Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0478

2010/478/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Lulju 2010 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali

ĠU L 234, 4.9.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/478/oj

Related international agreement

4.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Lulju 2010

li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali

(2010/478/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 166 (4) u 173 (3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew ,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, ftehim Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (“il-Ftehim”), u Att Finali.

(2)

Il-Ftehim u l-Att Finali ġew iffirmati f’isem il-Komunità fil-11 ta’ Ottubru 2007, suġġett għall-konklużjoni tagħhom f’data aktar tard, u qed jiġu applikati proviżorjament mill-1 ta’ Settembru 2007, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/745/KE (1).

(3)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-ftehim għandu jkun approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (2) (“il-Ftehim”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 13 tal-Ftehim (3) u jagħmel in-notifika li ġejja:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-Ftehim huwa marbut mas-seba’ ftehimiet mal-Isvizzera li kienu ffirmati fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE (4).

Il-Ftehim m’għandux jiġi mġedded jew innegozjat mill-ġdid skont l-Artikolu 12 tiegħu f’każ li l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew mitmuma.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħhha.

Artikolu 6

Din id-Deiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 11.

(3)  ĠU L 217, 18.8.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.


Top