EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0040

Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2018; Imħassar b' 32014L0045

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/40/oj

6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/12


DIRETTIVA 2009/40/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet dwar jekk vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (3) ġiet emendata kemm-il darbab’mod sinjifikattiv (4). Billi għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fil-qafas tal-politika tat-trasport komuni, ċertu traffiku tat-triq fi ħdan il-Komunità għandu jopera taħt l-iktar ċirkostanzi favorevoli fir-rigward ta’ kemm is-sigurtà kif ukoll il-kondizzjonijiet kompetittivi li japplikaw għal trasportaturi fl-Istati Membri.

(3)

Iż-żieda tat-traffiku tat-triq u ż-żieda riżultanti f’perikolu u effetti negattivi jippreżentaw l-Istati Membri kollha bi problemi ta’ sigurtà ta’ natura u serjetà simili.

(4)

L-ittestjar tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-vettura għandu jkun relattivament sempliċi, ta’ malajr u mhux għali.

(5)

L-istandards minimi Komunitarji u l-metodi li għandhom jintużaw għall-ittestjar tal-elementi previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk ikunu definiti f’Direttivi separati.

(6)

Hu neċessarju li jkun hemm adattament rapidu għall-progress tekniku tal-istandards u l-metodi stabbiliti fid-Direttivi separati u, sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan l-iskop, li tkun stabbilita proċedura għal koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq.

(7)

Fir-rigward ta’ sistemi tal-brejkijiet huwa diffiċli li jiġu stabbiliti valuri għal elementi bħas-settings tal-pressjoni tal-arja u ta’ perjodi ta’ build-up, minħabba differenzi f’tagħmir u metodi fi ħdan il-Komunità.

(8)

Hu rikonoxxut minn dawk kollha kkonċernati bl-ittestjar ta’ vetturi li l-metodu ta’ ttestjar u, b’mod partikolari, jekk il-vettura hi eżaminata f’kondizzjoni mgħobbija, parzjalment mgħobbija jew mhux mgħobbija, jistgħu jinfluwenzaw il-grad ta’ kunfidenza li t-testers għandhom fir-rigward tal-kondizzjoni tas-sistema tal-brejkijiet għat-triq.

(9)

Il-preskrizzjoni tal-valuri ta’ referenza tal-forza tal-brejkijiet għal kondizzjonijiet varji ta’ tagħbija għal kull mudell ta’ vettura għandha tgħin biex terġa tinkiseb dik il-kunfidenza. Din id-Direttiva għandha tagħmel possibbli l-ittestjar taħt dan ir-reġim bħala alternattiva għall-ittestjar relattivament għal valuri minimi ta’ prestazzjoni għal kull kategorija ta’ vettura.

(10)

Fir-rigward ta’ sistemi ta’ brejkijiet l-ambitu ta’ din id-Direttiva għandu jirrelata l-aktar mal-vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent taħt id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (5) għalkemm hu rikonoxxut li ċerti tipi ta’ vettura ngħataw din l-approvazzjoni konformemt ma’ standards nazzjonali li jistgħu jkunu differenti mir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

(11)

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-ambitu tat-test tal-brejkijiet biex jinkludu vetturi jew elementi ta’ test barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(12)

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu t-test ta’ brejkijiet iktar strett jew iżidu l-frekwenza tal-ittestjar.

(13)

Din id-Direttiva hija maħsuba sabiex iżżomm l-emissjonijiet f’livell baxx tul il-ħajja utli ta’ vettura permezz ta’ testijiet regolari tal-emissjonijiet tal-exhaust u tassigura li l-vetturi li jniġġsu ħafna jkunu rtirati mis-servizz sa meta jinġabu fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.

(14)

It-tuning impreċiż u l-manutenzjoni inadegwata huma ta’ detriment mhux biss għall-magna imma wkoll għall-ambjent ladarba jikkawżaw żieda fit-tniġġiż u fil-konsum tal-karburant. Hu importanti li jiġi żviluppat trasport li jkun favorevoli għall-ambjent.

(15)

Fil-każ ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni (diesel) il-kejl tal-opaċità tad-dħaħen tal-exhaust hu meqjus li jkun indikatur adegwat tal-kondizzjoni tal-istat ta’ manutenzjoni tal-vettura, fejn għandhom x’jaqsmu l-emissjonijiet.

(16)

Għall-magni positive-ignition tal-petrol, il-kejl tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-carbon mill-pajp tal-exhaust meta l-magna tkun imqabbda huwa meqjus bħala indikatur adegwat tal-istat tal-manutenzjoni tal-vettura, fir-rigward ta’ emissjonijiet.

(17)

Ir-rata ta’ falliment fit-testijiet tal-emissjoni tal-exhaust għall-vetturi li ma ġewx mantenuti b’mod regolari tista’ tkun għolja.

(18)

Fil-każ ta’ vetturi b’magna tal-petrol li l-istandards tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom jispeċifikaw li għandhom ikunu mgħammra b’sistemi avvanzati tal-kontroll tal-emissjonijiet bħal konvertituri katalitiċi three-way li jkunu kkontrollati b’lambda-probe, l-istandards tat-test tal-emissjoni regolari għandhom ikunu iktar stretti mill-vetturi konvenzjonali.

(19)

Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (6) teħtieġ l-introduzzjoni, mis-sena 2000, ta’ sistema ta’ dijanjosi abbord (OBD) fil-każ tal-karozzi li jaħdmu bil-petrol u l-vetturi kummerċjali ħfief biex jiġi immonitorjat il-funzjonament tas-sistema tal-kontroll tal-emissjoni waqt l-użu tal-vettura. Bl-istess mod, mill-2003 huma meħtiega sistemi OBD għall-vetturi ġodda diesel.

(20)

L-Istati Membri jistgħu, jekk xieraq, jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ċerti vetturi li huma kkunsidrati ta’ interess storiku. Filwaqt li jistgħu ukoll jistabbilixxu l-istandards ta’ ttestjar tagħhom stess għal dawn il-vetturi. Madanakollu, dan id-dritt m’għandux iwassal għall-applikazzjoni ta’ standards iktar stretti minn dawk li l-vetturi kkonċernati kienu orġinarjament proġettati li jilħqu.

(21)

Hemm disponibbli sistemi semplici u komuni ta’ dijanjosi li jistgħu jintużaw mill-organizzazzjonijiet li jittestjaw biex jigu ttestjati l-bicca l-kbira tal-limitaturi tal-velocità installati. Fil-każ ta’ dawk il-vetturi li ma jintlaħqux b’din l-għodda ta’ dijanjosi komunement disponibbli, l-awtoritajiet ikollhom bżonn jew li jagħmlu użu mill-apparat li jkun sar disponibbli mill-manifattur originali tal-vettura jew jipprovdu għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni adatta tat-test mill-manifattur tal-vettura jew mill-organizzazzjoni konċessjonarja tagħha.

(22)

Il-verifika ta’ kull tant żmien tal-funzjonament korrett tal-limitatur tal-velocità għandha tiġi ffaċilitata fil-każ tal-vetturi li jkunu mgħammra b’apparat ġdid tal-irrekordjar (it-takografu diġitali) taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 tal-24 ta’ Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u d-Direttiva 88/599/KEE rigward l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 (7). Mis-sena 2003 “l hawn, il-vetturi l-ġodda huma mgħammra b” dak l-apparat.

(23)

Ir-rekwiżiti tekniċi relatati mat-taxis u l-ambulanzi huma simili għal dawk ta’ karrozzi privati. L-elementi li għandhom ikunu eżaminati jistgħu għalhekk ikunu simili, għalkemm il-frekwenza tat-testijiet hija differenti.

(24)

Kull Stat Membru għandu jassigura, fiż-żona tiegħu ta’ ġurisdizzjoni, li t-testijiet dwar il-kondizzjoni tal-vetturi għat-triq jiġu mmexxija metodikament u jkunu ta’ standard għoli.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva.

(26)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar testijiet ta’ vetturi għat-triq, il-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta’ fuq it-triq u l-garanzija ta’ kontrolli u manutenzjoni adegwati ta’ vetturi, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(27)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8).

(28)

B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi ċerti standards u metodi minimi għall-ittestjar kif ukoll sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, jeħtieġ li dawn jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(29)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi previsti fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   F’kull Stat Membru, il-vetturi bil-mutur reġistrati f’dak l-Istat u l-karrijiet u s-semikarrijiet tagħhom għandhom jiġu suġġetti għal testijiet perjodiċi tal-kondizzjoni għat-triq konformement ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-kategoriji tal-vetturi li għandhom jiġu ttestjati, il-frekwenza tat-testijiet tal-kondizzjoni għat-triq u l-elementi li għandhom jiġu ttestjati huma elenkati fl-Annessi I u II.

Artikolu 2

It-testijiet tal-kondizzjoni għat-triq previsti f’din id-Direttiva għandhom jitwettqu mill-Istat Membru, jew minn korp pubbliku inkarigat mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti indikati u direttament immexxija mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati kif dovut. B’mod partikolari, fejn stabbilimenti indikati bħala ċentri ta’ ttestjar tal-vetturi ukoll iwettqu tiswijiet fuq vetturi bil-mutur, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jassiguraw l-objettività u l-kwalità għolja tal-ittestjar tal-vettura.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri li jqisu neċessarji biex ikun possibbli li tingħata prova li vettura għaddiet minn test tal-kondizzjoni għat-triq li jikkonforma ma’ mill-inqas id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummssjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu, fuq l-istess bażi daqslikieku hu stess ħareġ il-prova, jagħraf il-prova maħruġa fi Stat Membru ieħor li turi li vettura bil-mutur reġistrata fit-territorju ta’ dak l-Istat l-ieħor, flimkien mal-karru jew is-semi karru tagħha, għaddiet test tal-kondizzjoni għat-triq li jikkonforma ma’ mill-inqas id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom japplikaw proċeduri xierqa biex jistabbilixxu, sa fejn hu prattikabbli, li l-prestazzjoni tal-brejkijiet tal-vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’din id-Direttiva.

KAPITOLU II

EĊĊEZZJONIJIET

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva vetturi li jappartjenu għall-forzi armati, għall-forzi tal-liġi u tal-ordni u għas-servizz kontra n-nar.

2.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsulktaw lill-Kummissjoni, jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva jew suġġett għal dispożizzjonijiet speċjali, ċerti vetturi operati jew użati f’kondizzjonijiet eċċezzjonali u vetturi li qatt, jew bil-kemm, huma użati fuq toroq maġġuri pubbliċi, inklużi vetturi ta’ interess storiku fabbrikati qabel l-1 ta’ Jannar 1960 jew li jkunu temporanjament irtirati miċ-ċirkolazzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jistabilixxu l-istandards tal-ittestjar tagħhom għal vetturi kkunsidrati li huma ta’ interess storiku.

Artikolu 5

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

iġibu 'l quddiem id-data għall-ewwel test obbligatorju tal-kondizzjoni għat-triq u, fejn ikun il-każ, jesiġu ttestjar tal-vettura qabel ir-reġistrazzjoni;

(b)

iqassru l-intervall bejn żewġ testijiet obbligatorji suċċessivi;

(c)

jagħmlu obbligatorju l-ittestjar ta’ tagħmir mhux obbligatorju;

(d)

iżidu n-numru ta’ elementi suġġetti għall-ittestjar;

(e)

jestendu r-rekwiżit tat-test perjodiku għal kategoriji oħra ta’ vetturi;

(f)

jippreskrivu testijiet speċjali addizzjonali;

(g)

jesiġu għal vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom standards minimi ogħla għall-effiċjenza tal-brejkijiet minn dawk speċifikati fl-Anness II u jinkludu test fuq vetturi b’tagħbijiet itqal sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jeċċedux dawk tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-Direttivi separati li jkunu neċessarji biex jiġu definiti l-istandards minimi u l-metodi ta’ ttestjar tal-elementi previsti fl-Anness II, kif ukoll kull emenda neċessarja biex dawk l-istandards u l-metodi jiġu adattati għall-progress tekniku.

2.   Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn Kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 8

Mhux iktar tard minn tliet snin wara l-introduzzjoni ta’ ttestjar regolari ta’ strumenti għal-limitazzjoni tal-veloċità, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk, fuq il-bażi tal-esperjenza akkwistata, it-testijiet stabbiliti humiex suffiċjenti biex jiskopru strumenti tal-limitazzjoni tal-veloċità li jkunu difettużi jew li jkunu ġew manipulati jew jekk ir-regoli jeħtieġux li jiġ emendati.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 10

Id-Direttiva 96/96/KE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness III, Parti A, hija imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 11

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strażburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 66.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1.

(4)  Ara l-Anness III, Parti A.

(5)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.

(6)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1.

(7)  ĠU L 274, 9.10.1998, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

IL-KATEGORIJI TA’ VETTURI SUĠĠETTI GĦAL TESTIJIET TA’ KONDIZZJONI GĦAT-TRIQ U L-FREKWENZA TAT-TESTIJIET

Il-kategoriji tal-vettura

Il-frekwenza tat-testijiet

1.

Vetturi bil-mutur użati għat-trasport ta’ passiġġieri u b’iktar minn tmien siġġijiet, bl-esklużjoni tas-siġġu tax-xufier

Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena

2.

Vetturi bil-mutur użati għat-trasport tal-merkanzija u li jkollhom massa massima permessibbli li teċċedi 3 500  kg

Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena

3.

Karrijiet u semi-karrijiet b’massa massima permissibbli li teċċedi 3 500  kg

Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena

4.

Taxis, ambulanzi

Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena

5.

Vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba’ roti, normalment użati għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija u b’massa massima permissibbli li ma teċċedix 3 500  kg, bl-esklużjoni ta’ tratturi u makkinarju agrikolu

Erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata imbagħad wara kull sentejn

6.

Vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba’ roti, użati għat-trasport ta’ passiġġieri u b’mhux iktar minn tmien siġġijiet, bl-esklużjoni tas-siġġu tax-xufier

Erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata mbagħad wara kull sentejn


ANNESS II

ELEMENTI LI GĦANDHOM JIĠU TTESTJATI B’MOD OBBLIGATORJU

It-test għandu jkopri mill-inqas l-elementi previsti hawn taħt, sakemm dawn huma relatati mat-tagħmir obbligatorju tal-vettura li qed tiġi ttestjata fl-Istat Membru kkonċernat.

It-testijiet koperti minn dan l-Anness jistgħu ji twettqu viżwalment mingħajr disassemblaġġ tal-partijiet tal-vettura.

Meta jinstab li l-vettura hi difettuża fejn għandhom x’jaqsmu l-elementi tat-test hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom il-vettura tista’ tintuża qabel ma tgħaddi test ieħor tal-kondizzjoni tagħha għat-triq.

VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2, 3, 4, 5 u 6

1.   Sistemi ta’ ibbrekjar

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi fit-test tal-kondizzjoni għat-triq tas-sistemi ta’ ibbrejkjar tal-vettura. Ir-riżultati ġodda miksuba waqt l-iċċekkjar fuq is-sistemi ta’ ibbrejkjar għandhom ikunu ekwivalenti sa fejn hu possibbli għar-rekwiżiti tekniċi tad-Direttiva 71/320/KEE.

Elementi li għandhom jiġu eżaminati/ttestjati

Raġunijiet għall-falliment

1.1.

Il-kondizzjoni mekkanika u l-operazzjoni

 

1.1.1.

Il-fus tal-pedala tal-brejkijiet tas-saqajn

issikkat wisq

il-bearing użat ħafna

utilizz/użu eċċessiv

1.1.2.

Il-kondizzjoni tal-pedala u t-travel tal-istrument li jopera l-brejkijiet

travel ta’ riserva eċċessiva jew insuffiċjenti

il-kontroll tal-brejkijiet li ma jirrillaxxax kif suppost

id-dispożizzjoni kontra ż-żliq nieqsa minn fuq il-pedala tal-brejkijiet, maħlula jew lixxa daqs kemm użata

1.1.3.

Il-pompa tal-vakwu jew il-kumpressur u d-depożitu

il-ħin użat għall-formazzjoni tal-pressjoni tal-arja/il-vakwu għall-operazzjoni effettiva tal-brejkijiet hu eċċessiv

pressjoni tal-arja insuffiċjenti/vakwu biex jassisti għal mill-inqas żewġ applikazzjonijiet tal-brejkijiet wara li l-istrument ta’ avviż ikun opera (jew gauge li juri qari mhux ta’ min joqgħod fuqu)

leakage tal-arja li jikkawża waqa’ notevoli fil-pressjoni jew leakages tal-arja li jinstemgħu

1.1.4.

Indikatur jew gauge ta’ avviż ta’ pressjoni baxxa

indikatur tal-malfunzjoni jew li jindika pressjoni baxxa/gauge tal-pressjoni tal-arja

1.1.5.

Il-valvola ta’ kontroll tal-brejkijiet operata bl-idejn

kontroll imxaqqaq jew imħassar, użu eċċessiv

il-malfunzjoni tal-valvola ta’ kontroll

il-kontroll mhux sikur fuq il-fus tal-valvola jew l-unità tal-valvola mhix sikura

konnessjonijiet maħlula jew xaqq fis-sistema

operazzjoni mhux sodisfaċenti

1.1.6.

Il-brejk tal-ipparkjar, il-kontroll tal-lieva, ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar

ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar li ma jżommx kif suppost

użu eċċessiv fil-fus tal-lieva jew fil-mekkaniżmu tar-ratchet

moviment eċċessiv tal-lieva li tindika aġġustament inkorrett

1.1.7.

Il-valvoli tal-brejkijiet (il-valvoli tas-saqajn, unloaders, gvernaturi, eċċ.)

leakage tal-arja eċċessiva, mħassra

skarika eċċessiva ta’ żejt mill-kumpressur

immuntar mhux sikur/inadegwat

skarika tal-fluwidu idrawliku tal-brejkijiet

1.1.8.

Agganċjar għall-brejkijiet tal-karrijiet

tappijiet ta’ isolament difettużi jew valvola għas-siġill tagħha stess

immuntar mhux sikur/inadegwat

leakages eċċessivi

1.1.9.

Depożitu ta’ tank tal-pressjoni għall-irfigħ tal-enerġija

imħassra, imsadda, leaking

l-istrument tad-drenaġġ inoperattiv

immuntar mhux sikur/inadegwat

1.1.10.

Unitajiet servo tal-brejk, il-mastruċilindru (sistemi idrawliċi)

l-unità servo hi difettuża jew mhux effettiva

il-mastruċilindru difettuż jew leaking

il-mastruċilindru mhux sikur

kwantità insuffiċjenti tal-fluwidu tal-brejkijiet

it-tapp tad-depożitu tal-mastruċilindru nieqes

il-bozza ta’ avviż tal-fluwidu tal-brejkijiet miżgħula jew difettuża

funzjoni inkorretta tal-istrument ta’ avviż tal-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet

1.1.11.

Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet

riskju ta’ falliment jew frattura

leaks minn pajpijiet jew konnessjonijiet għall-igganċjar

imħassra jew imsadda eċċessivament

spustjati

1.1.12.

Hoses flessibbli tal-brejkijiet

riskju ta’ falliment jew frattura

imħassra, chafing, il-hoses tal-brejkijiet qosra wisq, mgħawġa

leaks minn hoses jew l-agganċjar

hose minfuħ taħt pressjoni

il-porosità

1.1.13.

Koperturi tal-brejkijiet (sponoż bħala nforra)

użu eċċessiv

ikkontaminat (żejt, griż, eċċ.)

1.1.14.

Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet

użu żejjed, brix eċċessiv, xquq, mhux marbutin tajjeb jew maqsumin

kontaminati (żejt, griż, eċċ)

plejt ta’ wara mhux marbut tajjeb

1.1.15.

Kejbels tal-brejk, vireg u fejn jaqbad il-liver

kejbils mħassra, mgħaqqda

mikula eċċessivament jew msadda

ġonta tal-kejbil jew virga mhux marbuta sew

il-gwida tal-kejbil difettuż

kull restrizzjoni għal-libertà taċ-ċaqlieq tas-sistema tal-brejkijiet.

1.1.16.

Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawkiċi tar-rota)

maqsum jew imħassar

iqattar

mhux marbut sew mhux biżżejjed

imsaddad iżżejjed

il-pistin operattiv jew il-mekkaniżmu tad-dijaframma jiċċaqlqu żżejjed

1.1.17.

Valv li jħoss it-tagħbija

fejn jitqabbad ikun difettuż

aġġustament skorrett

issijżjat, ma jaħdimx

mhux f’postu

1.1.18.

Slack adjusters awtomatiċi li jindikaw

moviment anormali jew issiżjat, użu żejjed jew aġġustament ħażin

difettuż

1.1.19.

Sistema ritardanti (meta mgħammra jew meħtieġa)

konnetturi jew mountings mhux siguri

difettuża

1.2.

Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brejk

 

1.2.1.

Prestazzjoni (miżjuda progressivament għas-saħħa massima)

mhux biżżejjed saħħa fuq rota waħda jew iżjed

saħħa minn kull rota hija anqas minn 70 % tal-aktar saħħa rreġistrata minn rota oħra fuq l-istess assi. Fil-każ ta’ testjar fit-triq, id-devjazzjoni minn linja dritta ta’ vettura hija eċċessiva

l-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrekjar (ħtif)

żmien żejjed fl-operazjoni tal-brejk f’xi rota

varjazzjoni eċċessiva tas-saħħa tal-brejk minħabba diski mgħawġa jew drummijiet ovali

1.2.2.

L-effiċjenza

proprzjon ta’ brejkijiet li għandu x’jaqsam mal-massa massima awtorizzata jew, fil-każ ta’ semi-karrijiet, mas-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus meta prattikabbli, naqqas dawn li ġejjin:

l-effiċjenza minima tal-brejkijiet

kategorija 1: 50 % (1)

kategorija 2: 43 % (2)

kategorija 3: 40 % (3)

kategorija 4: 50 %

kategorija 5: 45 % (4)

kategorija 6: 50 %

jew

sforz ta’ brejkijiet inqas mill-valuri ta’ referenza jekk speċifikati mill-fabbrikant tal-vettura għall-fus tal-vettura (5)

1.3.

Il-prestazzjoni sekondarja (ta’ emerġenza) tal-brejk u l-effiċjenza (jekk milħuqa minn sistema separata

 

1.3.1.

L-atteġġjament

il-brejk inoperattiv fuq naħa waħda

l-isforz tal-brejk minn kull rota huwa inqas minn 70 % tal-ogħla sforz reġistrat minn rota oħra fuq l-istess fus

ebda varjazzjoni gradwali tal-effiċjenza (ħtif)

is-sistema awtomatika tal-brejkijiet mhix taħdem fil-każ ta’ karrijiet

1.3.2.

L-Effiċjenza

għall-kategoriji kollha tal-vetturi, proporzjon ta’ brejkijiet inqas minn 50 % (6) tal-atteġġament tas-servizz tal-brejkijiet definit fi 1.2.2. fejn għandha x’taqsam il-massa massima awtorizzata jew, fil-każ ta’ semi-karrijiet, is-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus

1.4.

L-atteġġament tal-brejk tal-ipparkjar u l-effiċjenza

 

1.4.1.

L-atteġġament

il-brejk inoperattiv fuq naħa waħda

1.4.2.

L-effiċjenza

għall-kategoriji kollha tal-vettura, proporzjon tal-brejkijiet ta’ inqas minn 16 % fejn għandha x’taqsam il-massa massima awtorizzata, jew, għal vetturi bil-mutur, inqas minn 12 % fejn għandha x’taqsam il-massa massima awtorizzata ta’ kombinazzjoni tal-vettura, tkun liema tkun l-ikbar

1.5.

Ir-Ritardatur jew l-atteġġament tas-sistema tal-brejk tal-exhaust

ebda varjazzjoni gradwali ta’ effiċjenza (ritardatur)

difettuż

1.6.

Il-brejk anti-lock

il-malfunzjoni tal-istrument ta’ avviż anti-lock

difettuż


VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2 U 3

VETTURI FIL-KATEGORIJI 4, 5 U 6

2.

It-tmexxija u l-isteering

2.

It-tmexxija

2.1.

Il-kondizzjoni mekkanika

2.1.

Il-kondizzjoni mekkanika

2.2.

L-isteering

2.2.

It-tmexxija tal-isteering

2.3.

It-tmexxija tal-isteering

2.3.

L-attachment tas-sistema ta’ tmexxija

2.4.

Il-bearings tal-isteering

 

3.

Il-viżibbiltà

3.

Il-viżibbiltà

3.1.

L-ispazju tal-viżjoni

3.1.

L-ispazju tal-viżjoni

3.2.

Il-kondizzjoni tal-ħġieġ

3.2.

Il-kondizzjoni tal-ħġieġ

3.3.

Il-mirja li juru wara

3.3.

Il-mirja li juru wara

3.4.

Il-wajpers tal-windscreen

3.4.

Il-wajpers tal-windscreen

3.5.

Dawk li jaħslu l-windscreen

3.5.

Dawk li jaħslu l-windscreen

4.

Fanali, rifletturi u tagħmir elettriku

4.

It-tagħmir tad-dawl

4.1.

Fanali ta’ dawl ewlieni u dawl baxx

4.1.

Fanali ta’ dawl ewlieni u dawl baxx

4.1.1.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

4.1.1.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

4.1.2.

L-allinjament

4.1.2.

L-allinjament

4.1.3.

L-iswiċċijiet

4.1.3.

L-iswiċċijiet

4.1.4.

L-effiċjenza viżwali

 

4.2.

Il-fanali tal-ġenb u l-fanali li jimmarkaw il-linja ta’ barra

4.2.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni, il-kondizzjoni tal-lenti, il-kulur u l-effiċjenza viżwali ta’:

4.2.1.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

4.2.1.

L-fanali tal-ġenb u ta’ wara

4.2.2.

Il-kulur u l-effiċjenza viżwali

4.2.2.

Il-fanali tal-waqfien

 

4.2.3.

Il-fanali li jindikaw id-direzzjoni

 

4.2.4.

Il-fanali ta’ riserva

 

4.2.5.

Il-fanali taċ-ċpar

 

4.2.6.

Il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

 

4.2.7.

Ir-retrorifletturi

 

4.2.8.

Il-fanali hazard ta’ avviż

4.3.

Il-fanali tal-waqfien

 

4.3.1.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

 

4.3.2.

Il-kulur u l-effiċjenza viżwali

 

4.4.

Il-fanali ta’ indikazzjoni tad-direzzjoni

 

4.4.1.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

 

4.4.2.

Il-kulur u l-effiċjenza viżwali

 

4.4.3.

L-iswiċċijiet

 

4.4.4.

Il-frekwenza li biha jixegħlu u jitfu

 

4.5.

Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u wara

 

4.5.1.

Il-pożizzjoni

 

4.5.2.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

 

4.5.3.

Il-kulur u l-effiċjenza viżwali

 

4.6.

Il-fanali tar-reverse

 

4.6.1.

Il-kondizzjoni u l-operazzjoni

 

4.6.2.

Il-kulur u l-effiċjenza viżwali

 

4.7.

Il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

 

4.8.

Ir-retrorifletturi

il-kondizzjoni u l-kulur

 

4.9.

It-telltales

 

4.10.

Il-konnessjonijiet elettriċi bejn il-vettura li tiġbed u l-karru jew is-seni-karru

 

4.11.

Il-wiring elettriku

 

5.

Il-fusijiet, ir-roti, it-tyres, is-suspenxin

5.

Il-fusijiet, ir-roti, it-tyres, is-suspenxin

5.1.

Il-fusijiet

5.1.

Il-fusijiet

5.2.

Ir-roti u t-tyres

5.2.

Ir-roti u t-tyres

5.3.

Is-suspenxin

5.3.

Is-suspenxin

6.

Ix-chassis u l-attachments tax-chassis

6.

Ix-chassis u l-attachments tax-chassis

6.1.

Ix-chassis jew il-frejm u l-attachments

6.1.

Ix-chassis jew il-frejm u l-attachments

6.1.1.

Il-kondizzjoni ġenerali

6.1.1.

Il-kondizzjoni ġenerali

6.1.2.

Il-pajpijiet tal-exhaust u s-silencers

6.1.2.

Il-pajpijiet tal-exhaust u s-silencers

6.1.3.

It-tank tal-karburant jew il-pajpijiet

6.1.3.

It-tank tal-karburant jew il-pajpijiet

6.1.4.

Il-proprjetajiet ġeometriċi u l-kondizzjoni tal-istrument ta’ protezzjoni ta’ wara, trakkijiet tqal

6.1.4.

It-trasportatur tar-rota żejda

6.1.5.

It-trasportatur tar-rota żejda

6.1.5.

Is-sigurtà tal-mekkaniżmu tal-agganċjar (jekk imwaħħal)

6.1.6.

Il-mekkaniżmu tal-agganċjar fuq vetturi li jiġbdu, karrijiet u semi-karrijiet

 

6.2.

Il-kabina u x-xogħol fuq il-korp

6.2.

Ix-xogħol fuq il-korp

6.2.1.

Il-kondizzjoni ġenerali

6.2.1.

Il-kondizzjoni strutturali

6.2.2.

L-immuntar

6.2.2.

Il-bibien u s-serraturi

6.2.3.

Il-bibien u s-serraturi

 

6.2.4.

L-art

 

6.2.5.

Is-siġġu tax-xufier

 

6.2.6.

Ir-running boards

 

7.

Tagħmir ieħor

7.

Tagħmir ieħor

7.1.

Iċ-ċinturini ta’ sigurtà

7.1.

L-immuntar tas-siġġu tax-xufier

7.2.

L-estintur tan-nar

7.2.

L-immuntar tal-batterija

7.3.

Is-serraturi u strument kontra s-serq

7.3.

L-istrument ta’ avviż li jinstama’

7.4.

It-trianglu ta’ avviż

7.4.

It-trianglu ta’ avviż

7.5.

Il-kit tal-ewwel għajnuna

7.5.

Iċ-ċinturini ta’ sigurtà

7.5.1.

Is-sigurtà tal-immuntar

 

 

7.5.2.

Il-kondizzjoni taċ-ċinturini

7.5.3.

L-operazzjoni

 

7.6.

Iċ-chock(s) tar-roti

 

7.7.

L-istrument ta’ avviż li jinstama’

 

7.8.

L-ispidometru

 

7.9.

It-takografu (il-preżenza ta’, u l-integrità tas-siġilli)

eżamina il-validità tal-pjanċa tat-takografu jekk meħtieġ mir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 (7)

eżamina, jekk f’dubju, jekk iċ-ċirkomferenza nominali tad-daqs tar-roti taqbel mad-data mogħtija fuq il-pjanċa tat-takografu

meta prattiku, eżamina li s-siġilli tat-takografu u, meta jkun il-każ, li kull mezz ieħor ta’ protezzjoni tal-konnessjonijiet kontra manipulazzjoni frawdolenti huma intatti

 

7.10.

L-istrument tal-limitazzjoni tal-veloċità

meta possibbli, eżamina jekk il-limitatur tal-veloċità hu mwaħħal kif meħtieġ mid-Direttiva 92/6/KEE (8)

eżamina l-validità tal-pjanċa tal-limitatur tal-veloċità

meta prattiku, eżamina li s-siġilli tal-limitatur tal-veloċità u, meta jkun il-każ, kull mezz ieħor ta’ protezzjoni tal-konnessjonijiet kontra manipulazzjoni frawdolenti huma intatti

iċċekkja fejn prattikabbli li l-mezz li jillimita l-veloċità jipprevjieni l-vetturi msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/6/KEE milli jaqbżu l-valuri stabbiliti.

 

8.

Effetti negattivi

8.

Effetti negattivi

8.1.

Storbju

8.1.

Storbju

VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2, 3, 4, 5 U 6

8.2.   L-emissjonijiet mill-exhaust

8.2.1.   Il-vetturi bil-mutur mgħammra b’magni li jaqbdu b’mod pożittiv u jieħdu l-petrol bħala karburant

(a)

meta l-emissjonijiet mill-exhaust ma jkunux ikkontrollati b’sistema avvanzata tal-kontroll tal-emissjonijiet bħala konvertitur katalitiku ta’ tliet direzzjonijiet li huwa sonda lambda kkontrollata:

1.

Spezzjoni viżwali tas-sistema tal-exhaust sabiex jiġi ċċekkjat li hija f’kondizzjoni kompleta u sodisfaċenti u li ma għandhiex tnixxijiet.

2.

Spezzjoni viżwali ta’ kull tagħmir tal-kontroll tal-emissjonijiet imwaħħal mill-fabbrikant sabiex jiġi ċċekkjat li huwa f’kondizzjoni kompleta u sodisfaċenti u li ma hemm l-ebda tnixxijiet.

Wara perjodu raġjonevoli taż-żmien tal-kondizzjonament tal-mutur (filwaqt li jitqiesu r-rakkommandazzjonijiet tal-fabbrikant) jiġi mkejjel il-kontenut tal-karbonju monossidu (CO) tal-gassijiet tal-exhaust meta l-mutur ikun jaħdem mingħajr ma jimxi (mingħajr tagħbija).

Il-kontenut massimu ta’ CO permissibbli fil-gassijiet tal-exhaust huwa dak iddikjarat mill-fabbrikant tal-vettura. Meta ma jkunx disponibbli dan it-tagħrif jew meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawhx bħala valur tar-riferiment, il-kontenut tal-CO ma jridx jaqbeż dan li ġej:

(i)

għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba bejn id-data li minnha l-Istati Membri ħtieġu lill-vetturi li jikkonformaw mad-Direttiva 70/220/KEE (9) u l-1 ta’ Ottubru 1986: CO - 4,5 % vol.

(ii)

Għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Ottubru 1986 - 3,5 % vol.

(b)

Meta l-emissjonijiet mill-exhaust ikunu kkontrollati minn sistema avvanzata tal-kontroll tal-emissjonijiet hekk li kovertitur katalitiku ta’ tliet direzzjonijiet li jkun sonda lambda kkontrollata:

1.

Spezzjoni viżwali tas-sistema tal-exhaust sabiex jiġi ċċekkjat li jkun f’kondizzjoni kompleta u sodisfaċenti u li ma jkunx hemm tnixxijiet.

2.

Spezzjoni viżwali ta’ kull tagħmir li jokkontrolla l-emissjonijiet imwaħħal mill-fabbrikant sabiex jiġi ċċekkjat li huwa fi stat komplet u sodisfaċenti u li ma jkunx hemm tnixxijiet.

3.

Il-mod kif tiġi stabbilita l-effiċjenza tas-sistema tal-vettura rigward il-kontroll tal-emissjoniiet bil-kejl tal-valur lambda u l-kontenut tal-CO fil-gassijiet tal-exhaust skont il-punt 4 jew il-proċeduri proposti mill-fabbrikanti u approvati fil-waqt tal-approvazzjoni għat-tip. Għal kull wieħed mit-testijiet il-mutur irid ikun ikkondizzjonat skont ir-rakkommandazzjonijiet tal-fabbrikant tal-vettura.

4.

L-emissjonijiet mit-tubu tal-exhaust - il-valuri tal-limiti

Il-kontentut massimu tal-CO permess fil-gassijiet tal-exhaust irid ikun dak iddikjarat mill-fabbrikant tal-vettura.

Meta ma jkunx disponibbli dan it-tagħrif, il-kontenut tal-CO ma jridx jaqbeż dan li ġej:

(i)

Il-kejl meta l-mutur ikun fl-idle:

Il-kontentut massimu tal-CO permissibbli fil-gassijiet tal-exhaust ma jridx jaqbeż iż-0,5 % vol. u għall-vetturi li jkunu approvati għat-tip skont il-valuri tal-limiti murija fir-ringiela A u r-ringiela B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 tal-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE, jew l-emendi iktar tard, il-kontenut massimu tal-CO ma jridx jaqbeż iż-0,3 % vol. Meta l-konformità mad-Direttiva 70/220/KEE, ma tkunx possibbli allura għandu japplika dan ta’ hawn fuq għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2002.

(ii)

Fil-kejl fil-veloċità għolja tal-idle (mingħajr tagħbija), il-veloċità tal-mutur għandha tkun ta’ mill-inqas 2 000 min–1:

kontenut CO: massimu ta’ 0,3 % vol., u għall-vetturi li jkunu ġew approvati għat-tip skont il-valuri tal-limiti murija fir-ringiela A jew ir-ringiela B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4. tal-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE, il-kontenut massimu tal-CO ma jridx jaqbeż iż-0,2 % vol. Meta l-ottempranza mad-Direttiva 70/220/KEE, ma tkunx possibbli allura għandu japplika dan ta’ hawn fuq għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2002.

Il-lambda: 1 ± 0,03 jew skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrikant.

(iii)

Għall-vetturi bil-mutur mgħammra bis-sistemi dijanjostiċi abbord (DAB) skont id-Direttiva 70/220/KEE l-Istati Membri jistgħu bħala alternattiva għat-test speċifikat fl-intestatura (i) jistabbilixxu l-funzjonament korrett tas-sistema tal-emissjonijiet permezz tal-qari approprjat tal-mezz DAB u simultanjament jiċċekkjaw il-funzjonament kif jixraq tas-sistema DAB.

8.2.2.   Il-vetturi bil-mutur mgħammra b’magni (diesel) li jaqbdu bil-kompressjoni

(a)

L-opaċità tal-gass tal-exhaust li trid tiġi mkejla matul l-aċċelerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija mill-idle sal-veloċità tal-cut off) bil-gear newtrali u l-clutch magħfus.

(b)

Il-prekondizzjonament tal-vettura:

1.

Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sigurtà għandhom isiru kontrolli li l-mutur tkun sħuna u f’kondizzjoni mekkanika sodisfaċenti.

2.

Għajr kif speċifikat fil-punt (d)(5), l-ebda vettura ma għandha tiġi mwaħħla mit-testijiet għajr jekk tkun ġiet ipprekondizzjonata skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

Il-mutur irid ikun sħun għal kollox, per eżempju t-temperatura taż-żejt tal-mutur mkejjel b’sonda mill-pajp tal-ħadida li timmarka l-livell taż-żejt tkun mill-inqas ta’ 80 oC, jew it-temperatua normali tal-blokka mkejla fil-livell tar-radjazzjoni infra red tkun mill-inqas ta’ temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-mutur, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabbilita t-temperatura normali tal-ħidma tal-mutur jista’ jsir b’mezzi oħra, per eżempju bit-tħaddim tal-fan tat-tkessiħ tal-mutur.

(ii)

Is-sistema tal-exhaust għandha tiġi mnaddfa b’mill-inqas tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni jew b’metodu ekwivalenti.

(c)

Il-proċedura tat-test:

1.

L-ispezzjoni viżwali ta’ kull tagħmir tal-kontroll tal-emissjonijiet imwaħħal mill-fabbrikant sabiex jiġi ċċekkjat li huwa komplet u f’kondizzjoni sodisfaċenti u li ma jkunx hemm tnixxijiet.

2.

Il-mutur u kull turbo-charger imwaħħal, li jridu jkunu idle qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċelerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi tax-xogħol tqil li jaħdmu bid-diesel, dan ifisser stennija ta’ mill-inqas 10 sekondi wara r-rilaxx tal-kontroll tal-karburant.

3.

Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċelerazzjoni ħielsa, il-pedala tal-gass trid titniżżel għal kollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) imma mhux fil-goff, hekk li tinkiseb il-kunsinna massima mill-pompa tal-injezzjoni.

4.

Matul kull ċiklu ta’ aċċelarazzjoni ħielsa, il-mutur għandu jilħaq il-veloċità tal-cut-off jew, għall-vetturi bit-trasmissjonijiet awtomaiċi, il-veloċità speċifikata mill-fabbrikant jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura l-veloċità ta’ żewġ terzi tal-veloċità tal-cut-off, qabel ma jiġi rrilaxxjat il-kontroll tal-karburant. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, per eżempju, billi tiġi mmonitorjata l-veloċità tal-mutur jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed żmien bejn il-għafis inizjali tal-kontroll tal-karburant u r-rilaxx, li fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji 1 u 2 tal-Annes I, għandu jkun ta’ mill-inqas żewġ sekondi.

(d)

Il-valuri tal-limitu:

1.

Il-livell tal-konċentrament ma jridx jaqbeż il-livell reġistrat fuq il-pjanċa skont id-Direttiva 72/306/KEE (10).

2.

Meta ma jkunx disponibbli dan it-tagħrif jew meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu li ma jużawhx bħala riferiment, il-livell tal-konċentrament ma jridx jaqbeż il-livell iddikjarat mill-fabbrikant jew il-valuri tal-limitu ta’ koeffiċjent tal-assorbiment li huma kif ġej:

Il-koeffiċent massimu tal-assorbiment għal:

il-magni tad-diesel li jieħdu l-arja b’mod normali = 2,5 m–1

il-magni tad-diesel turbo-charged = 3,0 m–1

għandu japplika limitu ta’ 1,5 m–1 għall-vetturi li ġejjin li jkunu ġew appovati għat-tip skont il-valuri tal-limiti murija fi:

(a)

il-linja B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 tal-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE — (Vettura tax-Xogħol Ħafif – Euro 4);

(b)

il-linja B1 tat-tabelli fil-punt 6.2.1 tal-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE (11) — (Vetturi tad-Diesel tax-Xogħol Tqil – Euro 4);

(c)

il-linja B2 tat-tabelli fil-punt 6.2.1 tal-Anness I mad-Direttiva 88/77/KEE— (Vettura tad-Diesel tax-Xogħol Tqil — Euro 5);

(d)

il-linja Ċ tat-tabelli fil-punt 6.2.1 tal-Anessi mad-Direttiva 88/77/KEE— (Vettura tax-Xogħol Tqil — EEV);

jew il-valuri tal-limiti fl-emendi iktar tard tad-Direttiva 70/220/KEE jew il-valuri tal-limitu fl-emendi iktar tard tad-Direttiva 88/77/KEE jew il-valuri ekwivalenti meta jintuża tagħmir ta’ tip differenti minn dak użat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

Meta l-konformità mal-punt 5.3.1.4 tal-Anness I mad-Direttiva 70/220/KEE, jew għat-taqsima 6.2.1 tal-Anness mad-Direttiva 88/77/KEE, ma tkunx possibbli allura ta’ hawn fuq għandu japplika għall-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008.

3.

Il-vetturi rreġistrati jew imdaħħla għax-xogħol għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 1980 huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti.

4.

Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet biss jekk il-medji aritmetiċi ta’ mill-inqas tlieta miċ-ċikli tal-aċċelerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valur tal-limiti. Dan jista’ jiġi kkalkolat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mal-medju mqabbel, jew ir-riżultat ta’ kull kalkolu statistiku ieħor li jqis it-tifrix tal-kejlijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru taċ-ċikli tat-testijiet.

5.

Sabiex jevitaw it-testijiet mhux meħtieġa, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ eċċezzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-punt 8.2.2(d)(4), iwaħħlu fit-testijiet lill-vetturi li jkunu kejlu valuri li jaqbżu b’mod sinifikanti l-valuri tal-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni ħielsa jew wara ċ-ċikli tat-tindif tal-intern (jew l-ekwivalenti) speċifikati fil-punt 8.2.2(b)2(ii). B’mod egwali sabiex jevitaw it-testijiet mhux meħtieġa, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ eċċezzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-punt 8.2.2(d)(4) jgħaddu mit-testijiet lill-vetturi li jkunu kejlu l-valuri b’mod sinifikanti taħt il-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni ħielsa jew tliet ċikli tat-tindif tal-intern (jew l-ekwivalenti) speċifikati fil-punt 8.2.2(b)2(ii).

8.2.3.   It-tagħmir tat-testijiet

L-emissjonijiet tal-vetturi jiġu ttestjati bl-użu tat-tagħmir iddisinjat sabiex jistabbilixxi b’mod eżatt jekk ġewx imħarsal-valuri tal-limiti stabbiliti jew indikati mill-fabbrikant.

8.2.4.   Meta, matul approvazjoni għat-tip tal-KE, tip ta’ vettura tinstab li ma tissodisfax il-valuri tal-limiti stabbiliti b’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri tal-limiti ogħla għal dan it-tip ta’ vettura fuq il-bażi tal-prova fornita mill-fabbrikant. Iridu jgħarrfu lill-Kummssjoni b’dan minnufih u l-Kummissjoni għandha min-naħa tagħha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

VETTURI FIL-KATEGORIJI 1, 2 U 3

VETTURI FIL-KATEGORIJI 4, 5 U 6

8.3.

Is-soppressjoni tal-interferenza tar-radju

 

9.

Testijiet supplimentari għal vetturi tat-trasport pubbliku

 

9.1.

Ħruġ ta’ emerġenza (inklużi mrietel għat-tkissir ta’ twieqi), sinjali li jindikaw ħruġ ta’ emerġenza

 

9.2.

Is-sistema tas-sħana

 

9.3.

Is-sistema ta’ ventilazzjoni

 

9.4.

Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet

 

9.5.

Id-dawl ta’ ġewwa

 

10.

L-identifikazzjoni tal-vettura

10.

L-identifikazzjoni tal-vettura

10.1.

Il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni

10.1.

Il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni

10.2.

In-numru tax-chassis

10.2.

In-numru tax-chassis


(1)  48 % għall-vetturi tal-kategorija 1 li ma jkollhomx ABS, jew approvati skont it-tip qabel l-1 ta’ Ottubru 1991 (id-data tal-projbizzjoni tal-ewwel tqegħid f’ċirkolazzjoni mingħajr l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE) (Id-Direttiva 71/320/KEE).

(2)  45 % għal vetturi rreġistrati wara l-1988 jew mid-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 71/320/KEE, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, tkun liema tkun l-iktar tard.

(3)  43 % għal semi-karrijiet u karrijiet bid-draw-bar irreġistrati wara l-1988 jew mid-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 71/320/KEE, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, tkun liema tkun l-iktar tard.

(4)  50 % għall-kategorija 5 tal-vetturi rreġistrati wara l-1988 jew mid-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 71/320/KEE, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, tkun liema tkun l-iktar tard.

(5)  Il-valur ta’ referenza għall-fus tal-vettura hu l-isforz tal-brejkijiet (espress fi newtoni) neċessarju biex tiġi akkwistat l-forza minima preskritta tal-brejkijiet bil-piż partikolari li bih il-vettura hi ppreżentata.

(6)  Għall-vetturi tal-kategora 2 u 5 l-atteġġament minimu sekondarju tal-brejkijiet għandu jkun 2,2 m/s2 (peress li l-atteġġament sekondarju tal-brejkijiet ma kienx kopert mid-Direttiva 71/320/KEE).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq. (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.)

(8)  Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċita’ għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità. (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.)

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ta’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’positive ignition. (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.)

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emmissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għall-użu fil-vetturi. (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1.)

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni ta’ compression ignition għall-użu f’vetturi, l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni ta’ positive ignition alimentati minn gass naturali jew minn gass liqwefatt tal-petroleum għall-użu f’vetturi (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33.)


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE

(ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/52/KE

(ĠU L 142, 5.6.1999, p. 26)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2001/9/KE

(ĠU L 48, 17.2.2001, p. 18)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2001/11/KE

(ĠU L 48, 17.2.2001, p. 20)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE

(ĠU L 90, 8.4.2003, p. 41)

 

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

L-Anness III, punt 68 biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

96/96/KE

fid-9 ta’ Marzu 1998.

1999/52/KE

fit-30 ta’ Settembru 2000.

2001/9/KE

fid-9 ta’ Marzu 2002.

2001/11/KE

fid-9 ta’ Marzu 2003.

2003/27/KE

fl-1 ta’ Jannar 2004.


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 96/96/KE

Din id-Direttiva

Artikoli 1 – 4

Artikoli 1 – 4

Artikolu 5, sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 5, kliem introduttorju

Artikolu 5, l-ewwel sas-seba’ inċiż

Artikolu 5, punti (a) sa (g)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 8 (3)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9

Artikolu 11(3)

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Annessi I-II

Annessi I-II

Annessi III-IV

Anness III

Anness IV


Top