This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0742
Commission Regulation (EC) No 742/2009 of 13 August 2009 amending Regulation (EC) No 1296/2008 laying down detailed rules for the application of tariff quotas for imports of maize and sorghum into Spain and imports of maize into Portugal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2009 tat- 13 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1296/2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2009 tat- 13 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1296/2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall
ĠU L 210, 14.8.2009, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
14.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 742/2009
tat-13 ta’ Awwissu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1296/2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu fi Spanja u għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Portugall. |
(2) |
Skont l-arranġamenti miftiehma fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Uruguay Round, il-Komunità ntrabtet li, mis-sena tas-suq 1995/96, tapplika kwoti tariffarji, minn naħa, għall-importazzjoni fil-Portugall ta’ 500 000 tunnellata qamħirrum, u min-naħa l-oħra, għall-importazzjoni fi Spajna ta’ 2 miljun tunnellata qamħirrum u 300 000 tunnellata sorgu, u li tiftaħ, jekk ikun meħtieġ, sejħiet għall-offerti b'tariffa mnaqqsa. |
(3) |
Jixraq li jiġi ċċarat li l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kwoti ma teħtieġx li tinħareġ sejħa għall-offerti. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008 għandu jiġi emendat. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-organizazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'li ġej:
“1. Żewġ kwoti tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-kwantità massima, rispettivament, ta’ 2 miljun tunnellata qamħirrum u ta’ 0.3 miljun tunnellata sorgu, jitqiesu miftuħin b'seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi Spanja. L-importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti għandhom jiġu effettwati kif stabbilit f’dan ir-Regolament.
2. Kwota tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-kwantità massima ta’ 0.5 miljun tunnellata qamħirrum, titqies miftuħa b'seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Portugall. L-importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti għandhom jiġu effettwati kif stabbilit f’dan ir-Regolament.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.