal-informazzjoni tal-kontabbiltà interna.

(138)

B’mod simili l-metodu tal-“piż tal-oġġett postali kkonsenjat” jidher aċċettabbli għad-distribuzzjoni tal-“ispejjeż tat-trasport”. Għalhekk, għall-iskop tad-distribuzzjoni ta’ spejjeż tat-trasport lil servizzi l-Kummissjoni taċċetta l-preżunzjoni wara l-metodu stabbilit li kull kilò ta’ kwalunkwe servizz jfisser bl-istess mod l-element tal-ispiża tat-“trasport”.

(139)

Sabiex PP ikun jista’ jwettaq id-distribuzzjoni ta’ “spejjeż indiretti oħra” għal servizzi għandu jiġbor dejta dwar i) il-piż tal-oġġetti postali kkonsenjati, ii) l-ammont/in-numru tal-oġġetti postali kkonsenjati u iii) il-ħin ta’ ħidma meħtieġ sabiex jitwettqu l-attivitajiet differenti. Dawn l-istatistiċi jinġabru permezz ta’ “riżultati tar-riċerka statistika” (60), “ammonti tal-valuri tas-servizzi” (61) u “riċerka dwar l-ammont ta’ xogħol” (62) rispettivament. Rigward ir-riċerka dwar l-ammont ta’ xogħol din titwettaq darba fis-sena għal xahar u tkopri l-uffiċċji postali, iċ-ċentri tad-distribuzzjoni u r-reġjuni tal-kunsinna kollha. Il-proċess tal-provvista ta’ servizzi individwali huwa maqsum f’attivitajiet dettaljati ħafna mwettqa mill-impjegati tal-PP li għahom huwa stimat standard ta’ ħin ta’ ħidma fuq bażi ta’ din ir-riċerka. Il-Kummissjoni m’għandha ebda raġuni biex tiddubita l-korrettezza tal-perjodiċità tad-dejta miġbura.

(140)

Fl-aħħar nett, l-attribuzzjoni ta’ servizzi ta’ “spejjeż għall-manutenzjoni tan-netwerk” rigward is-somma ta’ i) l-ispejjeż diretti u ii) l-ispejjeż operattivi indiretti flimkien ma’ iii) l-ispejjeż indiretti tat-trasport diġà attribwiti għal servizzi, għalkemm aċċettabbli, tidher li hi iktar ‘il bogħod mir-rabta ta’ kawżalità mill-allokazzjonijiet tal-ispejjeż imsemmija qabel.

(141)

Minħabba n-natura tal-biċċa l-kbira mid-dħul iggwadanjat minn PP dawn jistgħu jiġu allokati direttament għas-servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tikkontestax l-allokazzjoni korretta ta’ “dħul mill-bejgħ” għal servizzi.

(142)

L-awtoritajiet Pollakki kellhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha (63), id-distribuzzjoni tar-riżultati kollha skont il-kategoriji tas-servizzi (servizzi universali maqsuma f’riżervati u mhux riżervati u servizzi mhux universali maqsuma f’servizzi postali, finanzjaji u servizzi oħra) kif ukoll spjegazzjoni tal-metodoloġija ntużata biex tallokahom għal servizzi. Il-fatt li l-informazzjoni meħtieġa ngħatat juri li din l-informazzjoni tal-kontabbiltà interna tista’ tiġi provduta bil-livell tad-dettall meħtieġ. Il-Kummissjoni ma sabet ebda żball evidenti fil-metodoloġija applikata għall-allokazzjoni ta’ “riżultati operattivi oħra” (64), “riżultati straordinarji” (65) u “riżultati finanzjarji” (66) għal grupp ta’ servizzi.

(143)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li parti sinifikanti tal-ispejjeż tal-PP hija allokata għal servizzi permezz ta’ spejjeż b’metodu ta’ proporzjon (madwar […] tal-ispejjeż kollha ġew allokati għal servizzi proporzjonalment ma’ servizzi allokati preċedentement notevolment dawk l-ispejjeż li jappartjenu fil-kategorija ta’ “spejjeż oħra” jiġifieri “spejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ żvilupp”, “spejjeż ta’ bejgħ” u “ċerti spejjeż finanzjarji” (67)). Konsegwenetement, għandhom isisru sforzi biex titnaqqas kemm jista’ jkun ir-rilevanza tal-metodu ta’ proporzjon fil-metodu tal-kalkolu tal-ispejjeż ta’ PP sabiex tinkiseb rabta iktar b’saħħitha bejn spejjeż u servizzi. Fil-qosor, il-metodoloġija tal-allokazzjoni hija aċċettabbli iżda tista’ tiġi mtejba jekk il-metodi tal-allokazzjoni użati jipprovdu kemm jista’ jkun għal rabta bejn l-ispejjeż tar-riżorsi użati u s-servizz ġenerat minn dawk ir-riżorsi.

(144)

F’dan ir-rigward, PP informa lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni regolari ta’ dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri (68) kif ukoll metodi ta’ allokazzjoni iktar preċiżi sabiex jirriflettu r-rabtiet bejn il-kawża u l-effett bejn it-tipi ta’ spejjeż imġarrba u l-allokazzjoni tagħhom għal servizzi sabiex tiġi mtejba s-sodezza f’termini tal-preċiżjoni tas-sistema tal-kontabbiltà interna. Għall-istess skop PP qed iħabrek ukoll biex jintroduċi kompletament il-Kalkolu tal-Ispejjeż fuq Bażi tal-Attivitajiet fil-ġestjoni tal-kontabbiltà tiegħu li ċertament għandu jtejjeb it-traċċabbiltà tal-ispejjeż tat-twettiq ta’ attività għal servizzi.

(145)

B’mod simili regoli speċifiċi tad-diviżjoni tal-ispejjeż f’diretti u indiretti kif ukoll regoli għall-kalkolu tal-metodi tad-diviżjoni jiġu aġġornati fuq bażi regolari, eż. fl-2007 Proċedura għall-Kontroll tal-Ispejjeż Diretti (69) ġiet imnedija bil-għan li tintroduċi regoli anqas ambigwi għall-kontroll ta’ spiża sempliċi diretta u spiża diretta komuni reġistrati fil-kontijiet tas-servizz (70). Barra minn hekk, il-fatt li l-metodi tal-allokazzjoni għal spejjeż indiretti jiġu determinati fuq il-livell ċentrali (71) għandu jikkontribwixxi biex jiżgura applikazzjoni iktar omoġenja ta’ dawk il-metodi fil-kumpanija kollha. Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2007 Unitjiet Organizzativi tal-Posta Pollakka li jikkalkolaw il-metodi tad-diviżjoni ġew obbligati li jissottomettu l-metodi liċ-Ċentru tal-Kontabbiltà. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-titjib li sar fl-ambjent tal-kontroll tal-PP, b’mod iktar partikolari rigward il-proċeduri ta’ kontroll li jikkonċernaw ir-reġistrazzjonijiet ta’ spejjeż diretti u indiretti.

(146)

Barra minn hekk, l-Awtorità Nazzjonali Regolatorja qiegħda toħroġ rakkomandazzjonijiet biex telimina wkoll xi dgħufijiet oħra (72) li nstabu matul l-eżerċizzju tal-verifika annwali. Skont l-awtoritajiet Pollakki numru ta’ rakkomandazzjonijiet espressi matul l-eżerċizzju tal-2005 u l-2006 diġà ġew implimentati (73) jew dalwaqt jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li r-rakkomandazzjonijiet miftuħin kollha jiddaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun sabiex tinkiseb sistema ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà interna iktar soda.

(147)

Konsegwentement, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Polonja dwar il-metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż applikat, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Posta Pollakka tuża metodi ta’ allokazzjoni b’rabta każwali raġonevoli bejn l-ispiża attribwita għal servizz u s-sors ta’ dik l-ispiża. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi magħmula minn PP (i) biex isaħħaħ l-ambjent ta’ kontroll marbut mal-informazzjoni tal-ġestjoni u (ii) biex itejjeb il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-ispiża, li huma l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni tal-kumpens.

(148)

Madankollu, kif imsemmi qabel fit-Taqsima V.2.3.3, sabiex jiġi kkalkulat b’mod korrett ir-riżultat nett għat-twettiq tal-Obbligu Postali Universali kif ukoll ir-riżultat barra l-UPS, għandu jiġi żgurat li ebda spiża jew dħul ma jibqa’ ma jiġix allokat u li r-riżultati kollha (74) (dħul u spejjeż) jiġu allokati b’mod adegwat għal kull wieħed mis-servizzi riżervati u mhux riżervati fis-Servizz Postali Universali u lis-Servizz Postali mhux Universali.

V.2.3.5.   Verifika annwali indipendenti

(149)

Skont l-Art 52(3) tal-Liġi Postali l-operatur li jipprovdi s-servizzi postali universali għandu jissottometti lill-President tal-UKE dikjarazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti, li huma msemmija fit-Taqsima 1, kull sena, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena fir-rigward tas-sena preċedenti. Barra minn hekk il-President tal-UKE għandu jkun obbligat li jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti, li huma msemmija fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Art 52(4).

(150)

L-“Operatur pubbliku għandu jkun obbligat jissottometti lill-President tal-UKE, mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, fir-rigward tas-sena preċedenti, ir-rapport finanzjarju eżaminat mill-awditur, fl-ambitu konsistenti mal-Att tal-Liġi tad-29 ta’ Settembru 1994 r. dwar il-kontabbiltà (Ġurnal tal-Liġi tas-sena 2002 Nru 76, pos. 694 u tas-sena 2003 Nru 60, pos. 535) u konsistenti mat-Taqsimiet 1 u 2”.

(151)

Kif iddikjarat qabel il-Kummissjoni rċeviet rapporti dettaljati miktuba kull sena mill-Awtorità Nazzjonali Regolatorja flimkien ma’ awditur indipendenti dwar it-twettiq tar-rekwiżiti tas-separazzjoni tal-kontijiet u l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Ġie konkluż f’dawk ir-rapporti li l-kontabbiltà interna tal-PP kienet ibbażata fuq prinċipji ta’ kontabbiltà ġeneralment aċċettati u, għalhekk, kienet addattata għall-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż żejda tas-servizz postali universali fdat lilu, b’konformità mal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva postali.

(152)

B’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-kontabbiltà analitika titwettaq fil-kontabbiltà ġenerali huwa importanti bl-istess mod li din tal-aħħar tiġi riveduta wkoll. Kull sena d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-PP jiġu suġġetti għal verifika indipendenti (ara t-Taqsima V.2.3.1 fuq). Barra minn hekk, l-awditur għandu jissorvelja wkoll il-konformità tar-reġistrazzjonijiet tal-kontabbiltà mar-rekwiżiti dettaljati tal-Liġi Postali (jiġifieri l-Artikolu 52).

(153)

Madankollu, il-fatt li r-rapporti annwali maħruġa mill-UKE flimkien ma’ kumpanija ta’ verifika indipendenti dejjem iddikjaraw li l-ambitu tal-verifika annwali indipendenti huwa limitat għall-evalwazzjoni ta’ ‘sa liema punt l-operatur pubbliku ssodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 52 tal-Liġi Postali u l-“Ordinanza” u dan huwa limitat għal eżaminazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ spejjeż biss (75) juri li l-arranġamenti magħmula sa issa għall-evitar tal-għoti ta’ kumpens żejjed mhumiex suffiċjenti jekk ir-rimedji msemmija fit-Taqsima V.2.3.3 fuq ma jiġux introdotti. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-ambitu ta’ din il-verifika bħala limitat wisq sabiex jiggarantixxi b’mod korrett it-twettiq tal-għan tal-verifika jiġfieri jiżgura li ebda għoti ta’ kumpens żejjed ma jseħħ (ara l-punt 20 tal-Qafas u l-Artikolu 52.a tal-Liġi Postali (76)).

(154)

Għalhekk, kif diġà ddikjarat fuq fit-Taqsima V.2.2, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa meħtieġ li tinkludi fl-ambitu tal-verifika annwali “Dħul operattiv ieħor”, “Spejjeż operattivi oħra”, “Dħul finanzjarju”, “Spejjeż finanzjarji” u “Riżultati straordinarji” kif ukoll “dħul mill-bejgħ”.

(155)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-ambitu tal-verifika tal-kont għandu jitkabbar sabiex jiżgura li l-kategoriji kollha tal-ispejjeż u d-dħul rilevanti għall-kalkolu tal-ammont tal-kumpens għandhom jiġu kkunsidrati.

V.2.3.6.   Ebda għoti ta’ kumpens żejjed mistenni għall-2009-2011

(156)

Skont il-previżjoni tal-kumpanija (ara l-figuri isfel) PP huwa mistenni wkoll li ma jġarrabx telf nett għat-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku fis-snin li ġejjin tal-iskema (ara informazzjoni iktar dettaljata fl-Anness 3). Konsegwentement, ebda kumpens ma huwa previst mill-iskema in kwistjoni għall-perjodu 2009-2011.

Tabella 2

(000 PLZ)

 

2006

2007

2008

2009

2010

2011

Dħul mill-obbligu tas-servizz pubbliku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż tal-obbligu tas-servizz pubbliku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Eċċess nett (***)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

% Marġni (Eċċess/dħul nett PSO)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(157)

Kif jidher fuq l-eċċess nett ta’ PP miksub mill-UPS qed jonqos kostantement sena wara sena. Minkejja din ix-xejra attwali PP ippreveda titjib kostanti ta’ dan ir-riżultat finanzjaru għas-snin li ġejjin tal-iskema. Ir-raġunijiet li jispjegaw il-bidla fix-xejra huma bbażati fuq l-introduzzjoni ta’ programm ta’ ottimizzazzjoni tal-ispejjeż imniedi fit-tmiem tal-2008 li għandu jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż u konsegwentement għal titjib gradwali tar-riżultati finanzjarji tal-PP. Dan il-programm iffoka mhux biss fuq il-qasam SGEI iżda wkoll fuq il-qasam kummerċjali tal-PP ‘il barra mill-SGEI, eż. xi servizzi pprovduti skont l-attività awżiljari li tagħmel telf m’għandhomx jiġu offruti fil-ġejjieni. Barra minn hekk xi miżuri ġew imfassla biex iżidu d-dħul kemm ġewwa kif ukoll barra l-SGEI, eż. bejgħ ta’ proprjetà attwali statli mhux meħtieġa, il-modernizzazzjoni ta’ xi servizzi finanzjarji biex iżidu l-kompetittività tal-PP, eċċ.

(158)

Il-preżunzjonijiet ewlenin magħmula biex jiġu kkalkolati l-figuri previsti qegħdin f’parametri bħal-livell ta’ bidla mistenni fl-istruttura organizattiva, il-livell ta’ prezzijiet għas-servizzi postali differenti, varjazzjonijiet fl-ispejjeż tax-xogħol u spejjeż oħra, in-numru ta’ impjegati jew indikaturi makroekonomiċi (tkabbir fil-GDP, rata ta’ qgħad, rata ta’ inflazzjoni, rata ta’ kambju EUR/PLN u USD/PLN).

(159)

Barra minn hekk, kif diġà ssemma’ qabel, għalkemm PP ikun awtorizzat skont il-Qafas li “jgawdi qligħ raġonevoli” l-awtoritajiet Pollakki avżaw lill-Kummissjoni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, PP għandu jiġi kkumpensat biss għal telf imġarrab b’rabta mal-provvista ta’ servizzi postali universali. Konsegwentement, l-ammont ta’ kumpens ma għandux ikopri qligħ raġonevoli, li jrrappreżenta assigurazzjoni addizzjonali għall-ġejjieni li ma għandu jseħħ ebda għoti ta’ kumpens żejjed.

(160)

Il-Kummissjoni m’għandhiex raġuni biex tiddubita l-preżunzjonijiet magħmula biex jiġu kkalkolati l-ispejjeż u d-dħul għas-snin li jifdal tal-iskema. Barra minn hekk, it-titjib li qed jiġi introdott regolarment fl-ambjent tal-kontroll u fis-sistema tal-kontabbiltà interna tal-PP jipprovdi assigurazzjoni addizzjonali tal-allokazzjoni korretta tar-riżultati lill-SGEI u ‘l barra mill-SGEI.

(161)

Peress li PP qed jippjana li dalwaqt jintroduċi mudell ġdid biex jikkalkola l-ispejjeż integrat fil-kalkolu tal-ispejjeż ibbażati fuq l-Attività (Activity-based-costing/ABC), il-Kummissjoni titlob li tiġi infurmata fit-tliet xhur mill-introduzzjoni tiegħu jew ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti ieħor fis-sistema interna ta’ kontabbiltà tal-PP.

VI.   LIMITU TAŻ-ŻMIEN TAL-AWTORIZZAZZJONI

(162)

Il-Polonja inizjalment talbet lill-Kummissjoni biex testendi l-investigazzjoni sal-2012. Madankollu, peress li r-regoli kurrenti għall-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-kumpens tas-servizz pubbliku jiġifieri l-“Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku” se jiskadu fl-2011, l-awtoritajiet Pollakki jaċċettaw approvazzjoni tal-iskema sas-sena 2011.

(163)

Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma’ qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li, jekk jitħallas kumpens għat-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku skont l-iskema eżaminata fil-perjodu 2006-2011, dak il-kumpens għandu jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE li jkun kumpatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija qabel jiġu sodisfati.

VII.   KONKLUŻJONI

(164)

Jirriżulta minn dak li ssemma qabel li l-iskema tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Qafas sabiex il-Kummissjoni tikkunsidra l-iskema kumpatibbli sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet: (1) Il-Polonja għandha ttejjeb id-definizzjoni tal-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens sabiex tiżgura li r-riżultati kollha jiġu attribwiti għal servizzi permezz tal-metodoloġija aċċettata, (2) il-Polonja għandha ttejjeb l-arranġamenti għall-evitar u l-ħlas lura ta’ kumpens żejjed sabiex tiżgura li r-riżultati kollha relevanti għall-kalkolu tal-kumpens jiġu kkunsidrati u li arranġamenti xierqa għall-ħlas lura ta’ kumpens żejjed ikunu fis-seħħ, u (3) il-Polonja tiżgura li l-metodu ġdid tal-allokazzjoni tal-ispejjeż jibqa’ kumpatibbli mar-regoli tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 97/67/KE u f’dan ir-rigward għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fis-sistema ta’ kontabbiltà interna tal-PP,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li l-Polonja introduċiet biex tagħti lil Poczta Polska kumpens għall-ispejjeż netti mġarrba fit-twettiq tal-obbligu tiegħu tas-servizz postali universali għall-perjodu 2006-2011 hija kkunsidrata kumpatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) TFUE suġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Il-Polonja għandha tintroduċi d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex:

(1)

ittejjeb id-definizzjoni tal-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens sabiex tiżgura li r-riżultati kollha jiġu attribwiti għal servizzi skont il-metodoloġija aċċettata;

(2)

ittejjeb l-arranġamenti għall-evitar u l-ħlas lura ta’ kumpens żejjed sabiex tiżgura li r-riżultati kollha relevanti għall-kalkolu tal-kumpens jiġu kkunsidrati u li jiġu implimentati arranġamenti xierqa għall-ħlas lura ta’ kumpens żejjed;

(3)

tiżgura li l-metodu ġdid tal-allokazzjoni tal-ispejjeż jibqa’ kumpatibbli mar-regoli tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 97/67/KE u f’dan ir-rigward tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fis-sistema ta’ kontabbiltà interna tal-PP.

Artikolu 3

Il-Polonja għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri meħudha biex jikkonformaw magħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn il-Polonja.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi. Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat KE fejn applikabbli.

(2)  ĠU C 274, 5.11.2005, p. 14.

(3)  Ara in-nota 2 ta' qiegħ il-paġna.

(4)  L-Artikolu 17 tal-“Att tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar Intrapriża tal-Istat ta’ servizzi pubbliċi PP” li jiddikjara li “Il-Posta Pollakka għandha tirċievi … sussidji mill-baġit tal-Istat … għall-finanzjament tal-investimenti” ġie annullat. L-Art. 52.a ġdid fil-Liġi Postali ma jipprevedix il-possibbiltà li tiġi pprovduta għajnuna mill-Istat.

(5)  ĠU C 223, 16.9.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 33, 15.2.2007, p. 9.

(7)  Din il-garanzija kkwalifikat bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat u, safejn tkopri l-attivitajiet kollha tal-PP hija mingħajr limitu ta’ żmien u ambitu u mhix imħallsa, mhix kumpatibbli mas-suq komuni. Din l-għajnuna mill-Istat tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Anness IV.3 punt 1 tat-Trattat ta’ Adeżjoni. Fil-25 ta’ April 2007, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni lill-Polonja li tipproponi li tadotta miżuri adatti fir-rigward ta’ din il-garanzija, skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999. Peress li l-awtoritajiet Pollakki diġà bdew il-proċedura leġiżlattiva mmirata biex tneħħi l-garanzija Statali favur PP li tirriżulta mill-impossibbiltà li PP ikun suġġett għal proċedimenti ta’ falliment u daħlu fl-impenn li jneħħuha sat-30 ta’ Ġunju 2008 bħala l-aħħar data, il-Kummissjoni sabet li l-awtoritajiet Pollakki indirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni u għalqet il-proċedimenti eżistenti ta’ għajnuna skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE permezz tal-istess deċiżjoni. (Ara ĠU C 284, 27.11.2007).

(8)  Dziennik Ustaw Nru 180, punt 1109.

(9)  ĠU 130 (1188 kif emendat).

(10)  Art. 46.2 L-obbligu tat-twettiq tal-inkarigi tal-operatur pubbliku deskritti fil-Liġi Postali għandu jiġi fdat lil Poczta Polska.

(11)  Preżentement imsemmi POST-TEL Sp. z o.o. li jipprovdi wkoll servizzi tal-IT.

(12)  Pocztowa Agencja Usług Finansowych S.A. (PAUF), Otwarty Fundusz Emerytalny Pocztylion (OFE Pocztylion) u Pocztowe Towarzystwo Ubezpieczeń Wzajemnych (PTUW).

(13)  L-istruttura msemmija qabel riċentement ġiet organizzata mill-ġdid diversi drabi. Ħafna miċ-ċentri msemmija fuq għandhom fergħat reġjonali.

(14)  Jekk tittieħed stima tar-rata tal-kambju ta’ 1 EUR = 4 PLN allura l-fatturat jammonta għal EUR 1 572 mil.

(15)  Jekk ikun hemm kapaċità ħielsa dawn l-attivitajiet bħat-trasport, servizzi ta’ konċessjoni, produzzjoni anċillari jistgħu jiġu pprovduti lil klijent estern.

(16)  Jekk ikun hemm kapaċità ħielsa dawn is-servizzi bħal servizzi mediċi, servizzi ta’ forniment, kiri ta’ kmamar għall-klijenti u faċilitajiet ta’ taħriġ jistgħu jiġu provduti fuq bażi kummerċjali lil terzi persuni.

(17)  “L-obbligu tat-twettiq tal-inkarigi tal-operatur pubbliku deskritti fl-Att tal-Liġi għandhom jiġu fdati lil Poczta Polska”.

(18)  ĠU Nru 5 (34) kif emendat.

(19)  Permezz tal-“Att tal-5 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tas-servizz pubbliku PP” l-“Att tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar Intrapriża Statali tas-servizz pubbliku PP” ġie parzjalment annullat. Il-kontenut tal-Artikolu 17, li jikkonċerna sussidji lil PP għall-provvista ta’ servizzi postali universali, ġie trasferit għal Artikolu 52a ġdid fl-Att eżistenti tat-12 ta’ Ġunju 2003.

(20)  Il-Kummissjoni tqis li l-prezz nett addizzjonali tal-obbligu tas-servizz pubbliku huwa l-ispiża mġarrba fit-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku, b’kunsiderazzjoni tal-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi.

(21)  Ara “L-Istruzzjoni tal-Prezz tal-Kumpanija” li tistabbilixxi regoli tar-reġistrazzjoni u diviżjoni tal-prezz, il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu tal-metodi, stadji tal-ħlas tal-ispejjeż fit-tmiem ta’ perjodu tal-kontabbiltà u regoli għall-istabbiliment tal-prezz ta’ twettiq ta’ servizz. Din tiddefinixxi wkoll l-ambitu tar-responsabbiltà ta’ unitajiet organizattivi.

(22)  Żona postali: servizzi universali riservati (SU), mhux riservati SU, u mhux SU; Żona tas-servizzi finanzjarji u servizzi oħra.

(23)  Sommarju jew rapporti kompluti pprovduti għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007.

(24)  “Operatur li jipprovdi servizzi postali universali għandu jiġi obbligat li jżomm kotba ta’ kontabbiltà u kontabbiltà tal-ispejjeż b’tali mod li jippermetti l-kalkolu tal-ispejjeż: 1) separatament għal kull servizz mill-qasam tas-servizzi riżervati; 2) kollettivament għal servizzi mhux riżervati b’separazzjoni fuq: a) servizzi postali universali, b) servizzi li ma jappartjenux fil-kategorija tas-servizzi postali universali.” “Ministru kompetenti għall-kwisjonijiet pubbliċi finanzjarji, wara konsultazzjoni mal-Ministru kompetenti għall-posta u t-telekomunikazzjonijiet għandu jistabbilixxi permezz ta’ Ordinanza, il-metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż, fuq bażi tal-prinċipju, li dan il-metodu għandu jippermetti l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ unità, wara li jikkunsidra T-taqsima 1.”

(25)  “Ministru kompetenti għall-kwisjonijiet pubbliċi finanzjarji, wara konsultazzjoni mal-Ministru kompetenti għall-posta u t-telekomunikazzjonijiet għandu jistabbilixxi permezz ta’ Ordinanza, il-metodu tal- allokazzjoni tal-ispejjeż, fuq bażi tal-prinċipju, li dan il-metodu għandu jippermetti l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ unità, wara li jikkunsidra t-taqsima 1.”

(26)  ĠU Nru 232 (2327).

(27)  Ara punt 2.1.1 sa punt 2.1.4 tal-Ordinanza tal-Ministru tal-Finanzi tal-24 ta’ Diċembru 2003.

(28)  Taħt l-intestaturi li ġejjin: deprezzament, materjali użati, enerġija użata, servizzi tat-trasport, servizzi tat-tiswija, servizzi ta’ terzi persuni, pagi, servizzi tal-impjegati, reklamar u pubbliċità, tassazzjoni u ħlas, servizzi bankarji, spejjeż tal-ivvjaġġar, mixxellanju.

(*)  Sigriet kummerċjali.

(29)  Spejjeż marbuta ma’ servizzi bbażati fuq liċenzji mhumiex spejgati aktar fit-test minħabba l-importanza minuri relattiva tiegħu jiġfieri […] tal-ispejjeż totali tal-PP.

(30)  Kontijiet 511 u 515: Spejjeż ta’ ħlasijiet u żidiet fuq il-ħlasijiet; amortizzazzjoni tal-kompjuters u programmi tal-kompjuters; servizzi ta’ telekomunikazzjoni; konsum tal-materjali u forom ta’ esplojtazzjoni; tiswijiet u manutenzjoni tat-tagħmir postali.

(31)  Il-proċess tal-provvista ta’ servizzi individwali fil-Posta Pollakka ġie maqsum f’attivitajiet dettaljati. Standard ta’ ħin ta’ ħidma li jispeċifika kemm huwa meħtieġ ħin biex titwettaq attività waħda ġie assenjat għal kull attività. Imbagħad, darba f’sena, titwettaq riċerka dwar l-ammont tax-xogħol, u matulha, jitniżżel in-numru ta’ attivitajiet imwettqa. Wara, jiġi stmat il-ħin tal-ħidma standard li jittieħed għall-provvista ta’ servizz partikolari.

(32)  Kont 512: Spejjeż marbuta mal-esplojtazzjoni tal-vaguni postali; spejjeż ta’ ħlasijiet inkluż żidiet tal-gwardjani postali — relatati mat-trażmissjoni ta’ oġġetti postali; spejjeż personali tal-impjegati responsabbli għall-vannijiet postali; spejjeż personali tal-impjegati tad-Dipartiment tal-Ġestjoni tal-Vaguni.

(33)  Rekords tan-numru ta’ oġġetti x piż ta’ oġġett medju kif stabbilit mir-riċerka dwar l-istatistika.

(34)  Kont 510: Spejjeż ta’ ammortizzazzjoni tal-bini, faċilitajiet, makkinarju u tagħmir applikati ġeneralment; spejjeż ta’ kiri, taxxi tal-proprjetà reali, pagamenti għal drittijiet tal-użu tal-art; servizzi muniċipali; tiswija u manutenzjoni tal-bini u faċilitajiet; provvista tal-enerġija u tal-ilma; impjieg ta’ gwardji tas-sigrutà postali fl-uffiċċji postali; spejjeż tat-tindif.

(35)  Kont 514: Spejjeż ta’ servizzi esterni marbuta mal-kunsinna ta’ pakketti u oġġetti postali mħallsa mal-kunsinna, oġġetti postali espressi, ġbir ta’ posta mill-kaxex postali; spejjeż tal-manutenzjoni tad-Dipartimenti tat-Tħaddim u Sorveljanza Teknika, spejjeż ta’ servizzi marbuta mal-kunsinna.

(36)  “Spejjeż oħra” huma spejjeż ta’ natura ġenerali li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala spejjeż diretti jew indiretti.

(37)  Kont 551.

(38)  L-ispejjeż jiġu allokati proporzjonalment mal-ispejjeż allokati preċedentement fuq il-kontijiet tas-servizzi.

(39)  Kont 527.

(40)  Kont 513.

(41)  Il-Posta Pollakka qed tippjana li twettaq dalwaqt l-ewwel kalkolu tal-ispejjeż billi tuża l-mudell ABC. L-ispejjeż kollha jitniżżlu fil-kontijiet tal-grupp “5”: 500-509 huma kontijiet ta’ servizzi li fihom jitniżżlu l-ispejjeż tal-manifattura tas-servizzi individwali; 510, 511, 512, 514 huma l-kontijiet li fihom jitniżżlu spejjeż indiretti; 527 u 551 huma l-kontijiet li fihom jitniżżlu spejjeż oħra. Imbagħad l-ispejjeż imdaħħla fil-grupp tal-kontijiet “5” jiġu trasferiti fil-kontijiet 710-719.

(42)  Fl-2007 l-ewwel “spejjeż finanzjarji” jiġu allokati u mbagħad tiġi kkalkulata ż-żieda fl-“ispejjeż tal-bejgħ u kummerċjali” u l-“ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-iżvilupp”. Fl-2006 it-tliet tipi kollha ta’ “spejjeż oħra” ġew allokati simultanjament permezz tal-użu ta’ żieda komuni fil-ħlas.

(43)  Eż. Bejgħ ta’ prodotti kummerċjali miksuba bil-ħsieb li jinbiegħu f’għamla mhux ipproċessata, kemm bl-imnut kif ukoll bl-ingrossa, sevizzi ta’ konsenja, bejgħ ta’ drittijiet għal servizzi ta’ trasport muniċipali, reklamar, bejgħ ta’ servizzi ta’ trasport u servizzi awżiljari oħra meta l-kapaċità taqbeż il-bżonnijiet interni, eċċ.

(44)  Bejgħ ta’ oġġetti u materjali.

(45)  Ara l-Artikolu 52 (Taqsima 4, 5 u 6).

(46)  Operatur pubbliku obbligat li jipprovdi servizzi postali universali, għandu jirċievi mill-baġit tal-Istat is-sussidju għas-servizzi postali universali pprovduti, jekk iġarrab telf.

(47)  L-ammont tas-sussidju għandu jiġi stabbilit fl-Att tal-Liġi — il-Liġi tal-Baġit, wara li jkun ikkunsidrat il-prinċipju, li l-ammont totali tas-sussidju ma jistax jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż tal-provvisti tas-servizzi postali universali u d-dħul, li jinkiseb minn dawn is-servizzi.

(**)  wara allokazzjoni kompleta tar-riżultati (inklużi riżultati finanzjarji u oħrajn operattivi) bl-eċċezzjoni ta’ riżultati straordinarji.

(48)  Sentenzi fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark (2003) Ġabra I-7747 u Kawżi Magħquda C-34/01 sa C-38/01 Enirisorse v Ministero delle Finanze (2003) Ġabra I-14243.

(49)  Ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-372/97 l-Italja vs il-Kummissjoni (2004) Ġabra I-3679, paragrafu 44.

(50)  Figuri għall-2006.

(51)  Figuri għall-2006.

(52)  ĠU C 297, 29.11.2005.

(53)  Eż. L-ammont totali ta’ kumpens ma jistax jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż tal-provvista tal-UPS u d-dħul, li jinkiseb minn dawn is-servizzi. Ara spjegazzjonijiet addizzjonali fit-Ttaqsimiet II.2, II.3, IV.4 u V.3.3 ta’ din id-Deċiżjoni.

(54)  Skont l-istess terminoloġija ntużata fil-Kont tal-Qligħ u Telf r-riżultati li jmiss ma kinux imsemmija fl-Ordinanza: jiġifieri “Dħul nett mill-bejgħ tal-prodotti, oġġetti u materjali”, “Dħul operattiv ieħor”, “Spejjeż operattivi oħra”, “Dħul finanzjarju”, “Spejjeż finanzjarji” u “Riżultati straordinarji” (li jikkorrispondu għall-punti A, G, H, J, K u M fil-“Kont tal-Qligħ u Telf”).

(55)  imfassal skont l-Att tal-Kontabbiltà tad-29 ta’ Settembru 1994

(56)  Bl-eċċezzjoni ta’ “riżultati operattivi oħra”, “riżultati straordinarji” u ċerti “riżultati finanzjarji” li kienu attribwiti biss lil grupp ta’ servizzi wara li ntalbu mill-Kummissjoni.

(57)  Eż. PP jirreġistra spejjeż operattivi oħra marbuta mal-kummerċ bħal telf fuq it-tneħħija ta’ assi fissi mhux finanzjarji, spejjeż ta’ produzzjoni mwaqqfa, provvista ta’ servizzi bla ħlas, penali, multi u danni mħallsa, dispożizzjonijiet maħluqa fuq telf potenzjali u riskji raġonevoli fuq attivitajiet kummerċjali u spejjeż ta’ attivitajiet ta’ benesseri soċjali. Fl-2006 PP irreġistra madwar PLN 147 miljun bħala spejjeż operattivi oħra.

(58)  Ara sottomissjonijiet differenti ta’ riżultati aggregati, bit-titolu “Riżultati fuq servizzi u attivitajiet tal-Posta Pollakka”.

(59)  Jiġifieri f’ċentri ta’ distribuzzjoni, fiċ-Ċentru tan-Netwerk Postali u fiċ-Ċentru tas-Servizz Postali.

(60)  Fuq il-bażi tar-riċerka statistika dan li ġej huwa kkalkulat sabiex jiġi stmat il-piż/tip ta’ oġġett postali: (1) massa medja ta’ ittri u posta pubbliċitarja fil-fatturat domestiku u barrani (moviment ’il barra) b’diviżjoni f’oqsma riżervati u mhux riżervati, (2) massa medja ta’ pakketti postali fil-fatturat domestiku u barrani (moviment ’il barra) b’diviżjoni f’servizzi universali u kuntrattwali, (3) massa medja ta’ ittri u pakketti f’fatturat barrani (moviment ’il ġewwa), (4) indikaturi għad-diviżjoni ta’ ittri u posta pubbliċitarja f’qasam riżervat u mhux riżervat u (5) struttura ta’ taħlita ta’ oġġetti postali uffiċjali (diviżjoni f’oġġetti postali ekonomiċi u prijoritarji) permezz tal-kontenut.

(61)  Sabiex jiġi stimat in-numru ta’ oġġetti kkonsenjati/it-tip ta’ servizz jew grupp ta’ servizzi.

(62)  Sabiex jiġi stimat il-ħin tal-ħidma/it-tip ta’ attività.

(63)  Is-sottomissjonijiet oripinali tar-riżultati ma allokawx ċerti riżultati (jiġifieri “riżultati operattivi oħra”, “riżultati finanzjarji” u “riżultati straordinarji”) għal servizzi. Wara t-talba tal-Kummissjoni l-awtoritajiet Pollakki pprovdew dejta aggregata li turi d-distribuzzjoni tar-riżultati kollha f’kategoriji ewlenin ta’ servizzi.

(64)  “Spejjeż oħra operattivi” jiġu allokati proporzjonalment mal-ispiża tas-servizzi diġà allokata. “Dħul operattiv ieħor minn sussidji għas-servizzi suġġett għall-eżenzjoni statutarja mill-ħlasijiet” ġie assenjat kompletament lill-grupp ta’ servizzi universali. Il-kumplament tad-“Dħul operattiv ieħor” jiġi allokat proporzjonalment mal-allokazzjoni ta’ spejjeż operattivi oħra.

(65)  Fl-2008 “spejjeż straordinarji” (marbuta ma’ telf imġarrab mill-uffiċċji postali fir-rigward ta’ diżastri naturali) u “dħul straordinarju” (marbut mal-indennitajiet irċevuti wara diżastri naturali) ġew allokati għal grupp ta’ servizzi bl-istess mod bħall-ispejjeż tan-netwerk postali.

(66)  Id-dħul finanzjarju (eskluż id-dħul li jista’ jiġi assenjat direttament lil grupp ta’ servizzi) ġie assenjat lil gruppi ta’ servizz bil-proporzjonijiet użati għall-allokazzjoni ta’ spejjeż finanzjarji.

(67)  Dawk l-ispejjeż finanzjarji marbuta mal-imgħax, id-differenzi fir-rati ta’ kambju u l-kiri ta’ mezzi ta’ trasport u assi fissi oħra.

(68)  Eż. PP introduċa l-Istruzzjoni tal-Ispejjeż tal-Kumpanija fl-2006 li jgħaqqad u jiddeskrivi l-metodu tal-istrutturar tal-metodi għall-kontabbiltà ta’ spejjeż indiretti u jiddeskrivi l-metodu tal-attribuzzjoni tal-ispejjeż lis-servizzi. L-Istruzzjoni tal-Ispejjeż tal-Kumpanija hija suġġetta għal aġġornamenti regolari. Barra minn hekk, skont il-proċedura tal-kontroll tal-ispiża diretta introdotta fl-2007 għal PP, l-istadji li ġejjin jitwettqu sistematikament: i) evalwazzjoni ta’ jekk ċertu tip ta’ spiża diretta tistax isseħħ f’servizz partikolari, ii) verifika tal-allokazzjoni korretta ta’ spejjeż diretti bejn is-servizzi u iii) monitoraġġ tal-approċċ uniformi għar-reġistrazzjoni tal-ispejjeż diretti ta’ servizzi f’kull wieħed mill-fergħat Reġjonali taċ-Ċentru tal-Kontabbiltà. Dawn il-linji gwida jinkludu wkoll il-proċedura li għandha tiġi segwita jekk jinstabu kwalunkwe irregolaritajiet.

(69)  Meta jirċievi l-evalwazzjoni tal-assi tal-karta tal-bilanċ mir-Reġistru Ewlieni relatat mal-prezz dirett ta’ servizzi minn Fergħat Reġjonali, id-Dipartiment tal-Kalkolu tal-Ispejjeż fil-Kwartieri taċ-Ċentru tal-Kontabbiltà jevalwa possibbiltà tal-eżistenza ta’ tip partikolari ta’ prezz dirett għal servizz partikolari, jivverifika l-korrettezza tad-diviżjoni tal-ispejjeż diretti bejn is-servizzi u jivverifika jekk l-approċċ tar-reġistrazzjoni tal-prezz dirett huwiex koerenti b’mod partikolari Fergħat Reġjonali. Fil-każ ta’ dubji marbuta mal-allokazzjoni tal-ispejjeż skont it-tip ta’ servizz l-impjegat tad-Dipartiment tal-Kalkolu tal-Ispejjeż jitlob lill-Fergħa Reġjonali għal spjegazzjonijiet. L-unità reġjonali hija obbligata li terġa’ tivverifika d-deskrizzjoni tad-dokument tas-sors li fuq il-bażi tiegħu tniżżel il-prezz fil-kotba u l-korrettezza tal-klassifikazzjoni tal-ispejjeż tkun ġiet evalwata. Jekk jirriżulta mill-verifika li l-ispiża ġiet rikonoxxuta korrettament id-Dipartiment tal-Kalkolu tal-Ispiża fil-Kwartieri taċ-Ċentru tal-Kontabbiltà jiġi infurmat. Jekk l-ispiża diretta ġiet assenjata b’mod mhux korrett lis-servizzi l-entratura tiġi korretta u l-informazzjoni rilevanti tiġi sottomessa lid-Dipartiment tal-Kalkolu tal-Ispejjeż.

(70)  Ara r-rapport tal-2007 mill-Awtorità Nazzjonali Regolatorja.

(71)  Mid-Dipartiment tal-Kalkolu tal-Ispejjeż fiċ-Ċentru tal-Kontabbiltà.

(72)  Eż. Dgħjufijiet fl-ambjent tal-kontroll intern bħan-nuqqas ta’ proċeduri li japplikaw konsistentement metodi ta’ allokazzjoni jew li jikkontrollaw il-kwalità tad-dejta tad-dħul, Simplifikazzjoni eċċessiva tal-metodi tal-allokazzjoni tal-ispejjeż.

(73)  Eż. PP introduċa l-Istruzzjoni tal-Ispejjeż tal-Kumpanija fl-2006 li tgħaqqad u tiddeskrivi l-metodu tal-istrutturazzjoni tal-metodi għall-kontabbiltà ta’ spejjeż indiretti u tiddeskrivi l-metodu tal-attribuzzjoni tal-ispejjeż għas-servizzi. L-Istruzzjoni tal-Ispejjeż tal-Kumpanija hija suġġetta għal aġġornamenti regolari. Barra minn hekk, skont il-proċedura tal-kontroll tal-ispiża diretta introdotta fl-2007 f’PP, dawn l-istadji li ġejjin jitwettqu sistematikament: i) evalwazzjoni ta’ jekk ċertu tip ta’ spiża diretta tistax isseħħ f’servizz partikolari, ii) verifika tal-allokazzjoni korretta ta’ spejjeż diretti bejn is-servizzi u iii) monitoraġġ ta’ approċċ uniformi għar-reġistrazzjoni ta’ spejjeż diretti tas-servizzi f’kull wieħed mill-Fergħat Reġjonali taċ-Ċentru tal-Kontabbiltà. Dawn il-linji gwida jinkludu wkoll il-proċedura li għandha titwettaq jekk jinstabu kwalunkwe irregolaritajiet.

(74)  “Riżultati operattivi oħra”, “riżultati finanzjarji” u “riżultati straordinarji” għandhom ukoll ikunu allokati għal servizzi.

(75)  Jiġifieri “Spejjeż ta’ prodotti, oġġetti u materjali mibjugħa”, “Spejjeż ta’ bejgħ”, “Spejjeż ġenerali u amministrattivi” u “Imgħax minn obbligazzjonijiet għall-iffinanzjar ta’ servizzi postali inkluż differenzi fir-rari ta’ skambju barranin” (Ara punt 2.2 tal-“Ordinanza”).

(76)  […] wara kunsiderazzjoni tal-prinċipju, li l-ammont totali tal-kumpens ma jistax jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż tal-provvisti tas-servizzi postali universali u d-dħul, li jinkiseb minn dawn is-servizzi.

(***)  wara allokazzjoni totali tar-riżultati (inkluż riżultati finanzjarji u oħrajn operattivi) bl-eċċezzjoni ta’ riżultati straordinarji.


ANNESS 1

A.   Spejjeż għas-sena 2006

(miljun PLN)

 

 

Servizzi postali

Servizzi finanzjarji

Oħrajn

Total

1.

spejjeż diretti

(…)

(…)

(…)

(…)

2.

spejjeż indiretti:

(…)

(…)

(…)

(…)

2a

spejjeż operattivi

(…)

(…)

(…)

(…)

2b

spejjeż tat-trasport

(…)

(…)

(…)

(…)

2c

spejjeż tal-manutenzjoni tan-netwerk

(…)

(…)

(…)

(…)

2d

spejjeż indiretti oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

3 = 1 + 2

SPIŻA TAL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI

(…)

(…)

(…)

(…)

4.

spejjeż ġenerali u amministrattivi:

(…)

(…)

(…)

(…)

5.

spejjeż ta’ bejgħ u kummerċjali

(…)

(…)

(…)

(…)

6.

spejjeż finanzjarji

(…)

(…)

(…)

(…)

7.

Spejjeż operattivi oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

8 = 3 sa 7

SPEJJEŻ TOTALI

(…)

(…)

(…)

(…)


(%)

 

 

Servizzi postali

Servizzi finanzjarji

Oħrajn

Total

1.

spejjeż diretti

(…)

(…)

(…)

(…)

2.

spejjeż indiretti:

(…)

(…)

(…)

(…)

2a

spejjeż operattivi

(…)

(…)

(…)

(…)

2b

spejjeż tat-trasport

(…)

(…)

(…)

(…)

2d

spejjeż tal-manutenzjoni tan-netwerk

(…)

(…)

(…)

(…)

2c

spejjeż oħra indiretti

(…)

(…)

(…)

(…)

3 = 1 + 2

SPIŻA TAL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI

(…)

(…)

(…)

(…)

4.

spejjeż ġenerali u amministrattivi:

(…)

(…)

(…)

(…)

5.

spejjeż tal-bejgħ u kummerċjali

(…)

(…)

(…)

(…)

6.

spejjeż finanzjarji

(…)

(…)

(…)

(…)

7.

Spejjeż operattivi oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

8 = 3 sa 7

SPEJJEŻ TOTALI

100,0

100,0

100,0

100,0

B.   Dħul għas-sena 2006

(miljun PLN)

 

 

Servizzi postali

Servizzi finanzjarji

Oħrajn

Total

1.

Dħul mill-bejgħ

(…)

(…)

(…)

(…)

2.

Dħul finanzjarju

(…)

(…)

(…)

(…)

3.

Dħul operattiv ieħor

(…)

(…)

(…)

(…)

4 = 1 sa 3

DĦUL TOTALI

(…)

(…)

(…)

(…)


(%)

 

 

Servizzi postali

Servizzi finanzjarji

Oħrajn

Total

1.

Dħul mill-bejgħ

(…)

(…)

(…)

(…)

2.

Dħul finanzjarju

(…)

(…)

(…)

(…)

3.

Dħul operattiv ieħor

(…)

(…)

(…)

(…)

4 = 1 sa 3

DĦUL TOTALI

100,0

100,0

100,0

100,0


ANNESS 2

Riżultati fil-qasam tas-servizzi postali – Sena 2006

(bl-eluf PLN)

Speċifikazzjoni

Servizzi postali

Universali

Total universali

Servizzi mhux universali

Servizzi postali totali

Riżervati

Mhux riżervati

1

2

3 = 1 + 2

4

5 = 3 + 4

1

Dħul mill-bejgħ

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

2

Dħul finanzjarju

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

3

Dħul operattiv ieħor

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

A

Dħul totali

(A = 1 + 2 + 3)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

4

Spejjeż diretti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

5

Spejjeż indiretti

(5 = 5a + 5b + 5c + 5d)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

5a

Spejjeż tal-esplojtazzjoni (teknoloġiċi tas-servizzi)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

5b

Spejjeż tal-kunsinna ta’ oġġetti postali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

5c

Spejjeż fissi tal-manutenzjoni tan-netwerk postali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

5d

Spejjeż oħra indiretti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

6

Spejjeż ġenerali tal-intrapriża

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

7

Spejjeż tal-bejgħ

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

8

Spejjeż finanzjarji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

9

Spejjeż operattivi oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

B

Spejjeż Totali

B = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

C

Riżultat

C = A – B

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


ANNESS 3

Riżultati tas-servizz postali universali – 2006-2011

Dħul tas-Servizz Postali Universali

(000 PLZ)

 

2006

2007

2008

2009 (*)

2010 (*)

2011 (*)

Dħul tal-obbligu tas-servizz pubbliku (**)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


Spejjeż tas-Servizz Postali Universali

(000 PLZ)

 

2006

2007

2008

2009 (***)

2010 (***)

2011 (***)

Spejjeż tal-obbligu tas-servizz pubbliku (****)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż diretti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż indiretti

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż operattivi (servizzi teknoloġiċi)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spiża tat-twettiq ta’ kunsinni postali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż fissi tal-manutenzjoni tan-netwerk postali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż indiretti oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż ġenerali (Spejjeż tal-intrapriża)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż tal-bejgħ

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż finanzjarji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż operattivi oħra

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)


(*)  figuri previsti.

(**)  dħul straordinarju mhux inkluż.

(***)  figuri previsti.

(****)  l-ispejjeż straordinarji ma ġewx inklużi.


Top