Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0890

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 890/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f’dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur, u li jidderoga mir-Regolament imsemmi

    ĠU L 254, 26.9.2009, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/890/oj

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 254/80


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 890/2009

    tal-25 ta’ Settembru 2009

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f’dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur, u li jidderoga mir-Regolament imsemmi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta’ Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta’ nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/718/KE dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kwoti tariffarji tal-grupp numru 1 u tal-grupp numru 4 pprovduti bl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 (4), li jġibu n-numri tas-serje 09.4410 u 09.4420 rispettivament u li huma koperti bil-kodiċijiet tan-NM 0207 14 10 (qatgħat iffriżati tat-tiġieġ) u 0207 27 10 (qatgħat iffriżati tad-dundjan), huma allokati speċifikament għall-Brażil.

    (2)

    Il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Brażil, konkluż fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ (GATT) tal-1994 (5), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/718/KE, jipprovdi kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur ta’ 2 500 tunnellata għal ċerti qatgħat iffriżati tat-tiġieġ (il-kodiċi tan-NM 0207 14 10), kif ukoll kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni għal-laħam tad-dundjan ta’ 2 500 tunnellata għal ċerti qatgħat iffriżati tad-dundjan (il-kodiċi tan-NM 0207 27 10), bir-rata ta’ 0 %. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2009.

    (3)

    Jeħtieġ li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwoti għall-gruppi numru 1 u 4.

    (4)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1385/2007 jkun emendat skont dan.

    (5)

    Ġaladarba ż-żmien normali għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għar-raba’ subperjodu tal-kwota għas-sena 2009 kien laħaq skada meta l-ftehim daħal fis-seħħ, jeħtieġ li jkun ipprovdut żmien supplimentari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet miżjuda mal-kwoti attwali.

    (6)

    Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim mal-Brażil.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-organizazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1385/2007, għar-raba’ subperjodu tas-sena 2009, għandu jinfetaħ żmien addizzjonali għat-tressiq tal-applikazzjonijiet mill-1 sal-5 ta’ Ottubru għall-gruppi numru 1 u 4.

    Għal kull wieħed minn dawn il-gruppi, wara l-ewwel perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, għandha tiżdied kwantità ta’ 625 tunnellata mal-kwantità disponibbli għar-raba’ subperjodu tas-sena 2009.

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jinvolvu, għall-grupp numru 1, minimu ta’ 10 tunnellati u massimu ta’ 298,3 tunnellati, u għall-grupp numru 4, minimu ta’ 10 tunnellati u massimu ta’ 107,5 tunnellati.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009.

    Madankollu, l-Artikolu 1 għandu japplika mis-sena tal-kwota 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1.

    (3)  Ara paġna 104 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (4)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.

    (5)  Ara paġna 104 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    “ANNESS I

    RATA TA’ TNAQQIS TAD-DAZJU FFISSAT FIL-LIVELL TA’ 100 %

    Tiġieġ

    (f’tunnellati)

    Pajjiż

    Numru tal-Grupp

    Numru tas-serje

    Kodiċi NM

    Kwantitajiet annwali

    Il-Brażil

    1

    09.4410

    0207 14 10

    0207 14 50

    0207 14 70

    11 932

    It-Tajlandja

    2

    09.4411

    0207 14 10

    0207 14 50

    0207 14 70

    5 100

    Oħrajn

    3

    09.4412

    0207 14 10

    0207 14 50

    0207 14 70

    3 300


    Dundjan

    (f’tunnellati)

    Pajjiż

    Numru tal-Grupp

    Numru tas-serje

    Kodiċi tan-NM

    Kwantitajiet annwali

    Il-Brażil

    4

    09.4420

    0207 27 10

    0207 27 20

    0207 27 80

    4 300

    Oħrajn

    5

    09.4421

    0207 27 10

    0207 27 20

    0207 27 80

    700

    Erga omnes

    6

    09.4422

    0207 27 10

    0207 27 20

    0207 27 80

    2 485 ”


    Top