This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0032
Commission Regulation (EC) No 32/2009 of 16 January 2009 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of January 2009 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 1498/2007 for sugar and sugar and cocoa mixtures with ACP/OCT or EC/OCT cumulation of origin
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2009 tas- 16 ta' Jannar 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2009 tas- 16 ta' Jannar 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT
ĠU L 13, 17.1.2009, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 13/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 32/2009
tas-16 ta' Jannar 2009
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4), il-ħames subparagrafu, tal-Anness III tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/2007 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar il-modalitajiet speċifiċi għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor u tat-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT (2) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur taz-zokkor. Dan ir-Regolament stabbilixxa, fl-Artikolu 1 tiegħu, li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni ta' kwoti tal-importazzjoni amministrati permezz ta' sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (3) għandu japplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti koperti bil-Kapitolu 17 tan-NM u bil-kodiċijiet tan-NM 1806 10 30 u 1806 10 90 ta' oriġini mill-OCT, permezz tal-kumulu maz-zokkor ta' oriġini mill-AKP u/jew tal-KE. |
(2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li meta l-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu jew għas-subperjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikawh għall-kwantitajiet mitluba f'kull applikazzjoni. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sat-31 ta' Marzu 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, u li jiġi sospiż it-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji għas-sena 2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni koperti bil-kwota bin-numru tas-serje 09.4652, u mressqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009, għall-kwantitajiet mitluba għandhom jinħarġu liċenzji bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 68,292682 %.
It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għas-sena 2008 huwa sospiż.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(2) ĠU L 333, 19.12.2007, p. 6.
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.