Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1196

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li jipprojbixxi s-sajd għar-redfish fiż-żona tan-NAFO, id-Diviżjoni 3M, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri Kollha

ĠU L 321, 8.12.2009, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1196/oj

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/49


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1196/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li jipprojbixxi s-sajd għar-redfish fiż-żona tan-NAFO, id-Diviżjoni 3M, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri Kollha

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-politika komuni tas-sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid, u b’mod partikolari għal ċerti stokkijiet tal-ħut tan-NAFO (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament, li nqabdu minn bastimenti Komunitarji u bastimenti ta’ Parti Kontraenti oħra eżawrew it-TAC (Qabda Totali Permessa) allokata għal 2009.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, f’konformità man-nota tal-qiegħ (1) tar-Regolament imsemmi hawn fuq, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

It-TAC allokata għal 2009 lill-Parti Kontraenti tan-NAFO msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandu jkun ipprojbit. Għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk maqbud minn dawn il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni,

f’isem il-President,

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1.


ANNESS

Nru

02/09/NA

Stat Membru

L-Istati Membri kollha

Stokk

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

Żona Regolatorja tan-NAFO, id-Diviżjoni 3.M

Data

23.11.2009


Top