This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009H0120
Commission Recommendation of 11 February 2009 on the implementation of a nuclear material accountancy and control system by operators of nuclear installations (notified under document number C(2009) 785)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Frar 2009 dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ Kontabilità u Kontroll ta’ Materjal Nukleari minn operaturi ta’ installazzjonijiet nukleari (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 785)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Frar 2009 dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ Kontabilità u Kontroll ta’ Materjal Nukleari minn operaturi ta’ installazzjonijiet nukleari (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 785)
ĠU L 41, 12.2.2009, p. 17–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/17 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta' Frar 2009
dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ Kontabilità u Kontroll ta’ Materjal Nukleari minn operaturi ta’ installazzjonijiet nukleari
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 785)
(2009/120/Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 77 u l-Artikolu 124 tiegħu,
(1) |
Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ salvagwardji tal-Euratom (1) iddefinixxa n-natura u l-firxa tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 79 tat-Trattat tal-Euratom sabiex dawn jippermettu ġustifikazzjoni tal-minerali, materjali tas-sors u materjali fissili speċjali użati jew prodotti. |
(2) |
Billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (Euratom) Nru 302/2005 jeħtieġ li l-operaturi nukleari jżommu sistema ta’ kontabilità u kontroll għall-materjali nukleari, u jistipula xi rekwiżiti għal sistema bħal din. |
(3) |
Billi d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni intitolat “Implimentazzjoni tas-Salvagwardji tat-Trattat tal-Euratom” (IETS) (2), jinkludi l-ħtieġa li l-Kummissjoni tfassal qafas ta’ referenza għal sistemi ta’ kontabilità u kontroll ta’ kwalità għolja għall-materjal nukleari (NMAC). Huwa jiddikjara wkoll li l-verifika tas-sistemi NMAC tal-operaturi nukleari se tkun waħda mill-attivitajiet superviżorji tal-Kummissjoni. |
(4) |
Billi l-Assoċjazzjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ Salvagwardji (ESARDA) fl-2007 ppreżentat Linja Gwida għal Prattika Tajba fis-Sistemi ta’ Kontabilità u Kontroll tal-Materjali Nukleari li tittratta l-elementi tas-sistema NMAC li jistgħu jiġu verifikati u l-kriterji possibbli biex tiġi indikata prestazzjoni ta’ kwalità f’kull wieħed minn dawn l-elementi. |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
Taqsima 1 – Għan u Ambitu
Din ir-Rakkomandazzjoni tiddeskrivi l-karatteristiċi ta’ referenza ta’ sistema NMAC ta’ operatur li tikkonforma mal-obbligi legali tar-Regolament (Euratom) Nru 302/2005. Uħud mill-karatteristiċi deskritti f’din ir-Rakkomandazzjoni huma rilevanti biss għal faċilitajiet b’attivitajiet korrispondenti (3).
Taqsima 2 – Termini u Definizzjonijiet
1. |
“Konteniment” huwa karatteristika strutturali ta’ faċilità, kontenitur jew apparat li tintuża biex tistabbilixxi l-integrità fiżika ta’ żona jew oġġett (inklużi tagħmir jew dejta dwar salvagwardji) u biex tinżamm il-kontinwità tal-għerf taż-żona jew tal-oġġett billi jiġi impedut l-aċċess mhux individwat għal, jew il-moviment ta’ materjal nukleari jew materjal ieħor, jew l-interferenza mal-oġġetti kontenuti. Eżempji huma l-ħitan ta’ kamra għall-ħażna jew ta’ pixxina għall-ħażna, il-fliexken tat-trasport u l-kontenituri għall-ħżin. |
2. |
“Azzjoni korrettiva” tfisser azzjoni biex tiġi eliminata l-kawża ta’ diskrepanza, anomalija jew sitwazzjoni oħra mhux mixtieqa fin-NMAC. Azzjoni korrettiva tittieħed biex jiġi evitat is-seħħ mill-ġdid tal-istess nuqqas. Hemm differenza bejn korrezzjoni u azzjoni korrettiva. |
3. |
“Ipproċessar tad-dejta” huwa l-kollegament bejn il-ħolqien tar-riżultati tal-kejl u d-dejta għall-ittraċċar tal-materjali u l-produzzjoni ta’ firxa ta’ rapporti regolatorji, dokumenti li jsostnu l-verifika tal-Euratom u dokumenti ta’ ħidma interni marbuta mal-ittraċċar tal-materjali mill-faċilità nfisha. |
4. |
“Kontroll tal-inventarju” mill-operatur nukleari huwa programm ta’ kontroll tal-kwalità immirat sabiex jiżgura qbil bejn ir-rekords u s-sitwazzjoni fiżika f’ħin xieraq. Il-kontroll tal-inventarju għandu jinkludi s-soluzzjoni u r-rappurtar tad-diskrepanzi misjuba kif ukoll ir-rikonċiljazzjoni ma’ kontijiet lokali u kontijiet ċentrali oħra. |
5. |
Il-“Lista tal-Oġġetti fl-Inventarju” (LII) hija lista sħiħa ta’ oġġetti ta’ materjal nukleari (NM) f’żona ta’ bilanċ materjali (MBA) jew post speċifikat fi ħdan l-MBA prodotta b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ installazzjoni. Il-lista tista’ tinkludi materjal li huwa mmaniġġat bħala lott. Il-lista għandha tinkludi l-identitajiet u l-postijiet tal-oġġetti jew il-lottijiet. Il-valuri tal-massa u karatteristiċi oħra tal-oġġetti jew lottijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu traċċati. |
6. |
“Test tal-bilanċ materjali” ifisser il-metodu li bih jitkejjel il-valur tal-bilanċ materjali; billi tiġi kkunsidrata l-istima ġustifikata tal-inċertezza tal-kejl, it-test tal-bilanċ għandu jiddeċiedi jekk il-bilanċ huwiex aċċettabbli jew le. |
7. |
“Diskrepanza fil-bilanċ materjali” tfisser valur ta’ bilanċ materjali li mhuwiex aċċettat mit-test tal-bilanċ materjali. |
8. |
“Kejl” tfisser l-attività biex tiġi stabbilita l-kwantità u l-karatterizzazzjoni tal-materjal nukleari indikat. |
9. |
“Kontabilità u kontroll tal-materjal nukleari” (NMAC) tfisser l-attivitajiet kollha f’installazzjoni nukleari dwar il-kontabilità u l-kontroll ta’ materjal nukleari, fosthom l-istabbiliment u l-ipproċessar tad-dejta u r-rappurtar lill-Kummissjoni. |
10. |
“Diskrepanza fin-NMAC” tfisser kull diskrepanza bejn biċċtejn informazzjoni jew aktar dwar NMAC (eż. rekords) meta din id-diskrepanza ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata wara li tiġi kkunsidrata varjazzjoni leġittima fil-kejl jew stima leġittima tal-inċertezza. Id-diskrepanzi fin-NMAC jinkludu diskrepanzi fil-kejl, diskrepanzi fil-bilanċ materjali u diskrepanzi fil-kontroll tal-materjal nukleari. |
11. |
“Anomalija fin-NMAC” hija diskrepanza fin-NMAC jew sensiela ta’ diskrepanzi li huma konsistenti man-nuqqas jew kisba ta’ ammont sinifikanti ta’ materjal nukleari. Anomalija fin-NMAC tista’ tinstab waqt investigazzjoni ta’ diskrepanzi fin-NMAC ta’ kwalunkwe tip. |
12. |
“Diskrepanza fil-kontroll ta’ materjal nukleari” tfisser nuqqas ta’ konformità fl-identifikazzjoni jew fil-post ta’ materjal nukleari. |
13. |
“Traċċar ta’ materjal nukleari” tfisser id-dokumentazzjoni tal-identifikazzjoni, il-movimenti, il-post u l-karatteristiċi bażiċi ta’ kull oġġett ta’ materjal nukleari fl-MBA. B’mod partikolari, l-ittraċċar jinkludi rekords operattivi li huma l-bażi għal tqegħid mill-ġdid f’lottijiet, kejl ġdid, id-differenza bejn min jibgħat u min jirċievi u d-dikjarazzjonijiet dwar tibdil fil-kategorija. |
14. |
“Operatur nukleari” tfisser persuna jew impriża li tistabbilixxi jew topera installazzjoni għall-produzzjoni, is-separazzjoni, l-ipproċessar mill-ġdid, il-ħażna jew użu ieħor ta’ materjal tas-sors jew materjal fissili speċjali. It-terminu jintuża wkoll biex jirreferi għall-organizzazzjoni li finalment hija responsabbli għall-konformità tan-NMAC mar-Regolament (Euratom) Nru 302/2005. |
15. |
“Indikatur tal-prestazzjoni” jfisser indikatur ewlieni tal-livell miksub minn individwu, tim, organizzazzjoni, jew azzjoni. |
16. |
“Twettiq tal-Inventarju Fiżiku” (PIT) ifisser il-proċess li bih tiġi prodotta lista kompleta tal-oġġetti ta’ materjal nukleari għall-MBA bħala bażi li biha tkun tista’ ssir verifika tal-inventarju fiżiku mill-ispetturi tal-Kummissjoni. |
17. |
“Verifika tal-Inventarju Fiżiku” (PIV) tfisser attività ta’ spezzjoni li tivverifika l-validità tat-twettiq tal-inventarju fiżiku mill-operatur u tagħlaq il-perjodu tal-bilanċ materjali. Il-bażi għall-PIV hija l-lista tal-oġġetti fl-inventarju (LII) mħejjija mill-operatur. Id-dejta tal-LII tiġi korrelatata mar-rapporti dwar l-affarijiet elenkati fl-inventarju fiżiku. |
18. |
“Kontroll tal-Kwalità” (QC) ifisser kontroll imfassal biex jiżgura li r-rekwiżiti tal-kwalità jiġu sodisfatti. |
19. |
“Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità” tfisser attivitajiet ikkoordinati biex imexxu u jikkontrollaw organizzazzjoni fir-rigward tal-kwalità. |
20. |
“Assigurazzjoni tal-Kwalità” (QA) tfisser il-parti tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità li tiffoka fuq l-għoti ta’ fiduċja fir-rigward tas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti tal-kwalità. |
21. |
“Traċċabilità” tfisser il-ħila li tiġi ttraċċata l-istorja, l-applikazzjoni u l-post ta’ dak li jkun qed jiġi kkunsidrat. |
Taqsima 3 – Il-Ġestjoni ta’ Sistema ta’ NMAC
L-Organizzazzjoni u r-Responsabbiltajiet
1. |
L-amministrazzjoni superjuri għandha tiżgura li r-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet ikunu definiti u kkomunikati fi ħdan l-organizzazzjoni. Għandu jinħatar membru tal-amministrazzjoni li, irrispettivament minn responsabbiltajiet oħra, għandu jkollu r-responsabbiltà li kull sena jiżgura lill-uffiċjal eżekuttiv prinċipali, bil-miktub, li s-sistema kollha ta’ NMAC hija xierqa għall-għanijiet tagħha. |
2. |
Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni meħudin flimkien għandhom jinkludu wkoll proċeduri organizzattivi u mudelli ta’ komunikazzjoni li:
|
Ġestjoni u Kontroll tal-Kwalità
3. |
Il-kompiti prinċipali għandhom jinkorporaw l-assigurazzjoni tal-kwalità u miżuri għall-kontroll tal-kwalità. L-objettivi ta’ dawn il-miżuri għandhom jinkludu:
|
Taqsima 4 – Il-Kejl u l-Kontroll tal-Kejl
Il-Programm tal-Kejl
1. |
Fejn isir kejl, għandu jiġi stabbilit programm sabiex jipprovdi kwantifikazzjoni u karatterizzazzjoni li tkun eżatta u preċiża kemm jista’ jkun tal-materjal li għandha ssir referenza għalih fid-dikjarazzjonijiet tal-kontabilità. L-attivitajiet tal-kejl għandhom jitwettqu sabiex jipprovdu traċċabilità f’każ ta’ investigazzjoni ta’ anomalija. L-attivitajiet tal-kejl għandhom jinkludu l-kejl tal-materjal iżda wkoll il-proċessi li bihom il-materjal imkejjel jintgħażel bħala rappreżentattiv ta’ sett ta’ materjal u t-trattament suċċessiv kollu ta’ dan il-materjal kampjun (teħid tal-kampjun, bgħit tal-kampjun u preparazzjoni) u l-proċessi meħtieġa għat-trattament tad-dejta. Huwa għandu jinkludi wkoll attivitajiet ta’ kejl meħtieġa għall-kontroll tal-kejl u l-assigurazzjoni tal-kwalità. |
Ir-Rekwiżiti tad-Dejta dwar il-Kontabilità
2. |
Sabiex tkun żgurata prestazzjoni xierqa tal-kejl, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:
|
3. |
F’każijiet fejn id-dejta tal-kontabilità tkun ibbażata fuq kalkoli li ma jkunux kejl dirett, il-valuri għandhom jiġu validati, traċċabbli u approvati. Rekwiżiti simili japplikaw għall-għadd tal-oġġetti. |
Kontroll tal-Kejl
4. |
Għandu jkun hemm programm ta’ kontroll tal-kejl sabiex jiżgura l-validità tar-riżultati tal-kejl u l-inċertezzi tagħhom użati għad-dikjarazzjonijiet tal-kontabilità. |
5. |
Il-programm għall-kontroll tal-kejl għandu jinkludi:
|
Taqsima 5 – L-Ittraċċar tal-Materjal Nukleari
1. |
L-ittraċċar tal-materjal nukleari għandu jiddokumenta kwalunkwe moviment ta’, u l-post ta’ kull oġġett ta’ materjal nukleari. Huwa għandu jimplika wkoll għarfien tal-karatteristiċi tal-materjal u l-konteniment tiegħu. Kull azzjoni li tinvolvi materjal nukleari li jaffettwa l-post, l-identifikazzjoni, in-natura jew il-kwantità tal-materjal nukleari għandha tiġi dokumentata. B’mod partikolari, l-ittraċċar ta’ materjal nukleari għandu jinkludi rekords li huma l-bażi għal tqegħid f’lottijiet ġodda, kejl ġdid, id-differenza bejn min jibgħat u r-riċevitur u d-dikjarazzjonijiet dwar bdil fil-kategorija. |
L-identità
2. |
Fejn ikun prattiku, il-materjal nukleari għandu jkun f’kontenituri li jkollhom identità unika reġistrata. Meta l-materjal nukleari ma jkunx f’kontenitur li jista’ jiġi trasportat, jista’ jiġi kkunsidrat post ta’ proċess delimitat sewwa kemm bħala l-identità tal-“kontenitur” kif ukoll bħala l-post tal-kontenitur/materjal. Dan jinkludi materjal f’reċipjenti ta’ proċess jew tagħmir ieħor. L-identitajiet tal-kontenituri għandhom ikunu permanenti u li jistgħu jinqraw malajr għall-kontroll mal-inventarju. Jekk ikun meħtieġ li tinbidel l-identità tal-oġġett, għandha tiġi rreġistrata r-rabta bejn l-identità l-qadima u l-identità l-ġdida. Jekk il-materjal nukleari jkun f’xi forma ta’ kontenitur doppju, in-natura u l-karatteristiċi tal-materjal fi kwalunkwe kontenitur jew post għandhom ikunu traċċabbli permezz ta’ kontroll tal-identifikazzjoni. |
L-Identifikazzjoni tal-Post ta’ Ħażna
3. |
Il-postijiet fejn jista’ jinżamm il-materjal nukleari għandu jkollhom identitajiet li jkunu ta’ bażi għar-reġistrazzjoni tal-post u t-trasferimenti tal-materjal. Fejn ikun xieraq, għandhom jissemmew pożizzjonijiet speċifiċi ġewwa żoni, bħala parti mill-ispeċifikazzjoni tal-post eżatt. Ir-rekords għall-kontroll tal-ħażna għandhom jiżguraw li l-identitajiet tal-kontenuti ta’ kull post ta’ ħażna jkunu magħrufa u li jista’ jiġi derivat il-post ta’ kull oġġett identifikat. In-natura u l-karatteristiċi tal-materjal f’kull post għandhom ikunu disponibbli permezz ta’ kontroll tal-identifikazzjoni jew mezzi oħra. |
L-Ittraċċar tal-Materjal waqt il-Produzzjoni
4. |
Meta materjal nukleari jidħol fi proċess (jew jiġi ppakkjat mill-ġdid), ir-rekords tal-produzzjoni għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-oġġetti li minnhom iddaħħal il-materjal fil-proċess (jew f’kontenituri ġodda). Dan huwa maħsub sabiex jipprovdi traċċabilità tal-karatteristiċi nukleari rilevanti tal-materjal fil-proċess. Ir-rekords tal-produzzjoni għandhom jispeċifikaw l-ammont ta’ materjal alimentat fil-proċess jew ippakkjat mill-ġdid u, kif imsemmi, għandha tinżamm it-traċċabilità tal-informazzjoni relatata man-natura tal-materjal nukleari. Meta jinħolqu oġġetti ġodda jew settijiet ta’ materjal b’riżultat tal-ipproċessar jew l-ippakkjar mill-ġdid, għandhom jiġu stabbiliti valuri tal-massa u identitajiet għal dawn l-oġġetti u l-identità tagħhom għandha tiġi kollegata mar-riżultati rilevanti tal-massa u l-istorja tal-kejl. |
Il-Kontroll tal-Inventarju
5. |
Il-kontroll tal-inventarju mill-operatur nukleari għandu:
F’każ ta’ trasferiment ta’ materjal nukleari li ma jkunx trasferiment ta’ oġġett kontenut, għandu jitkejjel l-ammont tal-materjal tat-trasferiment. |
Il-Ġestjoni tad-Diskrepanzi
6. |
L-installazzjoni għandu jkollha approċċ li jirrikonoxxi u jinvestiga diskrepanzi fin-NMAC, u jiddokumenta t-trattament tagħhom. L-approċċ għandu:
|
Il-Ġestjoni tal-Anomaliji
7. |
L-installazzjoni għandu jkollha approċċ fis-seħħ li jikkorrispondi mal-obbligi ta’ rappurtar skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 16 (Rapporti speċjali) tar-Regolament (Euratom) Nru 302/2005. Minbarra l-ġestjoni tad-diskrepanzi deskritta fil-punt 6 tat-Taqsima 5 ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-approċċ għandu:
|
Taqsima 6 – L-Ipproċessar u l-Kontroll tad-Dejta
1. |
Għandha tiġi implimentata sistema għall-ipproċessar tad-dejta li tipproduċi:
|
2. |
Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri tal-ipproċessar tad-dejta biex jikkoreġu rekords u jiġġeneraw dikjarazzjonijiet ta’ korrezzjoni kif meħtieġa għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn tkun instabet diskrepanza. Għandha tinżamm it-traċċabilità waqt dawn il-proċessi ta’ korrezzjoni. Il-kontroll tal-kwalità u l-miżuri għall-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom jiżguraw il-kompletezza u l-korrettezza tas-sistema għall-ipproċessar tad-dejta. |
3. |
Il-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-dejta għandhom jinkludu wkoll:
|
4. |
Il-proċeduri għall-attivitajiet ta’ twettiq tal-ipproċessar tad-dejta għandhom jipprovdu informazzjoni superviżorja lill-amministratur tas-sistema tan-NMAC. Din għandha tinkludi l-impjegati li jibdew kull eżekuzzjoni tas-softwer, l-identifikazzjoni tal-programm(i) ta’ applikazzjoni involut/i kif ukoll l-identifikazzjoni tal-post tal-inputs tad-dejta użati u l-post tal-outputs tad-dejta maħluqa. Għandu jkun possibbli wkoll li tiġi identifikata kull eżekuzzjoni ta’ softwer ta’ applikazzjoni jew li jiġi identifikat kull aċċess għal rekords jew dejta li ma jikkonformawx mal-politika dwar l-ipproċessar awtorizzat tad-dejta. |
It-traċċabilità
5. |
Is-sistema tal-ipproċessar tad-dejta għandha tipproduċi l-informazzjoni meħtieġa mir-Regolament (Euratom) Nru 302/2005 u żżomm ukoll it-traċċabilità għall-informazzjoni kollha pprovduta. Għandu jkun possibbli li tiġi identifikata kull informazzjoni jew dejta li tista’ tkun meħtieġa biex issolvi diskrepanzi u anomaliji li jirriżultaw mir-rekwiżiti tar-Regolament (Euratom) Nru 302/2005. |
Taqsima 7 – Il-Bilanċ tal-Materjali
L-Ilqugħ u l-Kunsinni
1. |
L-operaturi nukleari għandhom japplikaw proċeduri ta’ lqugħ li jinkludu:
|
2. |
L-operaturi nukleari għandhom japplikaw proċeduri ta’ kunsinna li jiddefinixxu:
|
It-Twettiq ta’ Inventarju Fiżiku (PIT)
3. |
Kull sena kalendarja għandu jsir inventarju fiżiku ta’ kull MBA u l-perjodu bejn żewġ sessjonijiet suċċessivi tat-twettiq tal-inventarju fiżiku ma’ għandux jaqbeż 14-il xahar. Il-proċeduri tal-PIT għandhom jinkludu dawk għar-rappurtar lill-Kummissjoni u l-għoti tal-lista tal-oġġetti tal-inventarju għall-verifiki tal-inventarju fiżiku (PIV). B’mod partikolari, l-operaturi nukleari għandu jkollhom proċeduri ta’ PIT li jikkunsidraw il-ħtiġijiet li ġejjin:
|
4. |
Il-lista tal-oġġetti tal-inventarju għal skopijiet ta’ verifika formali għandha tinkludi għal kull oġġett:
Il-lista tal-oġġetti tal-inventarju għandha tinkludi entrati għal materjal li diffiċli jitkejjel jew minħabba l-post tiegħu (sostenn għar-reċipjent tal-proċess) jew minħabba li jkun f’forma li ma tkunx adattata biex titkejjel. F’każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jiddikjara firxa stmata tal-massa għal kull oġġett u t-traċċabilità għandha tipprovdi r-rabta mad-dejta li ntużat għall-istima. L-istimi tal-massa għal materjal li ma jkunx aċċessibbli jew f’reċipjenti tal-proċess għandhom jinkludu l-post tal-materjal. Il-valuri tal-massa għal rimi mkejjel, telf aċċidentali u trasferimenti għall-iskart għandu jkollhom storja li tista’ tiġi traċċata. |
Testijiet tal-Bilanċ Materjali
5. |
F’MBA li jinvolvi pproċessar jew kejl mill-ġdid, il-bilanċ materjali dderivat minn PIT, u anke l-bilanċi materjali taż-żona ta’ proċess li jiffurmaw parti minn approċċ ta’ kontroll tal-inventarju, għandhom jiġu ttestjati għall-aċċettazzjoni billi jintużaw devjazzjonijiet standard tal-bilanċ li jqisu l-inċertezza ġustifikata fil-kejl u fil-każ ta’ ammonti stmati, l-inċertezza fil-proċess u l-kejl. Dawn it-testijiet għandhom ikunu parti integrali mis-sistemi tal-QA. Il-proċeduri għal kwalunkwe test tal-bilanċ għandhom iqisu dawn li ġejjin:
|
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(2) SEC(2007) 293.
(3) Ir-referenzi għall-ittestjar tal-kejl u tal-bilanċ materjali se jkunu irrilevanti f’faċilità ta’ oġġetti li ma tinvolvi l-ebda kejl.