Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0072R(04)

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad- 19 ta' Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 ( ĠU L 30, 31.1.2009 )

ĠU L 220, 21.8.2010, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/72/corrigendum/2010-08-21/oj

21.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 220/76


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 30, tal-31 ta’ Jannar 2009 )

F’paġna 10, Artikolu 4 (Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007) Il-punt li jmiss għandu jigi mdaħħal:

“39a)

Punt A.II tal-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titlu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

‘It-tqassim tal-kwantità massima garantita għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-2009/2010 sal-2011/2012 għall-kittien ta' fibri qosra u fibri tal-qanneb bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1a)’;

(b)

il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

‘(b)

5 000 tunnellata li għandhom jiġu mqassma fi kwantitajiet nazzjonali garantiti għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-2009/2010 sal-2011/2012 bejn id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu. Tali tqassim għandu jiġi determinat fuq bażi taż-żoni li kienu s-soġġetti ta' wieħed mill-kuntratti jew impenji kif imsemmija fl-Artikolu 91(1).’ ”


Top