Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0290

Regolament (KE) Nru 290/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2009/7)

ĠU L 94, 8.4.2009, p. 75–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1072

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/290/oj

8.4.2009   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/75


REGOLAMENT (KE) Nru 290/2009 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(BĊE/2009/7)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4),

Billi:

(1)

Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (2), ġew identifikati numru ta’ punti ta’ titjib fir-rigward tal-iskema ta’ rappurtar għal self ġdid lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Għalhekk l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti għandhom jiġu emendati.

(2)

L-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ self ġdid, li tidentifika separatament ir-rati tal-imgħax applikati għal u l-volumi ta’ dawk li huma ggarantiti b’garanziji, għandha tgħin biex wieħed jakkwista data aktar armonizzata fuq livell taż-żona tal-ewro u jiffaċilita paraguni tul il-pajjiżi.

(3)

L-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni skont id-daqs ta’ self ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandha tipprovdi aktar intuwizzjonijiet fl-iffinanzjar ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(4)

L-inklużjoni ta’ klassifikazzjoni skont il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rati tal-imgħax għal self ġdid għandha tipprovdi informazzjoni aktar omoġenika dwar ir-rati tal-imgħax, billi żżid in-numru ta’ perijodu ta’ kategoriji ta’ fissazzjoni u għalhekk tiżdied l-omoġenija ta’ kull kategorija.

(5)

Ir-rappurtar separat tar-rati tal-imgħax imposti fuq dejn ta’ karti ta’ kreditu (irreferut ukoll bħala kreditu tal-karti ta’ kreditu) jippermetti s-sorveljar ta’ dawn ir-rati tal-imgħax u jiżgura t-trattament komuni ta’ dan l-istrument fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro.

(6)

Il-kategorija addizzjonali ta’ self ġdid lil sole proprietors ġewwa “self għal skopijiet oħra lil households” se tagħti aktar informazzjoni dwar l-iffinanzjar ta’ negozji mhux korporati u tgħin fl-interpretazzjoni tal-iżviluppi ġenerali fis-self lil households.

(7)

Ir-rappurtar addizzjonali ta’ self ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont il-Maturità għandu jagħmilha aktar faċli biex wieħed jiddistingwixxi r-rati applikati għall-iffinanzjar għal żmien qasir u dak twil.

(8)

Tinħtieġ kjarifika, definizzjoni mill-ġdid u rabta aktar diretta mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulat mill-ġdid) (BĊE/2008/32) (3) fir-rigward ta’ self revolving u overdrafts.

(9)

Jinħtieġ ukoll li jiġu adottati regoli aktar ċari fir-rigward tal-istratifikazzjoni u l-għażla ta’ aġenti ta’ rappurtar mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u biex jiġi speċifikat id-dritt tal-Kunsill Governattiv biex jiċċekkja dawn il-proċeduri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(3) huwa sostitwit b’li ġej:

“3.   Il-Kunsill Governattiv għandu jkun intitolat jiċċekkja l-konformità mal-Anness I.”

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness IV huwa sostitwit bl-Anness III ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Magħmul fi Frankfurt am Main fil-31 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu 7 ta’ Sezzjoni III ta’ Parti 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“7.

Il-BĊNi jiddefinixxu l-kriterji ta’ stratifikazzjoni li jippermettu s-sottodiviżjoni tal-popolazzjoni potenzjali ta’ rappurtar fl-istrati omoġeniċi. L-istrati jitqiesu omoġeniċi jekk is-somma tad-differenzi ġewwa l-istrat tal-varjabbli fil-kampjun hija aktar baxxa sostanzjalment mid-differenza totali fil-popolazzjoni attwali sħiħa ta’ rappurtar (*). Il-kriterji tal-istratifikazzjoni huma marbuta mal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, jiġifieri hemm relazzjoni bejn il-kriterji tal-istratifikazzjoni u r-rati tal-imgħax u l-ammonti li għandhom jiġu stmati mill-kampjun.

(*)  Jiġifieri s-somma tad-differenzi ġewwa l-istrat iddefinita bħalaFormula għandha tkun anqas sostanzjalment mid-differenza totali tal-popolazzjoni ta’ rappurtar iddefinita bħala a Formula, fejn h tindika kull strat, xi ir-rata ta’ l-imgħax għall-istituzzjoni i, Formula ir-rata medja u sempliċi ta’ l-imgħax ta’ l-istrat h, n in-numru totali ta’ istituzzjonijiet fil-kampjun u Formula il-medja sempliċi tar-rati ta’ l-imgħax ta’ l-istituzzjonijiet kollha fil-kampjun”"

2.

Il-paragrafu 16 ta’ Sezzjoni V ta’ Parti 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“16.

Kull BĊN jagħżel l-allokazzjoni l-aktar xierqa tad-daqs tal-kampjun nazzjonali n fost l-istrati. B’hekk kull BĊN jiddefinixxi kemm aġenti tar-rappurtar nh jittellgħu mit-total ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu w istituzzjonijiet oħra Nh f’kull strat. Ir-rata tat-teħid tal-kampjuni nh/Nh għal kull strat h tippermetti l-istima tad-differenza ta’ kull strat. Dan jimplika li ta’ lanqas żewġ aġenti tar-rappurtar jintgħażlu minn kull strat.”.

3.

Il-paragrafu 20 ta’ Sezzjoni V ta’ Parti 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“20.

Jekk BĊN jiddeċiedi dwar ċensiment tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha u istituzzjonijiet oħra fi strat, il-BĊN jista’ jikkampjuna f’dak l-istrat fil-livell ta’ branches. Il-prekundizzjoni hija li l-BĊN jkollu lista sħiħa ta’ fergħat li jkopru n-negozju kollu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn fl-istrat, u jkollu data xierqa sabiex jivvaluta d-differenzi tar-rati tal-imgħax fuq negozju ġdid fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji tul il-fergħat. Għall-għażla u l-manteniment tal-fergħat, japplikaw l-obbligi kollha stabbiliti f’dan l-Anness. Il-fergħat magħżula jsiru aġenti ta’ rappurtar kunċettwali suġġetti għall-obbligi kollha ta’ rappurtar stabbiliti fl-Anness II. Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew dawk oħrajn li fuqhom jiddependu l-fergħat, biex ikunu aġenti ta’ rappurtar.”.



ANNEX II

ANNESS II

SKEMA TA’ RAPPURTAR GĦALL-ISTATISTIKA TAR-RATI TAL-IMGĦAX TAL-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI MONETARJI

PARTI 1

TIP TA’ RATA

I.   Rata miftiehma annwalizzata

Prinċipju ġenerali

1.

It-tip ta’ rata li l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu għall-kategoriji kollha ta’ strumenti ta’ depożiti u self jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti hija r-rata miftiehma annwalizzata (AAR). Hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax li hija miftiehma individwalment bejn l-aġenti ta’ rappurtar u l-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depożitu jew self, mibdula fuq bażi ta’ kull sena u kkwotata f’perċentwali kull sena. L-AAR ikopri l-ħlasijiet kollha tal-imgħax fuq depożiti u self, imma l-ebda ħlasijiet oħra li jistgħu japplikaw. Disagio, iddefinit bħala d-differenza bejn l-ammont nominali tas-self u l-ammont irċevut mill-konsumatur, jitqies bħala ħlas ta’ imgħax fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0) u huwa għalhekk rifless fl-AAR.

2.

Jekk il-ħlasijiet tal-imgħax miftiehma bejn l-aġent ta’ rappurtar u l-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja huma kkapitalizzati f’intervalli regolari fi spazju ta’ sena, per eżempju kull xahar jew kull trimestru aktar milli kull sena, ir-rata miftiehma hija annwalizzata permezz tal-formola li ġejja biex wieħed jasal għar-rata miftiehma annwalizzata:

Formula

fejn:

x

bħala l-AAR,

rag

bħala r-rata tal-imgħax kull sena li hija miftiehma bejn l-aġenti ta’ rappurtar u l-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja għal depożitu jew self, fejn id-dati tal-kapitalizzazzjoni tal-imgħax tad-depożitu u l-ħlasijiet kollha u l-ħlasijiet kollha mill-ġdid tas-self iseħħu f’intervalli regolari fl-ispazju tas-sena, u

n

bħala n-numru ta’ perijodi ta’ kapitalizzazzjoni tal-imgħax għall-perijodi ta’ depożitu u ta’ ħlas jew ta’ ħlas mill-ġdid għas-self ta’ kull sena, jiġifieri 1 għal ħlasijiet annwali, 2 għal ħlasijiet semi-annwali, 4 għal ħlasijiet trimestrali u 12 għal ħlasijiet ta’ kull xahar.

3.

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jeżiġu biex l-aġenti tar-rappurtar tagħhom jipprovdu r- rata effettiva ddefinita b’mod ristrett (NDER) għall-istrumenti kollha ta’ depożiti u self li jirreferu għal negozju ġdid u ammonti dovuti, minflok l-AAR. L-NDER hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax, fuq bażi annwali, li ddaqqas (equalises) il-valur preżenti tad-dovuti kollha minbarra l-ispejjeż (depożiti jew self, ħlasijiet jew ħlasijiet mill-ġdid, ħlasijiet ta’ imgħax), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-aġenti tar-rappurtar u l-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja. L-NDER hija ekwivalenti għall-komponent tar-rata tal-imgħax tar-rata perċentwali annwali tat-tariffa (APRC) kif iddefinita fl-Artikolu 3(i) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1). L-unika differenza bejn l-NDER u l-AAR hija l-metodu bażi biex jiġu annwalizzati l-ħlasijiet tal-imgħax. L-NDER tuża approssimazzjoni suċċessiva u għalhekk tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ depożiti jew self, fejn l-AAR tuża l-formola alġebrajka ddefinita fil-paragrafu 2, u għalhekk tapplika biss għal depożiti u self b’kapitalizzazzjoni regolari ta’ ħlasijiet ta’ imgħax. L-obbligi l-oħra kollha huma identiċi, li tfisser li r-referenzi fil-bqija ta’ dan l-Anness għall-AAR japplikaw ukoll għall-NDER.

Trattament tat-taxxi, sussidji u ftehim regolatorji

4.

Il-ħlasijiet tal-imgħax koperti fl-AAR jirriflettu dak li l-aġent ta’ rappurtar iħallas fuq id-depożiti u jirċievi għas-self. Fejn l-ammont imħallas minn persuna waħda u rċevut mill-oħra jvarja, il-veduta tal-aġent tar-rappurtar tiddetermina r-rata tal-imgħax irrappurtata għall-għanijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI).

5.

Skont dan il-prinċipju, ir-rati tal-imgħax jitniżżlu fuq bażi gross qabel it-taxxa, billi r-rati tal-imgħax ta’ qabel it-taxxa jirriflettu dak li l-aġenti tar-rappurtar iħallsu fuq id-depożiti u dak li jirċievu għas-self.

6.

Barra minn dan, meta jiġi ddeterminat il-ħlas tal-imgħax ma jitqisux is-sussidji mogħtija lil households jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji minn terzi partijiet, għax is-sussidji ma jitħallsux jew ma jiġux riċevuti mill-aġent tar-rappurtar.

7.

Rati favorevoli li l-aġenti tar-rappurtar japplikaw għall-impjegati tagħhom huma koperti bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI.

8.

Meta ftehim regolatorji jaffettwaw ħlasijiet ta’ imgħax, per eżempju l-limiti massimi tar-rati tal-imgħax jew il-projbizzjoni tar-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, dawn huma riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Kull bidla fir-regoli li tiddetermina l-ftehim regolatorji, per eżempju l-livell ta’ rati ta’ imgħax amministrati jew il-limiti massimi tar-rati tal-imgħax, tintwera fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI bħala bidla fir-rata tal-imgħax.

II.   Rata tal-perċentwali annwali tat-tariffa

9.

Minbarra l-AARs, l-aġenti ta’ rappurtar jipprovdu l-APRC għal negozju ġdid fir-rigward tal-kreditu tal-konsumatur u s-self lil households għal xiri ta’ djar jiġifieri:

APRC ġdid għal kreditu ġdid tal-konsumatur (ara l-indikatur 30 fl-Appendiċi 2), u

APRC għal self ġdid lil households għal xiri ta’ djar (ara l-indikatur 31 fl-Appendiċi 2) (2).

10.

L-APRC tkopri l-“ispejjeż totali tal-kreditu lill-konsumatur”, kif iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE. Dawn l-ispejjeż totali jkopru komponent tar-rata tal-imgħax u komponent ta’ tariffi oħra (relatati), bħall-ispiża tal-istħarriġ (inquiries), amministrazzjoni, preparazzjoni tad-dokumenti, garanziji, assigurazzjoni ta’ kreditu, etċ.

11.

Il-kompożizzjoni tal-komponent ta’ tariffi oħra tista’ tvarja tul il-pajjiżi, minħabba d-definizzjonijiet fid-Direttiva 2008/48/KE huma applikati b’mod differenti, u minħabba li s-sistemi finanzjarji nazzjonali u l-proċedura biex tiżgura l-krediti jvarjaw.

III.   Konvenzjoni

12.

L-aġenti ta’ rappurtar japplikaw sena standard ta’ 365 jum għall-kumpilazzjoni tal-AAR, jiġifieri l-effett ta’ jum addizzjonali fi snin biżestili huwa injorat.

PARTI 2

KOPERTURA TAN-NEGOZJU

13.

Aġenti ta’ rappurtar jipprovdu statistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI li tirreferi għal ammonti dovuti u għal negozju ġdid.

IV.   Rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti

14.

Ammonti dovuti huma ddefiniti bħala l-istokk tad-depożiti kollha mqiegħda minn households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji mal-aġent ta’ rappurtar u l-istokk tas-self kollu mogħti mill-aġent ta’ rappurtar lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

15.

Rata ta’ imgħax fuq ammonti dovuti tirrifletti r-rata medja tal-imgħax ippeżata applikata għall-istokk ta’ depożiti jew self fil-kategorija rilevanti tal-istrumenti fil-ħin tal-punt ta’ referenza kif iddefinit fil-paragrafu 26. Ir-rata medja tal-imgħax ippeżata hija s-somma tal-AAR immultiplikata bl-ammonti dovuti korrispondenti u diviżi bl-ammonti dovuti totali. Tkopri l-kuntratti kollha dovuti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza.

16.

Self ħażin m’huwiex inkluż fir-rati medja tal-imgħax ippeżati. Self ħażin huwa ddefinit skont l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulat mill-ġdid) (BĊE/2008/32) (3).L-ammont totali ta’ self ikklassifikat parzjalment jew totalment bħala self ħażin huwa eskluż mill-istatistika tar-rati tal-imgħax. Self għal dejn irristrutturat skont rati anqas mill-kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri ristrutturar ta’ dejn fir-rigward ta’ debituri f’qagħda finanzjarja ħażina, huma esklużi wkoll mill-istatistika tar-rati tal-imgħax.

V.   Negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts

17.

Fil-każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, (estiżi u ta’ konvenjenza) dejn tal- karti ta’ kreditu (irreferut ukoll bħala kreditu tal-karti ta’ kreditu) u self revolving u overdrafts huma ddefiniti fil-paragrafi 42 sa 45 u 51, il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk sħiħ. Għalhekk, il-bilanċ ta’ debitu jew kreditu, jiġifieri l-ammont dovut fil-ħin tal-punt ta’ referenza kif iddefinit fil-paragrafu 29, huwa wżat bħala indikatur għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts.

18.

Ir-rati tal-imgħax għal depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts jirriflettu r-rata medja tal-imgħax ippeżata applikata għall-istokk fuq dawn il-kontijiet fil-ħin tal-punt ta’ referenza kif iddefinit fil-paragrafu 29. Huma jkopru l-pożizzjonijiet kurrenti tal-karta tal-bilanċ tal-kuntratti kollha dovuti li jkunu ġew miftiehma fil-perijodi kollha qabel id-data ta’ referenza.

19.

Sabiex jiġu kkalkulati r-rati tal-imgħax tal-MFI fuq kontijiet li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, jiddependi skont il-bilanċ tagħhom, l-aġenti tar-rappurtar jiddistingwixxu bejn il-perijodi b’bilanċ ta’ kreditu u l-perijodi b’bilanċ ta’ debitu. L-aġenti tar-rappurtar jirrappurtaw rati medja tal-imgħax ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ kreditu bħala depożiti ta’ matul il-lejl, u rati medja tal-imgħax ippeżati li jirreferu għall-bilanċi ta’ debitu bħala overdrafts. Huma ma jirrappurtawx rati medja tal-imgħax ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għolja).

VI.   Negozju ġdid f’kategoriji ta’ strumenti minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts

20.

Il-paragrafi li ġejjin 21 sa 25 jirreferu għal depożiti b’Maturità miftiehma, repos u s-self kollu minbarra self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu, kif iddefiniti fil-paragrafi 42 sa 45 u 51.

21.

Negozju ġdid huwa ddefinit bħala kull ftehim bejn il-households jew korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar. Ftehim ġodda jkopru:

Il-kuntratti kollha finanzjarji, li jispeċifikaw għall-ewwel darba r-rata tal-imgħax tad-depożitu jew is-self, u

In-negozjati kollha ġodda ta’ depożiti u self eżistenti.

Id-dewmien ta’ kuntratti eżistenti ta’ depożitu u self li jitwettqu awtomatikament jiġifieri mingħajr l-ebda involviment attiv tal-households jew tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, u li ma jinvolvu l-ebda nnegozjar mill-ġdid tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt, inkluża r-rata tal-imgħax, m’humiex meqjusa bħala negozju ġdida.

22.

Ir-rata tan-negozju ġdid tirrifletti r-rata medja ta' l-imgħax ippeżata applikata għad-depożiti u s-self fil-kategorija relevanti tal-istrumenti, fir-rigward ta’ ftehim ġodda konklużi bejn households jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-aġent tar-rappurtar matul il-perijodu tar-referenza tal-ħin kif iddefinit fil-paragrafu 32.

23.

Bidliet fir-rati floating tal-imgħax, fis-sens ta’ aġġustamenti awtomatiċi tar-rata tal-imgħax, imwettqa mill-aġent tar-rappurtar m’humiex ftehim ġodda u għalhekk m’humiex meqjusa bħala negozju ġdid. Għal kuntratti eżistenti, għalhekk dawn it-tibdiliet fir-rati floating ma jinqabdux f’rati ta’ negozju ġdid imma biss fir-rati medja fuq l-ammonti dovuti.

24.

24.Bidla minn rati ta’ imgħax fissi għal floating jew viċi versa (fil-ħin t1) matul iż-żmien tal-kuntratt, li jkun inftiehem fil-bidu tal-kuntratt (ħint0), m’hijiex ftehim ġdid imma parti tat-termini u l-kundizzjonijiet tas-self stabbiliti fil-ħin t0. Għalhekk m’hijiex meqjusa negozju ġdid.

25.

Normalment households jew korporazzjoni mhux finanzjarja hija mistennija tieħu self minbarra self revolving jew overdraft f’somma sħiħa waħda fil-bidu tal-kuntratt. Madankollu, tista’ tieħu self fi tranches f’ħinijiet t1, t2, t3, etċ. minflok tissellef l-ammont kollu fil-bidu tal-kuntratt (ħin t0). Il-fatt li s-self jittieħed fi tranches huwa rrelevanti għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Il-ftehim bejn il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar fil-ħin t0, li jinkludi r-rata tal-imgħax u l-ammont sħiħ tas-self, huwa kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI dwar negozju ġdid.

PARTI 3

PUNT TA’ REFERENZA TAL-ĦIN

VII.   Punt ta’ referenza tal-ħin għar-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti

26.

Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 deskritti fl-Appendiċi 1, humiex ikkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa xahar.

27.

Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar huma kkalkulati bħala medji ppeżati tar-rati tal-imgħax applikati għall-istokk ta’ depożiti u self f’ċertu ħin fl-aħħar jum tax-xahar. F’dak ħin, l-aġent ta’ rappurtar jiġbor ir-rati tal-imgħax applikabbli u l-ammonti involuti għad-depożiti kollha u self dovuti fil-konfront tal-households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u jikkumpila rata medja ta’ imgħax ippeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. B’kuntrast mal-medji ta’ kull xahar, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti kkumpilati bħala osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar jkopru biss dawk il-kuntratti li jkunu għadhom dovuti fil-ħin tal-ġbir tad-data.

28.

Ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar huma kkalkulati bħala kwozjenti, bl-imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self matul ix-xahar ta’ referenza bħala n-numeratur, u l-istokk medju matul ix-xahar bħala d-denominatur. Fl-aħħar tax-xahar ta’ referenza, l-aġent tar-rappurtar jirrapporta l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar għal kull kategorija ta’ strumenti u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar. Bil-kuntrarju għall-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti kkumpilati bħala medji ta’ kull xahar, jinkludu wkoll kuntratti li kienu dovuti f’xi ħin matul ix-xahar, inma li ma jkunux aktar dovuti fi tmiem ix-xahar. L-aħjar l-istokk medju ta’ depożiti u self matul ix-xahar ta’ referenza huwa kkumpilat bħala l-medja tal-istokks ta’ kuljum matul ix-xahar. Bħala standard minimu, l-istokk medju ta’ kull xahar jiġi dedott minn bilanċi ta’ kuljum għal kategoriji ta’ strumenti volatili, jiġifieri ta’ lanqas depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ strumenti, l-istokk medju ta’ kull xahar huwa dedott mill-bilanċi ta’ kull ġimgħa jew bilanċi aktar frekwenti. Għal perijodu tranżitorju ta’ mhux aktar minn sentejn, għal self b’Maturità miftiehma ta’ aktar minn ħames snin, jiġu aċċettati l-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar.

VIII.   Punt ta’ referenza tal-ħin għal negozju ġdid fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts

29.

Il-BĊNi jiddeċiedu jekk fuq livell nazzjonali, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 deskritti fl-Appendiċi 2, humiex ikkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem il-perijodu jew bħala rati impliċiti li jirreferu għal medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa xahar.

30.

Analogwi mal-kumpilazzjoni tar-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti li jinsabu fl-Appendiċi 1, ir-rati tal-imgħax fuq id-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts huma kkumpilati f’wieħed minn dawn il-metodi:

(a)

snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar hija kkalkulata, jiġifieri l-medji ppeżati tar-rati tal-imgħax applikati għall-istokk ta’ dawn id-depożiti u self f’ċetru punt ta’ ħin fl-aħħar jum tax-xahar. F’dak il-ħin, l-aġent tar-rappurtar jiġbor ir-rati tal-imgħax u l-ammonti nvoluti għad-depożiti kollha ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u self revolving u overdrafts fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, u jikkumpila rata medja tal-imgħax ippeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. Bil-kuntrarju tal-pagi ta’ kull xahar, ir-rati tal-imgħax tal-MFI bħala ammonti dovuti kkumpilati bħala osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ikopru biss dawk il-kuntratti li jkunu għadhom dovuti fil-ħin tal-ġbir tad-data;

(b)

rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar huma kkalkulati, jiġifieri kwozjenti, mal-imgħax akkumulat li jitħallas fuq depożiti u riċevibbli fuq self bħala n-numeratur u l-istokk medju ta’ kuljum bħala d-denominatur. Fl-aħħar tax-xahar, għad-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u self revolving u overdrafts, l-aġent tar-rappurtar jirrapporta l-imgħax akkumulat li jitħallas jew riċevibbli matul ix-xahar, u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar. Għad-depożiti ta’ matul il-lejl, id-depożiti mifdija b’notifika, dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u self revolving u overdrafts, l-istokk medju ta’ kull xahar huwa dedott mill-bilanċi ta’ kuljum. Bil-kuntrarju għall-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti kkumpilati bħala medji ta’ kull xahar, jinkludu wkoll kuntratti li kienu dovuti f’xi ħin matul ix-xahar, inma li ma jkunux aktar dovuti fi tmiem ix-xahar.

31.

Fir-rigward ta’ kontijiet dubjużi li jistgħu jkunu jew depożitu jew self, jiddependi skont il-bilanċ tagħhom, huwa biss il-bilanċ f’ċertu ħin fl-aħħar jum tax-xahar li jiddetermina jekk il-kont huwiex depożitu ta’ matul il-lejl jew overdraft f’dak ix-xahar, jekk ir-rati tal-imgħax tal-MFI huma kkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar. Jekk ir-rati tal-imgħax tal-MFI huma kkalkulati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, issir valutazzjoni kuljum dwar jekk il-kont huwiex depożitu jew self. Il-medja tal-bilanċi ta’ kreditu ta’ kuljum u l-bilanċi ta’ debitu ta’ kuljum hija mbagħad ikkalkulata biex jiġi dedott l-istokk medju ta’ kull xahar għad-denominatur tar-rati impliċiti. Barra minn dan, il-fluss fin-numeratur jiddistingwixxi bejn imgħax akkumulat pagabbli fuq depożiti u riċevibbli fuq self. L-aġenti tar-rappurtar ma jirrappurtawx rati medji ta’ imgħax ippeżati li jgħaqqdu flimkien rati ta’ depożitu ta’ matul il-lejl (baxxi) u rati ta’ overdraft (għolja).

IX.   Punt ta’ referenza tal-ħin għal negozju ġdid (minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts)

32.

Ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq negozju ġdid minbarra depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi kollha deskritti fl-Appendiċi 2 ħlief l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36, huma kkalkulati bħala medji tal-perijodu. Il-perijodu kopert huwa xahar (sħiħ).

33.

Għal kull kategorija ta’ strumenti, l-aġenti ta’ rappurtar jikkalkulaw ir-rata ta’ negozju ġdid bħala medja ppeżata tar-rati kollha fuq operazzjonijiet ta’ negozju ġdid fil-kategorija tal-istrumenti matul ix-xahar ta’ referenza. Dawn ir-rati tal-imgħax li jirreferu għall-medja tax-xahar jintbagħtu lill-BĊN tal-Istat Membru parteċipanti li fih l-aġent tar-rappurtar huwa residenti, flimkien mal-informazzjoni ppeżata fuq l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq matul ix-xahar tar-rappurtar għal kull kategorija ta’ strumenti. L-aġenti tar-rappurtar iqisu l-operazzjonijiet ta’ negozju ġdid imwettqa matul ix-xahar sħiħ.

PARTI 4

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI

X.   Dispożizzjonijiet ġenerali

34.

L-aġenti tar-rappurtar jipprovdu statistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 1 u dwar negozju ġdid għall-kategoriji ta’ strumenti speċifikati fl-Appendiċi 2. Kif iddefinit fil-paragrafu 17, ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, huma rati ta’ imgħax fuq negozju ġdid u għalhekk huma nklużi fl-Appendiċi 2. Madankollu, billi l-metodu ta’ kumpilazzjoni u l-punt ta’ referenza tal-ħin għar-rati fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, huwa l-istess bħal dak għall-indikaturi l-oħra fuq ammonti dovuti, l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 tal-Appendiċi 2 huma rrepetuti fl-Appendiċi 1.

35.

Kategorija ta’ strumenti speċifikata fl-Appendiċi 1 u 2 hija inapplikabbli fuq livell nazzjonali f’xi Stati Membri parteċipanti u għalhekk injorata jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn residenti ma joffru, lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, l-ebda prodott li jappartjeni għal din il-kategorija. Tingħata data jekk jeżisti xi negozju, madankollu llimitata.

36.

Għal kull kategorija ta’ strumenti ddefinita fl-Appendiċi 1 u 2, u applikata fil-kummerċ bankarju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn residenti b’households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri parteċipanti, l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI hija kkumpilata skont ir-rati kollha applikati għall-prodotti kollha li jaqgħu ġewwa din il-kategorija tal-istrumenti. Dan ifisser li l-BĊNi jista’ ma jiddefinixxix sett ta’ prodotti nazzjonali ġewwa kull kategorija ta’ strumenti, li fuqhom tinġabar l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI; minflok, huma koperti r-rati fuq il-prodotti kollha offruti minn kull wieħed mill-aġenti tar-rappurtar. Kif intqal fil-paragrafu 28 tal-Anness I, il-BĊNi ma għandhomx ikopru fil-kampjun kull prodott li jeżisti fuq livell nazzjonali. Madankollu, m’għandhomx jeskludu kategorija sħiħa ta’ strument minħabba li l-ammont involuti huma żgħar. Għaldaqstant, jekk kategorija ta’ strumenti tiġi offruta biss minn istituzzjoni waħda, allura din l-istituzzjoni hija rrappreżentata fil-kampjun. Jekk il-kategorija ta’ strumenti ma kinitx teżisti fi Stat Membru parteċipanti fil-ħin ta' l-ifformular inizjali tal-kampjun, imma jkun qed jiġi ntrodott prodott ġdid li jappartjeni għal din il-kategorija minn istituzzjoni minn hemm ’il quddiem, din l-istituzzjoni hija inkluża fil-kampjun fil-ħin tal-eżami dwar ir-rappreżentanza li jmiss. Jekk jinħoloq prodott ġdid ġewwa l-kategorija ta’ strumenti eżistenti f’livell nazzjonali, l-istituzzjonijiet fil-kampjun ikopruh mar-rappurtar li jkun imiss, billi l-aġenti kollha ta’ rappurtar huma mitluba jirrappurtaw dwar il-prodotti kollha tagħhom.

37.

L-eċċezzjoni għall-prinċipju li jiġu koperti r-rati kollha tal-imgħax applikati għall-prodotti kollha huma r-rati tal-imgħax fuq self ħażin u self għal ristrutturar ta’ dejn. Kif intqal fil-paragrafu 16, is-self kollu ħażin, u s-self għal ristrutturar ta’ dejn b’rati anqas minn kundizzjonijiet tas-suq, jiġifieri applikati għal debituri f’qagħda ħażina finanzjarja, m’huwiex kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI.

XI.   Klassifikazzjoni skont il-valuta

38.

L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI jkopru r-rati tal-imgħax applikati mill-popolazzjoni ta’ rappurtar. Id-data dwar depożiti u self f’valuti minbarra l-euro m’għandhiex tintalab fil-livell tal-Istati Membri kollha parteċipanti. Dan huwa rifless fl-Appendiċi 1 u 2 fejn l-indikaturi kollha jirreferu għal depożiti u self iddenominati fl-euro.

XII.   Klassifikazzjoni skont is-settur

39.

Bl-eċċezzjoni tar-repos, klassifikazzjoni skont is-settur għandha tiġi applikata għad-depożiti u s-self kollha meħtieġa għall-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Għalhekk l-Appendiċi 1 u 2 jiddistingwixxu bejn indikaturi fil-konfront ta’ households (inklużi istituzzjonijiet bla qligħ li jservu lil households) (4)u fil-konfront ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji (5)Barra minn dan, data separata hija rrappurtata għal sole proprietors/soċjetajiet mhux korporati bħala parti mill-households, imma biss fir-rigward ta’ negozju ġdid għal “għanijiet oħra”. Il-BĊNi jista’ jneħħi l-obbligu tal-identifikazzjoni separata tas-self lil sole proprietors meta dan is-self jikkostitwixxi anqas minn 5 % tas-self totali tal-households tal-Istat Membru parteċipanti f’termini ta’ ammonti dovuti, kif ikkalkulat skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32).

40.

L-indikatur 5 fl-Appendiċi 1 u indikatur 11 fl-Appendiċi 2 jirreferi għal repos. Minkejja r-remunerazzjoni ta’ repos m’hijiex indipendenti mill-holding sector fl-Istati Membri parteċipanti kollha, ma jinħtieġ l-ebda klassifikazzjoni skont is-settur, skont households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji, għal repos fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha. Barra minn dan, ma tinħtieġ l-ebda klassifikazzjoni skont il-Maturità fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha, billi huwa assunt li r-repos huma l-aktar għal żmien qasir ħafna. Ir-rata tal-imgħax tal-MFI fuq ir-repos tirreferi mingħjar divrenzjar (differentiation) għaż-żewġ setturi.

41.

L-indikaturi 5 u 6 fl-Appendiċi 2 jirreferu għal depożiti mifdija b’notifika miżmuma minn households. Madankollu, ir-rata tal-imgħax u l-piż għal depożiti mifdija b’notifika, fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha, tirreferi għal depożiti mifdija b’notifika miżmuma minn kemm households kif ukoll minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri ż-żewġ setturi magħqudin flimkien imma allokati għal households. Fuq il-livell tal-Istati Membri parteċipanti kollha, ma tinħtieġ l-ebda klassifikazzjoni skont is-settur.

XIII.   Klassifikazzjoni skont it-tip ta’ strument

42.

Sakemm stabbilit mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin 43 sa 52, il-klassifikazzjoni skont l-istrument għar-rati tal-imgħax tal-MFI u d-definizzjonijiet tat-tipi ta’ strumenti jsegwu l-kategoriji tal-attiv u l-passiv stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32).

43.

Ir-rati tal-imgħax tal-MFI fuq depożiti ta’ matul il-lejl, jiġifieri l-indikaturi 1 u 7 fl-Appendiċi 2, ikopru d-depożiti kollha ta’ matul il-lejl, huma jew m’humiex bl-imgħax. Għalhekk depożiti ta’ matul il-lejl bla imgħax jinqabdu mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI.

44.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 12 u 23 fl-Appendiċi 2, għandhom l-istess tifsira kif iddefinita f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), minkejja l-perijodu inizjali tagħhom tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax. Penali fuq overdrafts applikati bħala komponent ta’ tariffi oħra, per eżempju fil-forma ta’ tariffi speċjali, m’humiex koperti mill-AAR kif iddefinita fil-paragrafu 1, minħabba li din it-tip ta’ rata tkopri biss ir-rata tal-imgħax fuq is-self. Self irrappurtat taħt din il-kategorija m’huwa irrappurtat taħt l-ebda kategorija oħra ta’ negozju ġdid.

45.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, id-dejn tal-karti ta’ kreditu għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Id-data dwar ir-rata tal-imgħax hija rrappurtata biss fir-rigward ta’ dejn estiż tal-karti ta’ kreditu, fl-indikaturi 32 u 36. Ir-rata tal-imgħax fuq kreditu ta’ konvenjenza m’hijiex irrappurtata separatament, billi skont id-definizzjoni hija 0 %. Madankollu, id-dejn tal-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza dovut huwa inkluż bħala parti mill-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti, flimkien mad-dejn tal-karti ta’ kreditu estiż dovut. La d-dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u lanqas dak ta’ konvenjenza ma hu rrappurtat taħt l-ebda kategorija oħra ta’ negozju ġdid.

46.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ħlief self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu), jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54 fl-Appendiċi 2, ikopru s-self kollu minbarra (dak ta’ konvenjenza u dak estiż) dejn tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts lil intrapriżi, minkejja l-ammont tagħhom, filwaqt li l-indikaturi 62 sa 85 jirreferu għal self iggarantit kif iddefinit fil-paragrafu 60. Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji fl-Appendiċi 1 li jirreferi għall-ammonti dovuti, għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), u jkopri self revolving u overdrafts, u d-dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u dak ta’ konvenjenza.

47.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid għal households għall-konsum, i.e. l-indikaturi 13 sa 15, 30 u 55 sa 57 fl-Appendiċi 2, huma ddefiniti bħala self, minbarra dejn tal-karti ta’ kreditu (estiż jew ta’ konvenjenza) jew self revolving u overdrafts, mogħti bl-għan tal-użu personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi, filwaqt li l-indikaturi 55 sa 57 jirreferu għal self iggarantit kif iddefinit fil-paragrafu 60. Is-self għall-konsum fl-Appendiċi 1 li jirreferi għall-ammonti dovuti għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), u jkopri self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu estiż u dak ta’ konvenjenza.

48.

Self lil households għal xiri ta’ djar, jiġifieri l-indikaturi 6 sa 8 fl-Appendiċi 1 u l-indikaturi 16 sa 19 u 31 fl-Appendiċi 2, jista’ jkun iggarantit jew mhux iggarantit, filwaqt li l-indikaturi 58 sa 61 jirreferu għal self iggarantit kif iddefinit fil-paragrafu 60. L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI tkopri self iggarantit u mhux iggarantit lil households għal xiri ta’ djar mingħajr divrenzjar (differentiation) fl-indikaturi 16 sa 19 u 31. Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid lil households għal xiri ta’ djar, jiġifieri l-indikaturi 16 sa 19, 31 u 58 sa 61 fl-Appendiċi 2, huma ddefiniti bħala kreditu minbarra self revolving u overdrafts jew dejn tal-karti ta’ kreditu, estiż għall-għan biex wieħed jinvesti fi djar, inkluż bini, garaxxijiet u titjib fid-dar (dekorazzjoni mill-ġdid). Is-self lil households għal xiri ta’ djar fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti dovuti, għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) u jkopri self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu.

49.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, self ġdid lil households għal għanijiet oħra, jiġifieri l-indikaturi 20 sa 22 u 33 sa 35 fl-Appendiċi 2, huwa ddefinit bħala self minbarra self revolving u overdrafts jew dejn tal-karti ta’ kreditu, mogħti għal għanijiet bħal negozju, konsolidar, edukazzjoni, etċ. Self ieħor lil households fl-Appendiċi 1 li jirreferi għal ammonti dovuti, għandu l-istess tifsira kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) u jinkludi self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu.

50.

Għal rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti, is-self għall-konsum, is-self lil households għal xiri ta’ djar u self ieħor lil households għal għanijiet oħra, flimkien ikopru s-self mogħti lil households minn istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti u dawk oħrajn, inkluż is-self revolving u overdrafts u d-dejn tal-karti ta’ kreditu (kemm ta’ konvenjenza kif ukoll dak estiż).

51.

Għal rati tal-imgħax tal-MFI fuq negozju ġdid, id-dejn estiż tal-karti ta’ kreditu, is-self revolving u overdrafts, is-self lil households għall-konsum, għax-xiri ta’ djar u għal għanijiet oħra, ikopri s-self kollu mogħti lil households minn istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti u dawk oħrajn. Id-dejn tal-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza m’huwiex irrappurtat separatament f’negozju ġdid tar-rati tal-imgħax tal-MFI, imma jiddaħħal bħala parti mill-partiti korrispondenti tal-ammont dovut.

XIV.   Klassifikazzjoni skont il-kategoriji tal-ammont

52.

Għal self ieħor lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, jiġifieri l-indikaturi 37 sa 54 u 62 sa 85 fl-Appendiċi 2, tliet kategoriji ta’ ammonti jiddistingwixxu rwieħhom: (a) “sa u tinkludi EUR 0,25 miljun”; (b) “aktar minn EUR 0,25 miljun u tinkludi EUR 1 miljun”; u (c) “aktar minn EUR 1 miljun”. L-ammont jirreferi għat-tranżazzjoni ta’ self wieħed meqjus bħala negozju ġdid, aktar milli għan-negozju kollu bejn il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar.

XV.   Klassifikazzjoni skont il-maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika jew fissazzjoni tar-rata inizjali

53.

Skont it-tip ta’ strument u jekk MFI interest rate tirreferi għal ammonti dovuti jew għal negozju ġdid, l-istatistika tipprovdi klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali, il-perijodu ta’ notifika u/jew perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata. Dawn il-klassifikazzjonijiet jirreferu għall-kategoriji tal-ħin jew firxiet, per eżempju rata ta’ imgħax fuq depożitu b’Maturità miftiehma sa sentejn tirreferi għal rata medja tul id-depożiti kollha b’Maturità oriġinali miftiehma bejn jumejn u massimu ta’ sentejn, ippeżati bid-daqs tad-depożitu.

54.

Il-klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali u l-perijodu ta’ notifika jsegwu d-definizzjonijiet stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Il-klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali hija applikata għall-kategoriji kollha ta’ depożiti minbarra r-repos li jirreferu għall-ammonti dovuti u l-kategoriji kollha ta’ self li jirreferu għall-ammonti dovuti kif stabbiliti fl-Appendiċi 1. Klassifikazzjoni skont il-Maturità oriġinali hija applikata wkoll għal negozju ġdid fuq depożiti b’Maturità miftiehma, u klassifikazzjoni skont il-perijodu ta’ notifika għal negozju ġdid fuq depożiti li jinfdew b’notifika kif stabbilit fl-Appendiċi 2. Data separata fuq self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu inizjali ta’ fissazzjoni tar-rati tal-imgħax sa sena flimkien ma’ Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, hija rrappurtata għal kull wieħed mid-daqs tal-kategorija tas-self imsemmija fil-paragrafu 52, kif stabbilit fl-Appendiċi 2.

55.

Ir-rati tal-imgħax tas-self fuq negozju ġdid fl-Appendiċi 2 huma kklassifikati skont il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rati tal-imgħax li jinsab fil-kuntratt. Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni huwa ddefinit bħala perijodu ta’ żmien iddeterminat minn qabel fil-bidu ta’ kuntratt li matulu l-valur tar-rata tal-imgħax ma jinbidilx. Il-perijodu inizjali tal-fissazzjoni jista’ jkun iqsar mill- jew daqs il-Maturità oriġinali tas-self. Il-valur tar-rata tal-imgħax jitqies biss li ma jinbidilx jekk huwa ddefinit bħala livell eżatt, per eżempju daqs 10 %, jew bħala divrenzjali (differential) għal rata ta’ referenza f’ċertu ħin fiss, per eżempju bħala EURIBOR ta’ 6-xhur miżjuda ma’ 2 punti perċentwali f’ċertu jum u ħin iddeterminat minn qabel. Jekk fil-bidu tal-kuntratt tinftiehem proċedura biex tiġi kkalkulata r-rata tas-self bejn il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja u l-aġent tar-rappurtar għal ċertu perijodu ta’ ħin, per eżempju EURIBOR ta’ 6-xhur miżjuda ma’ 2 punti perċentwali għal tliet snin, din ma titqisx fissazzjoni tar-rata inizjali billi l-valur tar-rata tal-imgħax jista’ jinbidel matul dawn it-tliet snin. L-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI dwar negozju ġdid ta’ self tirrifletti biss ir-rata tal-imgħax li tinftiehem għall-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fil-bidu tal-kuntratt jew wara n-negozjar mill-ġdid tas-self. Jekk wara dan il-perijodu inizjali ta’ fissazzjoni, ir-rata tal-imgħax tinbidel awtomatikament għal rata floating, dan ma jiġix rifless fir-rati tal-imgħax tal-MFI dwar negozju ġdid imma biss f’dawk l-ammonti dovuti.

56.

Il-perijodi li ġejjin tal-fissazzjoni tar-rata inizjali huma distingwibbli għas-self lil households:

Għal self lil households għall-konsum u għanijiet oħra:

rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa (u tinkludi) sena,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa (u tinkludi) ħames snin, u

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin.

Għal self lil households għal xiri ta’ djar:

rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa (u tinkludi) sena,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa (u tinkludi) ħames snin,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin u sa (u tinkludi) 10 snin, u

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin.

57.

Il-perijodi li ġejjin tal-fissazzjoni tar-rata inizjali huma distingwibbli għas-self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji sa EUR 0,25 miljun, ta’ aktar minn EUR 0,25 miljun u sa EUR 1 miljun u ta’ aktar EUR 1 miljun:

rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa (u tinkludi) tliet xhur,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn tliet xhur u sa (u tinkludi) sena,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa (u tinkludi) tliet snin,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn tliet snin u sa (u tinkludi) ħames snin,

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin u sa (u tinkludi) 10 snin, u

fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin.

58.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, “floating rate” hija ddefinita bħala r-rata tal-imgħax li hija suġġetta għal reviżjonijiet ta’ imgħax fuq bażi kontinwa (e.ż. kuljum) jew fid-diskrezzjoni tal-MFI.

XVI.   Klassifikazzjoni skont self iggarantit

59.

Self lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji iggarantiti huma rrappurtati addizzjonalment u separatament għall-kategoriji kollha ta’ negozju ġdid tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, ħlief għad-dejn tal-karti ta’ kreditu, self revolving u overdrafts, u self għal għanijiet oħra.

60.

Għall-fini tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, il-klassifikazzjoni ta’ self skont il-garanziji tinkludi l-ammont totali ta’ self ta’ negozju ġdid li huwa ggarantit bl-użu tat-teknika “protezzjoni ta” kreditu ffinanzjat’ kif iddefinita fl-Artikolu 4(31) u l-Annes VIII, Parti 1, Taqsimiet 6-25 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ifformulata mill-ġdidt) (6) u/jew iggarantit bl-użu tat-teknika “protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjat” kif iddefinit fl-Artikolu 4(32) u l-Anness VIII, Parti 1 Taqsimiet 26-29 tad-Direttiva 2006/48/KE, f’manjiera li l-valur tal-garanzija jkun ogħla minn jew daqs l-ammont totali tas-self. Jekk l-MFI tapplika sistema differenti mill-“metodu standardizzat” kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE għal finijiet superviżorji, tista’ tapplika wkoll l-istess trattament fir-rappurtar tas-self inkluż taħt din il-klassifikazzjoni.

61.

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tar-rappurtar ta’ kemm ir-rati tal-imgħax applikati għal u l-volumi ta’ negozju ta’ self iggarantit lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, l-indikaturi 62 sa 85, jekk il-volum ta’ negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti (l-indikaturi 37 sa 54) li jkopri s-self kollu (iggarantit jew mhux iggarantit), għad-daqs korrispondenti tas-self u l-kategorija tal-perijodu inizjali tal-fissazzjoni, jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-volumi ta’ negozju aggregati nazzjonali għall-kategorija tad-daqs totali, u anqas minn 2 % tal-volumi ta’ negozju għall-istess daqs u l-kategorija tal-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fuq il-livell taż-żona tal-euro. Jekk jingħataw id-derogi, dawn il-limiti massimi/minimi għandhom jiġu ċċekkjati fuq bażi annwali.

PARTI 5

OBBLIGI TA’ RAPPURTAR

62.

Sabiex jiġu dedotti l-aggregati li jirreferu għall-Istati Membri parteċipanti, jiġu applikati tliet livelli ta’ aggregazzjoni għal kull waħda mill-kateoriji ta’ strumenti mniżżla fl-Appendiċi 1 u 2.

XVII.   Informazzjoni statistika fil-livell tal-aġenti ta’ rappurtar

63.

L-ewwel livell ta’ aggregazzjoni isir mill-aġenti tar-raġppurtar kif iddefinit fil-paragrafi 64 sa 69. Madankollu, il-BĊNi jistgħu jsaqsu wkoll lill-aġenti tar-rappurtar biex jagħtu data fuq il-livell ta’ depożiti u self individwali. Id-data hija rrappurtata lill-BĊN tal-Istat Membru parteċipanti li fih l-aġent tar-rappurtar huwa residenti.

64.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala snapshot ta’ osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-aġenti tar-rappurtar jagħtu rata medja tal-imgħax ippeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull kategorija ta’ strumenti.

65.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 fl-Appendiċi 1, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, l-aġenti tar-rappurtar jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

66.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala snapshot tal-osservazzjonijiet ta’ tmiem ix-xahar, allura l-aġenti tar-rappurtar jagħtu rata medja ta’ imgħax ippeżata li tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

67.

Jekk ir-rati tal-imgħax fuq depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, dejn estiż tal-karti ta’ kreditu u self revolving u overdrafts, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2, huma kkumpilati bħala rati impliċiti li jirreferu għall-medja tax-xahar, allura l-aġenti tar-rappurtar jagħtu l-imgħax akkumulat pagabbli jew riċevibbli matul ix-xahar u l-istokk medju ta’ depożiti u self matul l-istess xahar għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti.

68.

Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 30 sa 31, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2, l-aġenti tar-rappurtar jagħtu rata medja ta’ imgħax ippeżata. Barra minn dan, l-aġenti tar-rappurtar jipprovdu l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq f’kull kategorija ta’ strumenti matul ix-xahar għal kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2.

69.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk oħrajn li jitħallew minn BĊN jirrappurtaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI flimkien bħala grupp, jitqiesu bħala aġent wieħed ta’ rappurtar, u jagħtu d-data msemmija fil-paragrafi 64 sa 66 li jirreferu għall-grupp bħala unita' sħiħa. Barra minn dan, dawn l-aġenti tar-rappurtar kull sena jagħtu n-numru ta’ istituzzjonijiet ta’ rappurtar ġewwa l-grupp u d-differenza tar-rati tal-imgħax tul dawn l-istituzzjonijiet għal kull kategorija ta’ strumenti. In-numru tal-istituzzjonijiet li jirrappurtaw ġewwa l-grupp u d-differenza jirreferu għax-xahar t’Ottubru u huma trasmessi mad-data t’Ottubru.

XVIII.   Rati medja nazzjonali tal-imgħax ippeżati

70.

It-tieni livell ta’ aggregazzjoni jitwettaq mill-BĊNi. Huma jaggregaw ir-rati tal-imgħax u l-ammonti relatati tan-negozju għall-aġenti kollha nazzjonali ta’ rappurtar tagħhom għal rata medja nazzjonali tal-imgħax ippeżata għal kull kategorija ta’ strumenti. Id-data hija rrappurtata lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

71.

Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar ammonti dovuti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 14 fl-Appendiċi 1, il-BĊNi jipprovdu rata medja nazzjonali ta’ imgħax ippeżata.

72.

Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 23 u 30 sa 85 fl-Appendiċi 2, il-BĊNi jagħtu rata medja nazzjonali ta’ imgħax ippeżata. Barra minn dan, il-BĊNi jagħtu għal kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 23, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2, l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq fuq livell nazzjonali f’kull kategorija ta’ strumenti matul ix-xahar ta’ referenza. Dawn l-ammonti ta’ negozju ġdid jirreferu għat-total tal-popolazzjoni , jiġifieri l-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali sħiħa. Għalhekk, jekk jintgħażel il-metodu tal-kampjuni biex jintgħażlu l-aġenti tar-rappurtar, jintużaw fatturi t’espansjoni fuq livell nazzjonali biex jiġi dedott it-total tal-popolazzjoni (7)Il-fatturi t’espansjoni huma l-kuntrarju tal-għażla tal-probabbiltajiet πi, jiġifieri 1/πi. L-ammont ta’ negozju ġdid, kif stmat, għat-total tal-popolazzjoni, Ŷ, imbagħad jiġi kkalkulat permezz tal-formula ġenerika li ġejja:

Formula

fejn:

yi

bħala l-ammont ta’ negozju ġdid ta’ istituzzjoni i, u

πi

bħala probabbilta' tal-istituzzjoni li tagħżel i.

73.

Il-BĊNi jipprovdu r-rati tal-imgħax tal-MFI dwar ammonti dovuti u negozju ġdid lill-BĊE b’dettal ta’ erba’ postijiet deċimali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni meħuda mill-BĊNi fuq il-livell ta’ dettal li bih huma jixtiequ jiġbru d-data. Ir-riżultati ppubblikati ma jinkludux aktar minn żewġ postijiet deċimali.

74.

Il-BĊNi jiddokumentaw kull (bidliet fi) ftehim regolatorji li jaffettwaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI fin-noti metodoloġiċi li jingħataw ma-data nazzjonali.

75.

Il-BĊNi li jagħżlu l-metodu tal-kampjuni għall-għażla tal-aġenti ta’ rappurtar, jagħtu stima tal-iżbalji fosti l-kampjuni għall-kampjun inizjali. Stima ġdida tingħata wara kull manteniment tal-kampjun.

XIX.   Riżultati aggregati għall-Istati Membri parteċipanti

76.

Il-livell finali ta’ aggregazzjoni tal-kategoriji ta’ strumenti għal kull Stat Membru parteċipanti għal-livell tal-Istati Membri kollha parteċipanti jitwettaq mill-BĊE.

PARTI 6

TRATTAMENT TA’ PRODOTTI SPEĊIFIĊI

77.

It-trattament tal-prodotti ddefiniti fil-paragrafi li ġejjin 78 sa 86 jintuża bħala referenza għall-prodotti b’karatteristiċi simili.

78.

Depożitu jew self step-up (step-down) huwa depożitu jew self b’Maturità fissa li għalih tiġi applikata rata ta’ imgħax li tiżdied (titnaqqas) minn sena għal sena b’numru ffissat minn qabel ta’ punti perċentwali. Depożiti u self step-up (step-down) huma strumenti b’rati fissi ta’ imgħax fuq il-Maturità sħiħa. Ir-rata tal-imgħax għall-Maturità sħiħa tad-depożitu jew self u t-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra huma miftiehma minn qabel fil-ħin t0 meta l-kuntratt huwa ffirmat. Eżempju ta’ depożitu step-up huwa depożitu b’Maturità miftiehma ta’ erba’ snin, li jirċievi imgħax ta’ 5 % fl-ewwel sena, 7 % it-tieni sena, 9 % it-tielet u 13 % fir-raba’. L-fuq negozju ġdid, li hija koperta fil-ħin t0 fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, hija l-medja ġeometrika tal-fatturi “1 + rata tal-imgħax”. Skont il-paragrafu 3, il-BĊNi jistgħu jitolbu lill-aġenti tar-rappurtar biex jimplimentaw l-NDER għal dan it-tip ta’ prodott. L-AAR fuq ammonti dovuti tli hija koperta mill-ħin t0 sa t3 hija r-rata applikata mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax tal-MFI, jiġifieri bl-użu tal-eżempju ta’ depożitu b’Maturità miftiehma ta’ erba’ snin 5 % fil-ħin t0, 7 % fil-ħin t1, 9 % fil-ħin t2 u 13 % fil-ħin t3.

79.

Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, is-self meħud bħala parti minn “linji ta’ kreditu” għandu l-istess tifsira kif iddefinit fi u huwa kklassifikat fir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32). Huma biss ammonti dovuti, jiġifieri ammonti miġbuda u li jkunu għadhom ma tħallsux lura fil-kuntest ta’ linja ta’ kreditu, li huma koperti bħala negozju ġdid u riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI skont il-paragrafu 17. Ammonti disponibbli permezz ta’ linja ta’ kreditu li jkunu għadhom ma nġibdux jew li jkunu tħallsu lura diġa' ma jitqisux, kemm jekk huma negozju ġdid jew ammonti dovuti.

80.

“Kuntratt umbrella” jippermetti lill-konsumatur jiġbed self minn diversi tipi ta’ kontijiet ta’ self sa ċertu ammont massimu li japplika għall-kontijiet ta’ self flimkien. Fil-ħin tal-ftehim dwar kuntratt umbrella, il-forma li s-self jieħu u/jew id-data li fiha s-self jinġibed u/jew ir-rata tal-imgħax, m’humiex speċifikati, imma tista’ tinftiehem firxa ta’ possibbiltajiet. Dan il-kuntratt umbrella m’huwiex kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Madankollu, malli jinġibed self miftiehem taħt kuntratt umbrella, huwa kopert taħt il-partita korrispondenti fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI, kemm f’negozju ġdid u ammonti dovuti.

81.

Jistgħu jeżistu depożiti ta' tfaddil b' rata ta’ imgħax bażika flimkien ma’ rigal (premium) kontra l-infedelta' u/jew rigal ta’ tkabbir. Fil-ħin li jsir id-depożitu, m’huwiex ċert jekk ir-rigal jitħallasx jew le. Il-ħlas jiddependi fuq l-attitudni futura u mhix magħrufa tal-households jew tal-korporazzjoni mhux finanzjarja. Bħala konvenzjoni, dawn ir-rigali kontra l-infedelta' jew rigali ta’ tkabbir m’humiex inklużi fl-AAR fuq negozju ġdid. L-AAR fuq ammonti dovuti tkopri dejjem ir-rati applikati mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Għaldaqstant, jekk dan ir-rigal kontra l-infedelta' jew rigal ta’ tkabbir jingħata mill-aġent tar-rappurtar, dan huwa rifless fl-istatistika dwar ammonti dovuti.

82.

Is-self jista’ jiġi offrut lil households jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’ kuntratti ta’ derivattivi assoċjati, jiġifieri swap/cap/floor tar-rati tal-imgħax etċ. Bħala konvenzjoni, dawn il-kuntratti ta’ derivattivi assoċjati m’għandhomx jiddaħħlu fl-AAR fuq negozju ġdid. L-AAR fuq ammonti dovuti tkopri dejjem ir-rati applikati mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Għaldaqstant, jekk dan il-kuntratt ta’ derivattivi huwa eżerċitat u l-aġent tar-rappurtar jaġġusta r-rata tal-imgħax imposta fuq il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja, dan huwa rifless fl-istatistika dwar ammonti dovuti.

83.

Id-depożiti jistgħu jiġu offruti jkopru żewġ komponenti: depożitu b’Maturità miftiehma li għalih tiġi applikata rata fissa ta’ imgħax, u derivattiv infilzat (embedded derivative) bi dħul li huwa marbut mal-andament ta’ indiċi ddefinit ta’ borża jew ma’ rata tal-kambju bilaterali, suġġett għal dħul minimu ggarantit ta’ 0 %. Il-Maturità taż-żewġ komponenti tista’ tkun l-istess jew tista’ tvarja. L-AAR fuq negozju ġdid tkopri r-rata tal-imgħax għad-depożitu bil-Maturità miftiehma, billi hija tirrifetti l-ftehim bejn id-depożitant u l-aġent tar-rappurtar u hija magħrufa meta jitqiegħdu l-flus. Id-dħul fuq il-komponent l-ieħor tad-depożitu, marbut mal-andament tal-indiċi ta’ borża jew ma’ rata tal-kambju bilaterali, huwa magħruf biss ex post meta l-prodott jimmatura u għalhekk ma jkunx jista’ jiġi kopert bir-rata tan-negozju ġdid. Għaldaqstant, huwa kopert biss id-dħul minimu ggarantit (is-soltu 0 %). L-AAR fuq ammonti dovuti tkopri dejjem ir-rata tal-imgħax applikata mill-aġent tar-rappurtar fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Sal-jum tal-Maturità, ir-rata fuq id-depożitu b’Maturità miftiehma tinqabad kif ukoll id-dħul minimu ggarantit fuq id-depożitu li jinkludi d-derivattiv infilzat. Huwa biss fiż-żmien tal-Maturità li r-rati tal-imgħax tal-MFI fuq ammonti dovuti jirriflettu l-AAR li jitħallas mill-aġent tar-rappurtar.

84.

Id-depożiti b’Maturità ta’ aktar minn sentejn kif iddefinit f’Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) jistgħu jinkludu kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni. Il-parti prinċipali ta’ kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni jistgħu jitqiegħdu f’titoli u mbagħad ir-rata tal-imgħax fuq il-kontijiet tiddependi fuq id-dħul (yield) ta’ dawk it-titoli. Il-parti li jifdal tal-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni tista’ tinżamm fi flus kontanti u r-rata tal-imgħax tiġi ddeterminata mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra bl-istess mod kif jiġri għal depożiti oħra. Fil-ħin meta jsir id-depożitu, id-dħul totali lill-households mill-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni ma jkunx magħruf u jista’ jkun ukoll negattiv. Barra minn dan, fil-ħin li jsir id-depożitu, tinftiehem rata tal-imgħax bejn il-households u l-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra, li tapplika biss għall-parti tad-depożitu; din ma tapplikax għall-parti investita f’titoli. Għaldaqstant, hija biss il-parti tad-depożitu li m’hijiex investita f’titoli li hija koperta bl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. L-AAR fuq negozju ġdid li hija rrappurtata hija r-rata miftiehma bejn il-households u l-aġent tar-rappurtar għall-parti tad-depożitu fil-ħin li jsir id-depożitu. L-AAR fuq ammonti dovuti hija r-rata applikata mill-aġent tar-rappurtar għall-parti tad-depożitu tal-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni fil-ħin tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax tal-MFI.

85.

Pjanijiet ta’ tfaddil għal xiri ta’ djar huma skemi ta’ tfaddil fuq żmien twil li jistgħu jagħtu dħul baxx imma, wara ċertu perijodu ta’ tfaddil, jagħtu lill-households jew lill-korporazzjoni mhux finanzjarja d-dritt għal self fuq id-djar b’rata skontata. Skont Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), dawn il-pjanijiet ta’ tfaddil huma kklassifikati bħala depożiti b'Maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn sakemm jintużaw bħala depożiti. Hekk kif dawn jinbidlu f’self, jiġu kklassifikati bħala self lil households għal xiri ta’ djar. L-aġenti tar-rappurtar jirrappurtaw bħala negozju ta’ depożitu ġdid ir-rata tal-imgħax li tinftiehem fil-ħin li jsir id-depożitu inizjali. L-ammont korrispondenti ta’ negozju ġdid huwa l-ammont ta’ flus li jkunu tpoġġew. Iż-żieda ta’ dan l-ammont fuq id-depożitu matul iż-żmien hija koperta biss bl-ammonti dovuti. Fil-ħin meta d-depożitu jinbidel f’self, dan is-self ġdid huwa rreġistrat bħala negozju ta’ self ġdid. Ir-rata tal-imgħax hija r-rata skontata li tiġi offruta mill-aġent tar-rappurtar. Il-piż huwa l-ammont totali tas-self li jingħata lill-households jew lill-korporazzjoni mhux finanzjarja.

86.

Skont Parti 2 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32), id-depożiti li jsiru skont il-pjan Franċiż irregolat tad-djar “plan d'épargne-logement” (PEL) huma kklassifikati bħala depożiti b’Maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn. Il-gvern jirregola l-kundizzjonijiet li jiggvernaw dawn il-PELs u jiffissa r-rata tal-imgħax, li tibqa’ l-istess matul il-perijodu sħiħ ta’ Maturità tad-depożitu, jiġifieri kull “ġenerazzjoni” ta’ PELs għandha l-istess rata ta’ imgħax. Il-PELs jinżammu għal ta’ lanqas erba’ snin u kull sena l-konsumatur jiddepożita ammont minimu ffissat minn qabel, imma jitħalla jżid il-ħlasijiet f’kull ħin matul iż-żmien tal-iskema. L-aġenti tar-rappurtar jirrappurtaw d-depożitu inizjali bħala negozju ġdid fil-ftuħ ta’ PEL ġdid. L-ammont ta’ flus li jitqiegħed għall-bidu fil-PEL jista’ jkun baxx ħafna, li jfisser li l-“piż” mogħti lir-rata ta’ negozju ġdid ikun ukoll relattivament baxx. Dan il-metodu jiżgura li r-rata ta’ negozju ġdid tirrifletti dejjem il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġenerazzjoni ta’ bħalissa ta’ PELs. It-tibdiliet fir-rata tal-imgħax applikata għall-PELs ġodda huma riflessi fir-rata l-ġdida tan-negozju. Ir-reazzjoni tal-konsumaturi f’termini ta’ shift fil-portafoll minn depożiti oħra fuq żmien twil għal PELs li kienu jeżistu qabel, m’hijiex riflessa fir-rati l-ġodda tan-negozju imma biss fir-rati fuq ammonti dovuti. Fl-aħħar tal-perijodu ta’ erba’ snin, il-konsumatur jista’ jew isaqsi għal self b’rata mraħħsa jew iġedded il-kuntratt. Billi dan it-tiġdid tal-PEL huwa mwettaq awtomatikament mingħajr l-ebda involviment attiv tal-konsumatur, u billi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt inkluża r-rata tal-imgħax m’humiex innegozjati, skont il-paragrafu 21 dan it-tiġdid m’huwiex meqjus bħala negozju ġdid. Malli jġedded il-kuntratt, il-konsumatur jitħallas jagħmel depożiti addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-ammont dovut ma jaqbiżx limitu massimu ddefinit u l-kuntratt ma jaqbiżx numru massimu ddefinit ta’ snin ta’ Maturità. Jekk jintlaħqu l-limitu massimu jew il-Maturità massima, il-kuntratt jeħel. Il-households jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja żżomm id-drittijiet ta’ self u xorta tingħata imgħax skont il-kundizzjonijiet li japplikaw dak iż-żmien tal-ftuħ tal-PEL sakemm il-flus jitħallew fil-ktieb tal-bank. Il-gvern jagħti sussidju f’termini ta’ ħlas ta’ imgħax flimkien mar-rata tal-imgħax offruta mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra. Konformi mal-paragrafu 6, hija dik il-parti mill-ħlas tal-imgħax li hija offruta mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra li tinqabad fl-istatistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI. Is-sussidju tal-gvern, li huwa mħallas imma mhux mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra, huwa injorat.

Appendiċi 1

Kategoriji ta’ strumenti għal rati tal-imgħax fuq ammonti dovuti

AAR jew NDER hija rrappurtata kull xahar għal kull waħda mill-kategoriji inklużi fit-Tabella 1.

Tabella 1

 

Settur

Tip ta’ strument

Maturità oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali ta’ fissazzjoni tar-rata tal-imgħax

Indikatur tal-ammont dovut

Obbligu ta’ rappurtar

Depożiti f’EUR

Minn households

B’Maturità miftiehma

Sa sentejn

1

AAR

Aktar minn sentejn

2

AAR

Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji

B’Maturità miftiehma

Sa sentejn

3

AAR

Aktar minn sentejn

4

AAR

Repos

5

AAR

Self f’EUR

Lil households

Għal xiri ta’ djar

Sa sena

6

AAR

Aktar minn sena u sa ħames snin

7

AAR

Aktar minn ħames snin

8

AAR

Għal konsum u għanijiet oħra

Sa sena

9

AAR

Aktar minn sena u sa ħames snin

10

AAR

Aktar minn ħames snin

11

AAR

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Sa sena

12

AAR

Aktar minn sena u sa ħames snin

13

AAR

Aktar minn ħames snin

14

AAR

Appendiċi 2

Kategoriji ta’ strumenti għal rati tal-imgħax fuq negozju ġdid

AAR jew NDER hija rrappurtata kull xahar għall-kategoriji nklużi fit-Tabelli 2, 3, 4 u 5. Ir-rappurtar tal-AAR huwa akkumpanjat bl-ammont ta’ negozju relatat jekk indikat fit-tabelli bil-kelma “ammont”.

Il-kategoriji ġewwa t-Tabelli 2 (ħlief l-indikaturi 33 sa 35), 3 u 5 huma esklussivi reċiprokament ġewwa kull tabella. Għalhekk, self irrappurtat taħt kwalunkwe indikatur fit-Tabella 2 (ħlief l-indikaturi 33 sa 35) u/jew fit-Tabelli 3 u/jew Tabella 5 ma jerġax jiġi rrappurtat taħt l-ebda indikatur ieħor fl-istess tabella, ħlief għal self irrappurtat fl-indikaturi 33 sa 35, li għandu jkun irrappurtat ukoll taħt l-indikaturi 20 sa 22. Is-self kollu rrappurtat taħt xi kategorija fit-Tabella 3 għandu jidher ukoll fil-kategorija korrispondenti tat-Tabella 2. Fir-rigward tal-indikaturi fit-Tabella 4, dawn huma sub-indikaturi tat-Tabella 2, u, jekk iggarantiti, tat-Tabella 3; għalhekk kull self irrappurtat taħt it-Tabella 4 għandu jidher ukoll fit-Tabella 2 jew 3 kif jixraq.

It-Tabella 5 tirreferi biss għall-APRC. Self imniżżel fit-Tabella 5 għandu jitniżżel ukoll fit-Tabelli 2, 3 u 4 kif jixaq, u titqies il-metodoloġija differenti tal-APRC kif inhu inkluż fil-paragrafu 9.

Il-kunċett ta’ negozju ġdid huwa estiż għall-istokk sħiħ, jiġifieri għall-ammonti dovuti fil-każ ta’ depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti mifdija b’notifika, self revolving u overdrafts u dejn tal-karti ta’ kreditu estiż, jiġifieri l-indikaturi 1, 5, 6, 7, 12, 23, 32, 36.

Tabella 2

 

Settur

Tip ta’ strument

Maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax

Indikatur ta’ negozju ġdid

Obbligu ta’ rappurtar

Depożiti f’EUR

Minn households

Matul il-lejl

1

AAR

B’Maturità miftiehma

Maturità sa sena

2

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn

3

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sentejn

4

AAR, ammont

Mifdija b’notifika (*)

Notifika sa tliet xhur

5

AAR

Notifika ta’ aktar minn tliet xhur

6

AAR

Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Matul il-lejl

7

AAR

B’Maturità miftiehma

Maturità sa sena

8

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn

9

AAR, ammont

Maturità ta’ aktar minn sentejn

10

AAR, ammont

Repos

11

AAR, ammont

Self f’ EUR

Lil households

Self revolving u overdrafts

12

AAR

Dejn estiż tal-karti ta’ kreditu

32

AAR

Għall- konsum

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

13

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin

14

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

15

AAR, ammont

Għal xiri ta’ djar

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

16

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin

17

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn ħames snin u sa għaxar snin

18

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

19

AAR, ammont

Għal għanijiet oħra

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

20

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħmes snin

21

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

22

AAR, ammont

Għal għanijiet oħra, li minnhom: Sole proprietors

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

33

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa ħames snin

34

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

35

AAR, ammont

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self revolving u overdrafts

23

AAR

Dejn estiż tal-karti ta’ kreditu

36

AAR

Self sa EUR 0,25 mn

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa 3 xhur

37

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

38

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin

39

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

40

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

41

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

42

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa 3 xhur

43

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

44

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin

45

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

46

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

47

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

48

AAR, ammont

Self ’il fuq minn EUR 1 mn

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa 3 xhur

49

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

50

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin

51

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

52

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

53

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

54

AAR, ammont


Tabella 3

Self ta’ negozju ġdid b’garanziji

 

Settur

Tip ta’ strument

Perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax

Indikatur ta’ negozju ġdid

Obbligu ta’ rappurtar

Self f’EUR

Lil households

Għall- konsum

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

55

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin

56

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin

57

AAR, ammont

Għal xiri ta’ djar

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

58

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin

59

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

60

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

61

AAR, ammont

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self sa EUR 0,25 mn

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur

62

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

63

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin

64

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

65

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

66

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

67

AAR, ammont

Self ’il fuq minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur

68

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

69

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa tliet snin

70

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

71

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

72

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

73

AAR, ammont

Self ’il fuq minn EUR 1 mn

Rata floating u perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur

74

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena

75

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa tliet snin

76

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin

77

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin

78

AAR, ammont

Perijodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin

79

AAR, ammont


Tabella 4

Self ta’ negozju ġdid lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’perijodu ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ anqas minn sena u ta’ Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

 

Settur

Tip ta’ strument

Is-self kollu / is-self iggarantit skont il-maturita' oriġinali

Indikatur ta’ negozju ġdid

Obbligu ta’ rappurtar

Self f’ EUR

Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self sa ammont ta’ EUR 0,25 mn

Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

80

AAR, ammont

Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self iggarantit biss

81

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 0,25 mn u sa EUR 1 mn

Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

82

AAR, ammont

Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self iggarantit biss

83

AAR, ammont

Self ta’ aktar minn EUR 1 mn

Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena

84

AAR, ammont

Rata floating u sa perijodu ta’ sena ta’ fissazzjoni tar-rata inizjali, b’Maturità oriġinali ta’ aktar minn sena, self iggarantit biss

85

AAR, ammont


Tabella 5

Self ta’ negozju ġdid lil households

 

Settur

Tip ta’ strument

Is-self kollu

Indikatur ta’ negozju ġdid

Obbligu ta’ rappurtar

Self f’EUR

Lil households

Għall-konsum

APRC

30

APRC

Għal xiri ta’ djar

APRC

31

APRC


(1)  ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(2)  Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għall-kreditu tal-konsumatur u s-self lil households għal xiri ta’ djar fil-konfront ta’ istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(4)  S.14 u S.15 flimkien, kif iddefinit fis-Sistema Ewropea tal-Kontabilita' (ESA) 1995, li jinsabu fl-Anness A mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita', ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(5)  S.11 kif iddefinit fis-ESA 1995.

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(7)  Ma jinħtieġu l-ebda fatturi t’espansjoni għar-rati medja tal-imgħax ippeżati jekk l-istima mill-kampjun titqies li hija daqs l-istima għall-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali sħiħa (e.ż. minħabba li n-negozju fl-istrument rispettiv isir mill-istituzzjonijiet fil-kampjun).

(*)  Għal din il-kategorija ta’ strumenti, households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma miġburin flimkien u allokati lis-settur tal-households.


ANNESS III

“ANNESS IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Sakemm u inkluż ix-xahar ta’ referenza ta’ Diċembru 2010, il-paragrafu 10 tal-Anness I jaqra kif ġej:

‘Id-daqs tal-kampjun nazzjonali minimu huwa tali li:

(a)

l-iżball fortuwitu massimu (1) għal rati tal-imgħax fuq negozju ġdid bħala medja fuq il-kategoriji kollha tal-istrumenti, ma jeċċedix 10 punti bażi f’livell ta’ kunfidenza ta’ 90 % (2); jew

(b)

jkopri ta’ lanqas 30 % tal-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali residenti; fejn 30 % tal-popolazzjoni ta’ rappurtar potenzjali residenti huwa akbar minn 100, madankollu d-daqs tal-kampjun nazzjonali minimu jista’ jkun illimitat għal 100 aġent tar-rappurtar; jew

(c)

l-aġenti ta’ rappurtar fil-kampjun nazzjonali jkopru ta’ lanqas 75 % tal-istokk ta’ depożiti ddenominati fl-euro rċevuti minn, u ta’ lanqas 75 % tal-istokk ta’ self iddenominat fl-euro mogħti lil households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fl-Istati Membri parteċipanti.’

Sakemm u inkluż ix-xahar ta’ referenza ta’ Diċembru 2010, il-paragrafu 61 tal-Anness II jaqra kif ġej:

‘Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tar-rappurtar tar-rati tal-imgħax applikati għal, u tal-volumi ta’ negozju ta’ self iggarantit lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji, indikaturi 62 sa 85, jekk:

Il-volum tan-negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti (l-indikaturi 37 sa 54) jirrappreżenta anqas minn 10 % tal-volumi tan-negozju aggregati nazzjonali tas-somma tas-self kollu fl-istess kategorija u anqas minn 2 % tal-volumi tan-negozju għad-daqs korrispondenti tal-kategorija tas-self u l-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fil-livell taż-żona tal-euro; jew

il-volum tan-negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti li jkopri s-self kollu (iggarantit u dak mhux iggarantit) għad-daqs korrispondenti tal-kategorija tas-self u l-perijodu inizjali tal-fissazzjoni fir-rigward tal-indikaturi fit-tabella hawn isfel (l-indikaturi tan-negozju ġdid ta’ qabel (NB) 24 sa 29 fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 2 mal-Anness II) huwa anqas mill-EUR 100 miljun f’Diċembru 2008.

 

Settur

Tip ta’ strument

Maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax

Indikatur ta’ negozju ġdid ta’ qabel

Self f’EUR

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self sa (*) ammont ta’ EUR 1 miljun

Rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

24

Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn sena u sa ħames snin

25

Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn ħames snin

26

Self ’il fuq minn ammont ta’ EUR 1 miljun

Rata floating u fissazzjoni tar-rata inizjali sa sena

27

Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn sena u sa ħames snin

28

Fissazzjoni tar-rata inizjali għal aktar minn ħames snin

29

Jekk jingħataw derogi, il-limiti minimi u massimi hawn fuq imsemmija għandhom jiġu ċċekkjati kull sena.’ ”.


(*)  “Sa” tfisser “sa u tinkludi”.


Top