Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0284

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 284/2009 tas- 7 ta’ April 2009 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

    ĠU L 94, 8.4.2009, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1303

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/284/oj

    8.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/10


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 284/2009

    tas-7 ta’ April 2009

    li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 161,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Billi:

    (1)

    Il-kriżi bla preċedent li qed tolqot is-swieq finanzjarji internazzjonali ħolqot sfidi kbar għall-Komunità, li titlob rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, u b’mod partikolari biex issostni l-investimenti sabiex jiġu promossi it-tkabbir u l-impjiegi.

    (2)

    Il-qafas regolatorju tal-perijodu ta’ programmar 2007-2013 ġie adottat bil-għan li tinkiseb aktar simplifikazzjoni fl-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-effikaċja u s-sussidjarjetà tagħhom fit-termini tal-implimentazzjoni tagħhom.

    (3)

    L-adattament ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1) huwa meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immobilizzar tal-fondi Komunitarji sabiex jingħata bidu għall-programmi operattivi kif ukoll għall-proġetti megħjuna fil-qafas ta’ dawn il-programmi, b’mod li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tagħhom u għalhekk l-impatt tal-investimenti fuq l-ekonomija.

    (4)

    Jeħtieġ li tissaħħaħ il-possibbiltà għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) li jgħinu lill-Istati Membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

    (5)

    B’kont meħud tal-istatus tal-BEI u l-FEI bħala entitajiet finanzjarji rikonoxxuti mit-Trattat, meta jiġu organizzati operazzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja li jinvolvuhom bħala fondi ta’ investiment, għandu jkun possibli li jingħatalhom kuntratt direttament.

    (6)

    Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, b’mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, jeħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet in natura meqjusa bħala nefqa eliġibbli fil-kostituzzjoni ta’, jew kontribuzzjonijiet lejn, il-fondi.

    (7)

    Biex jingħata appoġġ lill-impriżi, u b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jeħtieġ ukoll aktar flessibilità fil-kondizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti bil-quddiem fil-qafas tal-għajnuniet tal-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat.

    (8)

    Sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-proġetti maġġuri, jeħtieġ li l-ispejjeż relatati mal-proġetti maġġuri li għadhom ma ġewx adottati mill-Kummissjoni, ikunu jistgħu jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa.

    (9)

    Biex jissaħħu r-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u b’hekk ikun iffaċilitat bidu rapidu tal-programmi operattivi f’kuntest ta’ kriżi, jeħtieġ li jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rigwar il-finanzjament bil-quddiem.

    (10)

    Il-pagament tal-ħlas akkont fil-bidu tal-programmi operattivi għandu jkun kapaċi jiggarantixxi dħul u ħruġ ta’ flus regolari u jiffaċilita l-pagamenti għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti xi dispożizzjonijiet għall-pagament tal-kontijiet għall-Fondi strutturali: 7.5 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea hekk kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004) u 9 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara) sabiex jikkontribwixxu biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

    (11)

    Skont il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali, l-emendi relatati mal-Artikoli 56(2) u 78(1) għandhom japplikaw matul il-perjodu ta’ programmar 2007-2013 kollu. Għalhekk, l-applikazzjoni retroattiva hija neċessarja mill-1 ta’ Awwissu 2006, id-data li fiha daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Billi l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa is-swieq finanzjarji internazzjonali teħtieġ rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, emendi oħrajn għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (12)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

    1)

    Fl-Artikolu 44, it-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(b)

    meta l-ftehim mhuwiex kuntratt pubbliku ta’ servizz skont il-liġi applikabbli fir-rigward ta’ swieq pubbliċi, l-għoti ta’ għajnuna, stipulata għal dan il-għan bħala kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta’ donazzjoni lil xi istituzzjoni finanzjarja mingħajr sejħa għall-offerti, jekk dan isir b’konformità ma’ liġi nazzjonali, huwa kompatibbli mat-Trattat.”;

    (b)

    għandu jiżdied il-punt (c) li ġej:

    “(c)

    l-għoti ta’ kuntratt direttament lill-BEI jew lill-FEI.”;

    2)

    Fl-Artikolu 46(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Il-BEI jew l-FEI jistgħu, fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipaw fl-azzjonijiet ta’ għajnuna teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu.”;

    3)

    L-Artikolu 56(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż ta’ deprezzament u n-nefqa ġenerali, jistgħu jiġu ttrattati bħala spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

    B’ deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, fil-każ ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja u għall-finijiet tal-Artikolu 78(6)(1), jistgħu jiġu pproċessati bħala nefqa għall-kostituzzjoni tal-fondi jew fondi ta’ titoli jew għall-kontribuzzjoni ta’ dawn, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

    L-ispejjeż imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ir-regoli ta’ eliġibilità mfassla abbażi tal-paragrafu 4 jipprevedu għall-eliġibilità ta’ tali nefqa;

    (b)

    l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti ta’ sostenn li jkollhom valur ta’ prova ekwivalenti għal riċevuti, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet stabbiliti f’Regolamenti speċifiċi;

    (c)

    fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura, il-kofinanzjament mill-Fondi ma jaqbiżx it-total tal-ispejjeż eliġibbli bl-esklużjoni tal-valur ta’ tali kontribuzzjonijiet.”

    4)

    L-Artikolu 78 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-aħħar sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(1) għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “In-nefqa mħallsa mill-benefiċjarji għandha tiġi appoġġata minn fatturi mmarkati bħala mħallsa jew dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, sakemm mhux previst mod ieħor f’Regolamneti speċifiċi għal kull Fond.”

    (b)

    Fl-Artikolu 78(2): il-punt (b) għandu jitħassar;

    (c)

    L-Artikolu 78(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “4.   Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 41(3), il-Kummissjoni tiċħad kontribuzzjoni finanzjarja lil xi proġett maġġuri, id-dikjarazzjoni tan-nefqa li ssegwi l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rrettifikata kif meħtieġ.”

    5)

    Fl-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “(a)

    għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004: fl-2007 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, fl-2008 3 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, u fl-2009 2.5 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv;

    (b)

    għall-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara: fl-2007 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, fl-2008 3 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv u fl-2009 4 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv;

    (c)

    meta l-programm operattiv jaqa’ taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea u mill-inqas wieħed mill-parteċipanti huwa Stat Membru li ssieħeb mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara: fl-2007 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv, fl-2008 3 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv, u fl-2009 4 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Madanakollu, l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) il-punt (a), għadhom japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2006.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. SCHWARZENBERG


    (1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


    Top