Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0057

    2010/57/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 509) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 32, 4.2.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Imħassar b' 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/57(1)/oj

    4.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 32/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta’ Frar 2010

    li tistabbilixxi garanziji tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae (razza taż-żwiemel) li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 509)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/57/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/496/KEE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsenji ta' annimali minn pajjiżi terzi huma suġġetti għal kontrolli dokumentati u ta' identità fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera sabiex tiġi vverifikata d-destinazzjoni sussegwenti tagħhom, partikolarment fil-każ ta' annimali fit-tranżitu. Dawk il-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera huma msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 97/78/KE tat-18 Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2).

    (2)

    L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 91/496/KEE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu ta' annimali minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jew għall-istess pajjiż terz, u dan għandu jkun suġġett għal ċerti kondizzjonijiet. B'mod partikolari, il-punt (c) ta' dak l-Artikolu jipprovdi li l-verifiki msemmija fl-Artikolu 4 tiegħu juru li l-annimali għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/496/KEE jew, fil-każ ta' annimali koperti mid-Direttivi msemmija fl-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (3), għandhom joffru garanziji tas-saħħa li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (4) kif imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/425/KEE. Il-Kapitolu III tad-Direttiva 90/426/KEE jistabbilixxi l-garanziji ekwivalenti tas-saħħa għall-equidae.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta’ April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel (5) irreġistrati tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati fl-Unjoni li jieħu inkonsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet differenti tas-saħħa fil-pajjiżi terzi. Dawk iċ-ċertifikati jipprovdu garanziji sanitarji meħtieġa għat-trasport ta' equidae minn pajjiż jew territorju terz jew parti minnu għal pajjiż jew territorju terz ieħor jew parti oħra tal-istess pajjiż jew territorju terz. Il-garanziji tas-saħħa f'dawk iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala l-kundizzjonijiet ta' referenza għat-tranżitu ta' equidae fl-Unjoni.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (6) tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-ammissjoni temporanja u l-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati mill-pajjiżi terzi ta' partijiet ta' dawk il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tagħha. Hija wkoll tassenja il-gruppi sanitarji ta' pajjiżi terzi skont is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawk il-gruppi sanitarji għandhom jiġu kkunsidrati għat-tranżitu ta' equidae fl-Unjoni.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/907/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skont l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (7) tipprovdi li l-equidae fi triqithom minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor iridu jkunu ġejjin minn xi wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 92/260/KEE. Hija tipprovdi wkoll li dawn l-equidae għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat intitolat “Ċertifikat ta' tranżitu għat-trasport ta' equidae minn pajjiż terz għal ieħor”. Dak iċ-ċertifikat jieħu inkonsiderazzjoni l-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni 92/260/KEE.

    (7)

    Minħabba li l-garanziji tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' equidae huma għall-inqas stretti daqs dawk għal dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati, huwa xieraq li jiġi awtorizzat it-tranżitu ta' equidae li jkunu qed jiġu trasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 97/78/KE mhux biss minn dawk il-pajjiżi jew territorji terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-ammissjoni temporanja ta' żwiemel reġistrati hija awtorizzata skont id-Deċiżjoni 2004/211/KE, iżda wkoll minn dawk il-pajjiżi jew territorji terzi jew partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet permanenti huma awtorizzati skont dik id-Deċiżjoni.

    (8)

    Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2008/907/KE għandha tkun revokata.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu ta' equidae li jkunu qed jiġu trasportati mit-territorji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 97/78/KE minn pajjiż jew territorju terz jew parti minnu għal ieħor, jew għall-istess, pajjiż jew territorju terz, jew parti minnu sakemm l-equidae:

    (a)

    ikunu ġejjin minn pajjiż jew territorju terz jew parti minnu minn fejn l-ammissjoni temporanja jew importazzjonijiet ta' żwiemel reġistrati hija awtorizzata rispettivament kif indikat fil-kolonni 6 jew 8 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

    (b)

    huma akkumpanjati minn ċertifikat individwali intitolat “Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu ta' equidae” kif previst fil-paragrafu 2.

    2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għat-tranżitu tal-equidae għandu jinkludi:

    (a)

    Taqsimiet I, II u III tal-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa xierqa tal-annimali stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE, minbarra r-rekwiżiti għall-arterite virali ekwina fil-punt (e)(v) tat-Taqsima III, li jikkorrispondu għall-grupp sanitarju li lilu l-pajjiż jew territorju terz tad-dispaċċ jew parti minnu huwa assenjat skont l-indikazzjoni fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE; u

    (b)

    b'żieda mal-ħtiġijiet tal-punt (a), it-Taqsimiet IV u V li ġejjin:

    “IV.

    Equidae ġejjin minn: …

    (Daħħal l-isem tal-pajjiż jew territorju terz tad-dispaċċ)

    u sejrin lejn: …

    (Daħħal l-isem tal-pajjiż jew territorju terz tad-destinazzjoni)

    V.

    Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali: …”

    3.   Fil-każ ta' żwiemel reġistrati, permezz ta' deroga mill-punt 2(a), il-lista ta' pajjiżi terzi fit-tielet inċiż tal-punt (d) tat-Taqsima III taċ-ċertifikati kampjun tas-saħħa tal-annimali minn A sa E stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE għandha tiġi sostitwita mil-lista ta' pajjiżi jew territorji terzi jew partijiet minnhom assenjati lil gruppi sanitarji minn A sa E fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2008/907/KE hija revokata.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (4)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

    (5)  ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67.

    (6)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

    (7)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 22.


    Top