EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0883

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2009 tal- 21 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

ĠU L 254, 26.9.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013; Imħassar b' 32013R0593

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/883/oj

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 883/2009

tal-21 ta’ Settembru 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 (2) jalloka 5 000 tunnellata ta' ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet NM 0201 30 00 u 0206 10 95 għal qatgħat taċ-ċanga ta' kwalità għolja li jissodisfaw definizzjoni preċiża.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija tul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (3) (minn hawn ’il quddiem ’il-Ftehim), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/718/KE (4), jipprovdi għal żieda ta' 5 000 tunellata u l-inklużjoni tal-kodiċijiet NM 0202 30 90 u 0206 29 91 fil-kwota allokata skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) No 810/2008. Il-Ftehim Temporanju se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 irid jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 810/2008, il-kliem introduttorju jinbidel b'dan li ġej:

“10 000 tunnellata ta' ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95 u 0206 29 91 u li tissodisfa d-definizzjonijiet li ġejjin:”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2009.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.

(3)  Ara paġna 104 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 104 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top