This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0182
Commission Regulation (EC) No 182/2009 of 6 March 2009 amending Regulation (EC) No 1019/2002 on marketing standards for olive oil
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 182/2009 tas- 6 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 182/2009 tas- 6 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
ĠU L 63, 7.3.2009, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/02/2012; Imħassar b' 32012R0029
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 182/2009
tas-6 ta’ Marzu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 113(1)(a) u 121(a), flimkien mal-Artikolu 4, tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li l-isem li bih jinbiegħu ż-żjut taż-żebbuġa u ż-żjut mill-ilbieba taż-żebbuġ għandu jkun wieħed mid-deskrizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli. L-informazzjoni supplimentarja f’kull waħda mill-kategoriji taż-żjut definiti għandha tidher ukoll fuq it-tikkettar, iżda mhux neċessarjament viċin l-isem li bih il-prodott jinbiegħ. Għal oġġetti li fihom iż-żejt taż-żebbuġa, ma għandha tkun meħtieġa la t-tikketta tad-deskrizzjoni, u għalhekk, lanqas l-informazzjoni supplimentarja. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 (2) stabbilixxa arranġamenti fakultattivi għat-tikkettar tal-oriġini taż-żejt taż-żebbuġa għalkemm l-għan kien sistema li tinvolvi t-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għaż-żejt ekstra verġni u verġni taż-żebbuġa, sabiex dan jirrifletti l-fatt li, bħala riżultat tat-tradizzjonijiet agrikoli u tal-prattiki ta’ estrazzjoni u taħlit żjut bħal dawn jistgħu jkunu ta’ togħma u kwalità differenti ħafna skont l-oriġini ġeografika tagħhom. L-arranġamenti fakultattivi li ġew implimentati minn dak iż-żmien ‘il hawn imbagħad urew li ma kinux biżżejjed biex jipprevjenu li l-konsumatur jiġi mqarraq f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi reali taż-żjut verġni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, mill-2002 ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3) stabbilixxa regoli dwar it-traċċabilità li ilhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005. L-esperjenza miksuba minn operaturi u amministrazzjonjiet f’din il-kwistjoni tippermetti li t-tikkettar tal-oriġini ssir obbligatorja għaż-żejt ekstra verġni u verġni taż-żebbuġa. |
(3) |
Fil-Komunità, parti sinifikanti taż-żjut ekstra verġni u verġni taż-żebbuġa hija magħmula minn taħlitiet ta’ żjut li joriġinaw minn diversi Stati Membri u pajjiżi terzi. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet sempliċi għat-tikkettar tal-oriġini għal taħlitiet bħal dawn. Regoli sempliċi ta’ dan it-tip jistgħu joħolqu l-possibbiltà li jitħassru d-dispożizzjonijiet ta’ qabel fir-rigward tat-tikkettar ta’ “oriġini predominanti”, li kienu kumplessi f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni, diffiċli biex jiġu kkontrollati u potenzjalment qarrieqa. |
(4) |
Ċerti termini li jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi relatati mat-togħma u/jew mar-riħa taż-żjut ekstra verġni u verġni taż-żebbuġa dan l-aħħar ġew definiti mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC) fil-metodu rivedut tiegħu għall-valutazzjoni organolettika taż-żjut verġni taż-żebbuġa. L-użu ta’ termini bħal dawn fit-tikkettar taż-żjut ekstra verġni u verġni taż-żebbuġa għandhu jinżammu għal żjut li ġew ivvalutati skont il-metodu korrispondenti ta’ analiżi. Arranġamenti ta’ tranżizzjoni huma meħtieġa għal ċerti operaturi li bħalissa jużaw it-termini riżervati. |
(5) |
Għadd ta’ Stati Membri żammew regolamenti nazzjonali li jipprojbixxu l-produzzjoni ta’ taħlitiet taż-żejt taż-żebbuġa ma’ żjut oħra miż-żrieragħ għall-konsum intern biex jippreżervaw it-tradizzjonijiet tagħhom kif ukoll ċerta kwalità ta’ produzzjoni fil-livell nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 ma japplikawx għat-tonn u s-sardin, li huma koperti rispettivament bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta’ Ġunju 1992 li jippreskrivi standards komuni ta’ marketing għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (4) u bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta’ Ġunju 1989 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat (5). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawn l-aspetti għandhom jissemmew b’mod ċar fir-Regolament (KE) Nru 1019/2002. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(1) jinbidel b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (*), dan ir-Regolament jistabbilixxi livelli speċifiċi għall-marketing fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għaż-żjut taż-żebbuġa u għaż-żjut mill-ilbieba taż-żebbuġ imsemmija fil-punti 1(a) u (b), 3 u 6 tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Il-punt (b) tal-Artikolu 8(2) jinbidel b’dan li ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Għall-għan tal-verifika tal-indikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri konċernati jistgħu jintroduċu arranġamenti għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti li l-faċilitajiet tal-ippakkjar tagħhom jinsabu fit-territorju tagħhom.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.
Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu, il-prodotti li jkunu ġew iffabbrikati u ttikkettati b’mod legali fil-Komunità jew inkella li ġew importati legalment fil-Komunità u tqiegħdu għaċ-ċirkolazzjoni libera qabel l-1 ta’ Lulju 2009 jistgħu jitmexxew fis-suq sakemm jinħlew il-ħażniet kollha.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27.
(4) ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1.
(5) ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79.