This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0936
Commission Regulation (EC) No 936/2009 of 7 October 2009 applying the agreements between the European Union and third countries on the mutual recognition of certain spirit drinks (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2009 tas- 7 ta’ Ottubru 2009 li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż (Verżjoni kkodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2009 tas- 7 ta’ Ottubru 2009 li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż (Verżjoni kkodifikata)
ĠU L 264, 8.10.2009, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2009
tas-7 ta’ Ottubru 2009
li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż
(verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008 dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u partikolarment l-Artikolu 27 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/94 tal-1 ta’ Ġunju 1994 li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż (2) ġie emendat b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
L-Unjoni Ewropea kkonkludiet ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mal-Istati Uniti tal-Amerika u ffirmat ftehim mal-Istati Uniti Messikani dwar l-għarfien reċiproku u l-protezzjoni ta’ ċertu xorb spirituż. Dawk il-ftehim jipprovdu għall-applikazzjoni, f’ċertu limitu ta’ żmien, tar-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet stabbiliti fih. Biex il-prodotti kkonċernati jiġu pprovduti bil-garanziji stabbiliti fir-rigward tal-kontroll u l-protezzjoni, lista tal-prodotti koperti bil-ftehim konklużi mal-Unjoni Ewropea għandha tiġi stabbilita. |
(3) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-deskrizzjonijiet tal-prodotti mogħtija fil-lista li tinsab fl-Anness I hawn mehmuż, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi hemm imsemmija, tista’ tintuża biss għall-prodotti magħmulin skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati.
2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu koperti bil-miżuri ta’ protezzjoni u kontroll tax-xorb spirituż msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1267/94 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(3) Ara l-Anness II.
ANNESS I
Deskrizzjoni tal-prodott |
Pajjiżi tal-origini |
Tennessee Whisky/Tennessee Whiskey |
Istati Uniti tal-Amerika |
Bourbon Whisky/Bourbon Whiskey/Bourbon bħala deskrizzjoni għall-Bourbon Whiskey |
Istati Uniti tal-Amerika |
Tequila |
Stati Uniti Messikani |
Mezcal |
Stati Uniti Messikani |
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien mal-emendament tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/94 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1434/97 |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1267/94 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |