This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0717
Council Common Position 2009/717/CFSP of 24 September 2009 extending Common Position 2004/694/CFSP on further measures in support of the effective implementation of the mandate of the International Criminal Tribunal for the former Yugoslavia (ICTY)
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/717/PESK tal- 24 ta’ Settembru 2009 li testendi il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/717/PESK tal- 24 ta’ Settembru 2009 li testendi il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
ĠU L 253, 25.9.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2010
25.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/17 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/717/PESK
tal-24 ta’ Settembru 2009
li testendi il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1), bil-għan li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati mill-ICTY b'delitti tal-gwerra iżda li m'humiex fil-kustodja tal-ICTY. |
(2) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sal-10 ta' Ottubru 2009. |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi mġedda għal perijodu ta’ 12-il xahar. |
(4) |
Il-miżuri implimentattivi Komunitarji huma mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 li jimponi miżuri restrittivi b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) (2), |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija b'dan estiża sal-10 ta' Ottubru 2010.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009
Għall-Kunsill
Il-President
M. OLOFSSON
(1) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.
(2) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.