This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0301
2010/301/: Commission Decision of 25 May 2010 amending Decision 2004/407/EC as regards authorising imports of photographic gelatine into the Czech Republic (notified under document C(2010) 3244)
2010/301/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3244)
2010/301/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Mejju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3244)
ĠU L 128, 27.5.2010, p. 9–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R0142
27.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Mejju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3244)
(It-testi biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(2010/301/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 4(4) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti sekondarji u pproċessati tal-annimali fl-Unjoni sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar regoli tranżitorji rigward is-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika (2) tipprevedi, li l-Belġju, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerta ġelatina maħsuba b’mod esklużiv għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), b’konformità ma' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE tipprevedi li tiġi awtorizzata biss l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/960/KE (3), tawtorizza l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn impjanti speċifikati fl-Istati Uniti għar-Repubblika Ċeka. Ir-Repubblika Ċeka issa ppreżentat talba ġdida għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika minn impjant ieħor fl-Istati Uniti. Ir-Repubblika Ċeka kkonfermat li l-kundizzjonijiet stretti ta' passaġġ skont id-Deċiżjoni 2004/407/KE se jiġu applikati sabiex jiġu evitati r-riskji potenzjali għas-saħħa. |
(5) |
Skont dan, u bi stennija għar-reviżjoni tar-rekwżiti tekniċi għall-importazzjoni tal-prodotti tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli ta’ saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (4), ir-Repubblika Ċeka għandha titħalla tawtorizza l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn impjanti addizzjonali fl-Istati Uniti soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2004/407/KE. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2004/407/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/407/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(2) ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.
(3) ĠU L 330, 16.12.2009, p. 82.
(4) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
ANNESS
L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS I
IL-PAJJIŻI TERZI U L-IMPJANTI TAL-ORIĠINI, L-ISTATI MEMBRI DESTINATARJI, L-ISTAZZJONIJIET TA’ SPEZZJONI FIL-FRUNTIERA TAL-EWWEL DĦUL FL-UNJONI U L-FABBRIKI TAL-FOTOGRAFIĊI APPROVATI
Il-Pajjiż terz tal-oriġini |
L-impjanti tal-oriġini |
Stat Membru destinatarju |
Stazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni |
Fabbriki fotografiċi approvati |
|||||||||||||||||
Ġappun |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Rotterdam |
|
|||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
Liverpool Felixstowe |
|
||||||||||||||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
Hamburg |
|
|||||||||||||||||||
L-Istati Uniti tal-Amerika |
|
Il-Lussemburgu |
Antwerp Zaventem Il-Lussemburgu |
|
|||||||||||||||||
Ir-Renju Unit |
Liverpool Felixstowe |
|
|||||||||||||||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
Hamburg |
|