EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0576
Council Decision 2010/576/CFSP of 23 September 2010 on the European Union police mission undertaken in the framework of reform of the security sector (SSR) and its interface with the system of justice in the Democratic Republic of the Congo (EUPOL RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat- 23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat- 23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2013
29.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/576/PESK
tat-23 ta’ Settembru 2010
dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK (1) li tistabbilixxi missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “EUPOL RD Congo” jew “il-Missjoni”). |
(2) |
Fit-23 ta' Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/485/PESK (2) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta' Ġunju 2009. |
(3) |
Fil-15 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/466/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta' Ġunju 2010. |
(4) |
Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/329/PESK (4) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta' Settembru 2010. |
(5) |
EUPOL RD CONGO għandha titkompla għal sena oħra sat-30 ta' Settembru 2011. |
(6) |
L-istruttura ta' kmand u kontroll tal-Missjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà kontraenti tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. |
(7) |
Il-Kapaċità tal-Għassa stabbilita fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandha tiġi attivata għall-Missjoni. |
(8) |
Il-Missjoni ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Missjoni
1. Il-Missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn hawn ' il-quddiem imsejħa “EUPOL RD Congo” jew “il-Missjoni”), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK, għandha tiġi estiża għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011.
2. EUPOL RD Congo għandha topera konformement mad-dikjarazzjoni tal-Missjoni stipulata fl-Artikolu 2 u għandha twettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 3. Hija għandha topera mingħajr preġudizzju għall-appartenenza mir-RDK tar-RSS.
Artikolu 2
Dikjarazzjoni tal-Missjoni
1. Sabiex jitjiebu l-maturità u s-sostenibbiltà tal-proċess ta' riforma tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNK), l-EUPOL RD Congo għandha tassisti lill-awtoritajiet Kongoliżi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Pulizija, billi tkopri l-prijoritajiet tal-Proċess ta' Riforma tal-Pulizija għall-perijodu 2010-2012, u billi tibni fuq il-linji gwida tal-Qafas Strateġiku. EUPOL RD Congo għandha tiffoka fuq attivitajiet u proġetti konkreti biex tiġi sostnuta l-azzjoni tagħha fil-livell strateġiku tal-proċess ta' riforma, fuq il-bini ta' kapaċità u fuq it-tisħiħ tal-interazzjoni bejn il-PNK u s-sistema usa' tal-ġustizzja kriminali bil-għan ta' appoġġ aħjar għall-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità. L-EUPOL RD Congo għandha taħdem b'koordinazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib ma' donaturi oħra tal-Unjoni, internazzjonali u bilaterali, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.
2. L-objettivi partikolari tal-Missjoni għandhom ikunu:
(a) |
l-appoġġ għall-proċess RSS sħiħ fil-livell strateġiku fir-REpubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) b'enfasi partikolari fuq ir-riforma tal-PNK u l-interazzjoni tagħha mal-ġudikatura; |
(b) |
l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riforma tal-Pulizija u t-titjib tal-kapaċità operattiva u l-affidabbiltà tal-PNK permezz ta' attivitajiet ta' iggwidar, monitoraġġ u l-għoti ta' konsulenza; |
(c) |
it-titjib tal-għarfien u l-kapaċità tal-uffiċjali anzjani, il-ħarrieġa u s-sistemi ta' taħriġ tal-PNK, inkluż permezz tal-għoti ta' korsijiet ta' taħriġ strateġiku; |
(d) |
l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-impunità fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolenza sesswali. |
3. Il-Missjoni għandu jkollha Ċellula ta' Riċerka għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-missjoni għandha tagħti konsulenza lill-Istati Membri u lil Stati terzi u għandha tikkoordina u tiffaċilita, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom fl-oqsma li huma ta' interess għall-Missjoni u fit-twettiq tal-objettivi tagħha.
Artikolu 3
Kompiti tal-missjoni
Sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi tagħha, il-kompiti tal-EUPOL RD Congo għandhom ikunu kif ġej:
1) |
l-appoġġ għall-proċess RSS sħiħ fil-livell strateġiku fir-RFK b'enfasi partikolari fuq ir-riforma tal-PNK u l-interazzjoni tagħha mal-ġudikatura:
|
2) |
l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riforma tal-Pulizija u t-titjib tal-kapaċità operattiva u l-affidabbiltà tal-PNK permezz ta' attivitajiet ta' iggwidar, monitoraġġ u l-għoti ta' konsulenza:
|
3) |
it-titjib tal-għarfien u l-kapaċità tal-uffiċjali anzjani, il-ħarrieġa u s-sistemi ta' taħriġ tal-PNK, inkluż permezz tal-għoti ta' korsijiet ta' taħriġ strateġiku:
|
4) |
l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-impunità fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolenza sesswali:
|
5) |
Kompiti oħra / Ċellula ta' Riċerka:
|
Artikolu 4
Struttura tal-Missjoni
1. L-EUPOL RD Congo għandha tkun strutturata kif ġej:
(a) |
Kwartieri Ġenerali f'Kinshasa. Il-Kwartieri Ġenerali għandhom jikkonsistu mill-Uffiċċju tal-Kap tal-Missjoni u tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali, li jipprovdu l-funzjonijiet kollha meħtieġa biex jingħataw konsulenza fil-livell strateġiku u operattiv, ta' kmand u kontroll, kif ukoll appoġġ tal-missjoni u dak amministrattiv; |
(b) |
Uffiċċju Lokali. Uffiċċju Lokali għandu jiġi stabbilit f'Goma. L-implikazzjonijiet fuq il-livell nazzjonali kollu tal-mandat tal-Missjoni jistgħu wkoll jeħtieġu azzjonijiet fil-pajjiż u possibbilment preżenza temporanja (ukoll għal terminu aktar twil) ta' esperti f'postijiet oħra, dejjem soġġetti għal konsiderazzonijiet ta' sigurtà. |
2. L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal aktar arranġamenti dettaljati fil-Pjan Operattiv (OPLAN).
Artikolu 5
Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili
1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUPOL RD Congo.
2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPOL RD Congo fil-livell strateġiku.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta' istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih konsulenza u appoġġ tekniku.
4. Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat tal-oriġini jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
5. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.
6. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kwistjonijiet tar-RSS u ta' appoġġ fil-livell Reġjonali kollu, kif meħtieġ.
Artikolu 6
Kap tal-Missjoni
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà għall-missjoni fil-livell operattiv fuq il-post u jeżerċita kmand u kontroll tagħha.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita l-OPCON fuq il-persunal minn Stati kontribuwenti kif assenjati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika, inkluż fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni mqegħdin għad-dispożizzjoni tal-Missjoni.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-Missjoni għat-twettiq effikaċi tal-EUPOL RD Congo fil-post tal-operazzjoni, jassumi l-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mall-Kummissjoni.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal issekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kkonċernata nazzjonali jew tal-Unjoni.
6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUPOL RD Congo fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adatta tal-Missjoni.
7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, l-azzjonijiet tal-EUPOL RD Congo ma' atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali dwar il-kwistjonijiet tar-RSS u ta' appoġġ fil-livell Reġjonali kollu mir-RSUE.
Artikolu 7
Persunal
1. L-EUPOL RD Congo għandha tikkonsisti primarjament minn persunal sekondat mill-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni għandhom jerfgħu l-ispejjeż relatati ma' kwalunkwe membru tal-persunal sekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances minbarra allowances tal-ġurnata applikabbli, kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.
2. Il-persunal ċivili internazzjonali u l-persunal lokali għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-Missjoni jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux ipprovduti mill-persunal issekondat mill-Istati Membri. B'mod eċċezzjonali, f'każijiet debitament ġustifikati, fejn m'hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu rreklutati fuq bażi kontrattwali, kif adatt.
3. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-Missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġa l-politika tal-Unjoni ta' sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li l-membri tal-persunal ikunu fdati biha waqt li jwettqu dmirijiethom, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji u l-istandards minimi tas-sigurtà stabbiliti mir-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill (5).
Artikolu 8
Status tal-Missjoni u tal-persunal tagħha
1. L-istatus tal-Missjoni u tal-persunal tagħha, inklużi fejn adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-Missjoni, għandhom jiġu miftiehma konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat.
2. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-Unjoni li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe azzjoni marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernati għandhom ikunu responsabbli għall-introduzzjoni ta' kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.
3. Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ċivili internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal.
Artikolu 9
Linja ta' kmand
1. EUPOL RD Congo għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet.
2. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL RD Congo.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPOL RD Congo fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ struzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita il-kmand u l-kontroll fuq l-EUPOL RD Congo fuq il-post tal-operazzjoni u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
Artikolu 10
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati il-CONOPS u l-OPLAN. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-Missjoni għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill.
2. Il-KPS għandu jirraporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3. Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 11
Parteċipazzjoni ta' Stati terzi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-Missjoni, bil-kondizzjoni li dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta' sussistenza ta' kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mir-RDK, u li jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' tħaddim tal-Missjoni, kif adatt.
2. Stati terzi li jikkontribwixxu għall-Missjoni għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' ġestjoni ta' kuljum tal-Missjoni daqs l-Istati Membri.
3. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u biex jistabbilixxi Kumitat ta' Kontributuri.
4. L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 tat-Trattat u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat terz f'operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-Missjoni.
Artikolu 12
Sigurtà
1. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, f'koordinazzjoni mal-Uffiċċju ta' Sigurtà tal-Kunsill, għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta' sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL RD Congo skont l-Artikoli 5 u 9.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u biex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u l-istrumenti li jappoġġawha.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mal-Uffiċċju ta' Sigurtà tal-Kunsill.
4. Il-persunal tal-EUPOL RD Congo għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel ma jibda jwettaq dmirijietu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post, organizzat mill-SMSO.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE konformement mar-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill.
Artikolu 13
Kapaċità tal-Għassa
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL RD Congo.
Artikolu 14
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011 għandu jkun ta' EUR 6 430 000.
2. In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita konformement mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta totalment lill-Kummissjoni u jiġi ssorveljat minnha rigward l-attivitajiet imwettqin fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.
4. Ċittadini ta’ Pajjiżi terzi għandhom jkunu jistgħu jippreżentaw offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista' jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, Stati terzi parteċipanti u ma' atturi internazzjonali oħra fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUPOL RD Congo.
5. L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti operattivi tal-Missjoni, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tal-Missjoni.
6. In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 15
Koordinazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f'koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjoni tal-Unjoni u l-EUSEC RD Congo biex tkun żgurta l-konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni b'appoġġ tar-RDK.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet tal-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina ma' atturi internazzjonali oħra preżenti fil-pajjiż, u jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mal-UN MONUSCO.
Artikolu 16
Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata
1. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat biex jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u konformement mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mar-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill.
2. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mar-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan.
3. Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mar-Regolamenti ta' Sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħra kollha, din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti għandhom jiġu rrilaxxati lill-Istat ospitanti konformement mal-proċeduri applikabbli għall-kooperazzjoni mill-Istat ospitanti mal-Unjoni.
4. Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, id-dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkunu koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (6).
Artikolu 17
Reviżjoni tal-Missjoni
Reviżjoni tal-Missjoni għandha tiġi ppreżentata lill-KPS kull sitt xhur, abbażi ta' rapport mill-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.
(2) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 44.
(3) ĠU L 151, 16.6.2009, p. 40.
(4) ĠU L 149, 15.6.2010, p. 11.
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/263/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).