This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0010
2010/10/EC: Council Decision of 20 November 2009 on the granting of a State aid by the authorities of the Republic of Poland for the purchase of agricultural land between 1 January 2010 and 31 December 2013
2010/10/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2009 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Polonja għax-xiri ta’ art agrikola bejn l- 1 ta’ Jannar 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2013
2010/10/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2009 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Polonja għax-xiri ta’ art agrikola bejn l- 1 ta’ Jannar 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2013
ĠU L 4, 8.1.2010, p. 89–90
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
8.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/89 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2009
dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Polonja għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013
(2010/10/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja fit-28 ta’ Settembru 2009,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta’ Settembru 2009, il-Polonja ppreżentat lill-Kunsill talba għal deċiżjoni f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat, li tiddikjara li l-pjan tar-Repubblika tal-Polonja sabiex tagħti għajnuna nazzjonali lill-bdiewa Pollakki għax-xiri ta’ art agrikola hija kompatibbli mas-suq komuni. |
(2) |
L-istruttura mhux favorevoli taż-żona tal-impriżi agrikoli Pollakki, il-livell baxx ta’ pagamenti diretti li l-Polonja tirċievi wara mekkaniżmu ta’ introduzzjoni progressiva previst fl-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u l-kontributi agrikoli ta’ xogħol sproporzjonatament għoljin meta mqabbla mar-rendiment jirriżultaw fi dħul agrikolu baxx, li fl-2008 kompla jonqos minħabba l-waqgħa fil-valur tal-pagamenti lill-bdiewa wara t-tnaqqis ta’ 10 % fir-rata tal-kambju tal-euro. |
(3) |
Fl-2009, ir-riċessjoni dejjem tiggrava fl-ekonomija dinjija kkawżata mill-kriżi globali affettwat ħażin l-impriżi agrikoli Pollakki kemm minħabba n-nuqqas ta’ domanda kif ukoll minħabba t-tnaqqis kbir fil-prezzijiet tax-xiri: il-prezzijiet tal-qamħ huma madwar 45 % u l-prezzijiet tas-segala madwar 60 % inqas mil-livelli ta’ Marzu 2008, filwaqt li f’Lulju 2009, il-prezz tal-ħalib kien 9,5 % inqas milli f’Lulju 2008. |
(4) |
Il-prezzijiet tal-kontributi agrikoli bħall-fertilizzanti, il-pestiċidi, l-għalf u l-karburant komplew jiżdiedu fl-2009, li kellu impatt katastrofiku fuq il-livelli ta’ għixien tal-bdiewa. Huwa probabbli li l-kondizzjonijiet ser ikomplu jeħżienu għal bosta impriżi Pollakki, b’żieda konsegwenti fl-għadd ta’ familji tal-bdiewa fir-riskju tal-faqar. |
(5) |
Is-sitwazzjoni tad-dħul tal-bdiewa fil-Polonja kompliet taggrava fl-2009 bit-telf, li hu stmat li laħaq madwar PLN 240 miljun, fuq 130 000 ettaru ta’ art agrikola minħabba għargħar fi 11-il voivodship (minn total ta’ 16-il voivodship). |
(6) |
Fl-ewwel kwart tal-2009, il-qgħad rurali żdied meta mqabbel mas-sena l-oħra u hemm risjku li dan ser ikompli jiżdied. L-għajnuna nazzjonali għandha tgħin lill-qegħda jaqilbu għall-biedja billi tippermettilhom jixtru art agrikola. Din għandha tagħti wkoll l-opportunità lill-bdiewa fuq semi-sussistenza li m’għadhomx jaħdmu bħala impjegati f’setturi barra mill-agrikoltura sabiex itejbu l-istruttura taż-żona tal-impriża tagħhom bl-għan li jiġi żgurat dħul li jiggarantilhom livell bażiku ta’ għixien mir-raba. Għandha tiffaċilita wkoll il-bejgħ ta’ art agrikola li tappartjeni lill-qegħda li jeħtieġu l-kapital biex jaqilbu għal status ta’ persuni li jaħdmu għal rashom. |
(7) |
Il-prezzijiet ta’ art agrikola fil-Polonja ilhom jiżdiedu b’mod sinifikanti u kontinwament mill-2007. |
(8) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kapital tal-bdiewa, ir-rati għoljin ta’ interess fuq self kummerċjali għax-xiri ta’ proprjetà immobbli, inklużi l-art agrikola u l-biċċiet ta’ art għall-bini, u l-issikkar tal-kriterji tal-banek dwar is-self għall-bdiewa fil-kriżi attwali, il-bdiewa, speċjalment dawk b’impriżi żgħar, għandhom ftit li xejn prospetti li jakkwistaw self kummerċjali għal investimenti bħax-xiri ta’ art agrikola. F’Awwissu 2009, ir-rati għal-linji ta’ kreditu kummerċjali għax-xiri ta’ proprjetà immobbli varjaw minn 6,26 % sa 8,17 % fis-sena. |
(9) |
L-għajnuna mill-Istat li għandha tingħata tammonta għal PLN 400 miljun u għandha tippermetti li jinbiegħu 600 000 ettaru ta’ art agrikola, matul il-perijodu mill-2010 sal-2013, għall-finijiet li jiġu stabbiliti jew estiżi impriżi agrikoli li jissodisfaw il-kriterji għal impriżi mmexxija mill-familja, jiġifieri sa 300 ettaru. L-iskema għandha tippermetti l-istabbiliment ta’ madwar 24 000 impriża agrikola b’arja ta’ mhux inqas mill-medja fil-voivodship rilevanti. L-ammont medju ta’ għajnuna għal kull impriża għandu jkun madwar EUR 4 500. Il-prezz tal-art eliġibbli m’għandux jaqbeż il-prezz medju tas-suq fil-voivodship rilevanti. Fir-rigward tal-art li hija proprjetà tal-Ħażna tal-Proprjetà Agrikola tat-Teżor tal-Istat, għandha tapplika proċedura għal sejħa ta’ offerti. |
(10) |
L-għajnuna ser tkun fil-forma ta’ sussidju għall-ħlasijiet ta’ interessi fuq self, jiġifieri l-ħlas tad-differenza bejn ir-rata annwali ta’ interessi applikata mill-bank li hija 1,5 darbiet tar-rata ta’ riskont għall-kambjali riskontati mill-Bank Nazzjonali tal-Polonja u r-rata attwali ta’ interessi mħallsa mis-sellief li bħala minimu hija 2 %. |
(11) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ma bdiet l-ebda proċedura u lanqas ma ħadet pożizzjoni dwar in-natura u l-kompatibbiltà tal-għajnuna. |
(12) |
Għalhekk jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali, li b’riżultat tagħhom huwa possibbli li din l-għajnuna titqies, bħala deroga u safejn ikun strettament meħtieġ sabiex ikun limitat il-faqar rurali fil-Polonja, li hi kompatibbli mas-suq komuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għajnuna eċċezzjonali mill-awtoritajiet Pollakki għal self għax-xiri ta’ art agrikola, li tammonta għal massimu ta’ PLN 400 miljun u li tingħata bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013, għandha titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON