EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0899

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 899/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 li jikkonċerna isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 256, 29.9.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/899/oj

29.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 li jikkonċerna isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore), li jidħlu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, ġie awtorizzat bħala addittiv għal mal-għalf bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 (2) għal Sorbial SAS, id-detentur tal-awtorizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-possibbiltà li l-awtorizzazzjoni għal addittiv tista’ tkun immodifikata wara talba mingħand id-detentur tal-awtorizzazzjoni u wara li tingħata l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. Sorbial SAS ippreżenta applikazzjoni fejn talab li jibdel isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni minn Sorbial SAS għal Danisco France SAS fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1290/2008.

(3)

L-applikant stqarr li Sorbial SAS inbidel f’Danisco France SAS b’effett mit-18 ta’ Mejju 2009. Danisco France SAS issa huwa l-proprjetarju tad-drittijiet għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv. L-applikant issottometta d-dokumenti relevanti biex isostnu l-istqarrija tiegħu.

(4)

It-tibdil propost, tat-termini tal-awtorizzazzjoni, huwa purament tibdil ta’ natura amministrattiva u ma jinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata b’din l-applikazzjoni.

(5)

Biex l-applikant jitħalla jeżerċita d-drittijiet tiegħu fuq is-suq bl-isem ta’ Danisco France SAS huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1290/2008 għalhekk għandu jkun emendat skont dan.

(7)

Huwa xieraq li jkun stipulat perjodu ta’ tranżizzjoni li fih jistgħu jkunu eżawriti l-istokkijiet kollha li hemm fil-preżent.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1290/2008 l-isem “Sorbial SAS” jiġi sostitwit bl-isem “Danisco France SAS”.

Artikolu 2

Stokkijiet eżistenti li jikkonformaw mal-istipulazzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jinbiegħu u jintużaw sa sitt xhur wara din id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20.


Top