EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010A0320(01)

Opinjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Marzu 2010 dwar il-pjan biex jiġi mmodifikat ir-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità Magnox-Cascad, stabbilita fuq is-sit ta' Sellafield fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

ĠU C 72, 20.3.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

20.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Marzu 2010

dwar il-pjan biex jiġi mmodifikat ir-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità Magnox-Cascad, stabbilita fuq is-sit ta' Sellafield fir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2010/C 72/01

Fis-17 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan biex jiġi mmodifikat ir-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità Magnox-Cascad, stabbilita fuq is-sit ta' Sellafield fir-Renju Unit.

Abbażi ta' din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Settembru 2009 u pprovdut mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-14 ta’ Diċembru 2009, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li gejja:

(1)

Id-distanza bejn l-istallazzjoni u l-eqreb punt ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Irlanda, hija ta’ madwar 180 km.

(2)

Il-modifika ppjanata se tinvolvi żieda fil-limitu awtorizzat tar-rilaxx biss għall-Antimonju-125 trasportat mill-arja.

(3)

F′kundizzjonijiet normali tat-tħaddim, il-modifikazzjoni maħsuba mhijiex se tikkawża xi esponiment li jista’ jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

(4)

F′każ li jkun hemm rilaxx mhux ippjanat tat-tnixxijiet radjuattivi li jirriżultaw minn inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jilħqu Stat Membru ieħor mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan biex jiġi mmodifikat ir-rimi tal-iskart radjuattiv mill-faċilità Magnox-Cascad stabbilita fuq is-sit ta' Sellafield fir-Renju Unit, kemm fl-operat normali u fil-każ ta' aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, mhux mistennija li tirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, fid-19 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


Top