This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0837
2009/837/EC: Commission Decision of 10 December 2008 on Aid Measure C 11/08 (ex N 908/06) planned by Poland in favour of BVG Medien Beteiligungs GmbH (notified under document C(2008) 7813) (Text with EEA relevance)
2009/837/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Diċembru 2008 dwar miżura ta’ għajnuna mill-Istat C 11/08 (ex N 908/06) li l-Polonja għandha l-ħsieb li tagħti lil BVG Medien Beteilingungs GmbH (notifikata bid-dokument numru C(2008) 7813) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/837/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Diċembru 2008 dwar miżura ta’ għajnuna mill-Istat C 11/08 (ex N 908/06) li l-Polonja għandha l-ħsieb li tagħti lil BVG Medien Beteilingungs GmbH (notifikata bid-dokument numru C(2008) 7813) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 301, 17.11.2009, p. 26–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Diċembru 2008
dwar miżura ta’ għajnuna mill-Istat C 11/08 (ex N 908/06) li l-Polonja għandha l-ħsieb li tagħti lil BVG Medien Beteilingungs GmbH
(notifikata bid-dokument numru C(2008) 7813)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/837/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet (1),
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta’ notifika elettronika tas-27 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata għand il-Kummissjoni fl-istess ġurnata (2), l-awtoritajiet Pollakki taw aviż, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE u skont il-Qafas Multisettorjali dwar l-għajnuna bi skop reġjonali għal proġetti ta’ investiment kbir (3) (“il-QMS”), li kellhom il-ħsieb li jagħtu għajnuna reġjonali għal proġett ta’ investiment kbir, lil BVG Medien Beteiligungs GmbH. |
(2) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari permezz ta’ ittri tat-2 ta’ Marzu 2007 (D/50921), tal-15 ta’ Ġunju 2007 (D/52553) u tal-21 ta’ Diċembru 2007 (D/55146). L-awtoritajiet Pollakki wieġbu permezz ta’ ittri fit-13 ta’ April 2007 (A/33156), fit-23 ta’ Ottubru 2007 (A/38722) u t-23 ta’ Jannar 2008 (A/1392). |
(3) |
Permezz ta’ ittra fil-11 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li kienet iddeċidiet biex tinizjala l-proċedimenti kif imfissra fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, għar-rigward tal-għajnuna. |
(4) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinizjala l-proċediment (“id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ”) kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
(5) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti minn partijiet interessati. L-awtoritajiet Pollakki wieġbu permezz ta’ ittri tad-9 ta’ Mejju 2008 (A/8753), u t-13 ta’ Mejju 2008 (A/8829), it-tnejn reġistrati għand il-Kummissjoni fit-13 ta’ Mejju 2008. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA
2.1. L-Għan
(6) |
Il-miżura ssostni t-twaqqif ta’ impjanti ġodda għall-istampar tat-tip rotokalk, biex b’hekk tingħataw spinta l-iżvilupp reġjonali u l-impjiegi fil-Provinċja tas-Sileżja t’Isfel fil-Polonja tal-Lbiċ, żona assistita skont l-Artikolu 87(3) tat-Trattat tal-KE, b’limitu massimu ta’ għajnuna bi skop reġjonali ta’ 50 % sussidju nett ekwivalenti (SNE) skont il-mappa ta’ għajnuna bi skop reġjonali tal-Polonja, applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2006 (5). |
2.2. Il-benefiċjarju
(7) |
L-awtoritajiet Pollakki ddikjaraw li l-proġett ta’ investiment kellu jiġi implimentat u mmexxi minn BDN Sp. z. o.o. Sp. k., soċjetà limitata (“is-Soċjetà”). |
(8) |
Is-Soċjetà tikkonsisti minn: is-soċju ġenerali, BDN Sp. z o.o. (“BDN”), kumpanija ta’ responsabbiltà limitata stabbilita fil-Polonja, u s-soċju limitat, BVG Medien Beteiligungs GmbH (“BVG”), kumpanija ta’ responsabbiltà limitata stabbilita fil-Ġermanja. |
(9) |
L-awtoritajiet Pollakki indikaw ukoll li, skont il-Kodiċi Kummerċjali, soċjetà limitata m’għandhiex personalità legali. Għaldaqstant, it-taxxa tad-dħul tal-kumpanija fuq l-attività ekonomika tas-Soċjetà tħallset mis-soċji tagħha. Peress li l-għajnuna ngħatat fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji, il-benefiċjarji veri huma s-soċji, jiġifieri BDN u BVG. |
(10) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki, is-soċji jaqsmu l-profitti kollha (u għalhekk kull tnaqqis mit-taxxi fuq dawn il-profitti) skont kemm tkun il-kontribuzzjoni għas-Soċjetà, jiġifieri aktar minn 99 % għal BVG u anqas minn 1 % għal BDN. |
(11) |
Barra minn dan, peress li BDN innifisha hija sussidjarja kollha kemm hi ta’ BVG, il-Kummissjoni tqis, skont l-opinjoni tal-awtoritajiet Pollakki, li l-benefiċjarju tal-miżura tal-għajnuna huwa BVG. Madankollu, meta wieħed iqis l-ammont totali tal-għajnuna (jiġifieri l-parti li tmiss lil BVG kif ukoll il-parti li tmiss lil BDN), il-Kummissjoni tqis il-grupp BVG bħala l-benefiċjarju finali tal-għajnuna. |
(12) |
Meta kkalkolat is-sehem mis-suq li għandu l-benefiċjarju (6), il-Kummissjoni qieset ukoll il-fatt li BVG hija impriża kbira kollha kemm hi proprjetà ta’ BVG Medien KG, soċjeta b’responsabbiltà limitata f’idejn investituri privati. Għal aktar preċiżjoni, […] (*) % tal-ishma huma proprjetà ta’ Heinz H. Bauer u l-familja tiegħu. Is-Sur Bauer huwa wkoll sid ta’ 96 % tal-ishma ta’ grupp kapitali ieħor, Heinrich Bauer Verlag, dar tal-pubblikazzjoni b’għadd ta’ sussidjarji madwar id-dinja. |
2.3. Proġett ta’ investiment
2.3.1. Prodotti u teknoloġija
(13) |
Is-Soċjetà qed tistabbilixxi impjant ġdid tal-istampar f’Nowogrodziec, fiż-Żona Ekonomika Speċjali ta’ Kamienna Góra. |
(14) |
Fit-teknoloġija tar-rotokalk, il-linka tal-istampar hija trasferita għal fuq wiċċ (pereż. karta) permezz ta’ ċilindru tal-istampar tal-azzar li jkun inaqqax jew b’mod elettromekkaniku jew permezz tal-lejżer. |
(15) |
L-impjant il-ġdid tal-istampar se jkollu […] linji tal-istampar bir-rotokalk li jkunu qed iwettqu tliet stadji ewlenin ta’ produzzjoni. Il-produzzjoni tibda’ bit-tħejjija tal-forom tal-istampar (iċ-ċilindri) minn dejta diġitali li jkun forna l-klijent. L-operazzjoni li jmiss tkun l-istampar bir-rotokalk - il-karta tiġi stampata f’erba’ kuluri bażiċi, maqsuma, mitwija u meħjuta sabiex isir il-prodott finali. Bħala l-aħħar pass, il-prodott finali jiġi ppakkjat u mibgħut lejn id-destinazzjoni tiegħu. |
(16) |
L-impjant il-ġdid essenzjalment se jkun involut fl-istampar ta’ rivisti, katalogi kummerċjali u inserzjonijiet (materjal pubbliċitarji li jiddaħħal f’rivisti u gazzetti). |
2.3.2. L-implimentazzjoni tal-proġett
(17) |
Il-proġett ta’ investiment beda fl-2004 u jikkonsisti mit-twaqqif ta’ […] linja ta’ produzzjoni. Diġà ġew armati […] linja ta’ rotokalk flimkien mal-faċilitajiet awżiljari tagħhom. Saret ukoll ordni għal […] linja, u huwa mistenni li din tkun kummissjonata fil-[…] kwart tal-2008. Hu stmat li wara dan se ssir l-istallazzjoni ta’ […] linja. Skont l-istmi pprovduti mill-awtoritajiet Pollakki, il-proġett kollu se jkun lest fl-2009. |
(18) |
L-impjant tal-istampar beda l-produzzjoni f’Lulju 2006. Il-kapaċità sħiħa tal-[…] linja kollha kemm huma, ta’ 152 elf tunnellata kull sena, mistennija tintlaħaq fl-2010. |
2.4. Spejjeż eliġibbli
(19) |
L-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli huma kkalkolati abbażi tal-ispejjeż ta’ investiment inizjali. L-ispiża eliġibbi hija ta’ PLN 857,998 miljun (bejn wieħed u ieħor EUR 184,6 miljun (7) f’valur nominali, li jiġu PLN 734,031 million (bejn wieħed u ieħor EUR 157,95 miljun) (valur skuntat). It-Tabella Nru 1 turi kif hi maqsuma l-ispiża eliġibbli marbuta mal-proġett ta’ investiment (murija f’valur nominali). Tabella Nru. 1 Kif jinqasmu l-ispejjeż tal-proġett marbuta mal-investiment inizjali
|
2.5. L-iffinanzjar tal-proġett
(20) |
L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarji stess qabżet il-25 % tal-ispejjeż eliġibbli u kienet ħielsa minn kull kontribut pubbliku. |
2.6. Il-bażi legali
(21) |
Ġiet indikata l-bażi legali li ġejja:
|
2.7. Il-miżura ta’ għajnuna
2.7.1. Il-forma u l-ammont tal-għajnuna
(22) |
L-għajnuna ngħatat skont l-iskema awtorizzata PL 39/2004 (8). L-għajnuna tikkonsisti minn eżenzjoni sħiħa minn taxxa tad-dħul tal-kumpaniji (li bħalissa hi ta’ 19 % fil-Polonja) sa tmiem il-perjodu li għalih ġiet stabbilita ż-Żona Ekonomika Speċjali. (jiġifieri sal-1 ta’ Diċembur 2017) jew sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-għajnuna bi skop reġjonali applikabbli. |
(23) |
Filwaqt li l-ammont konkret ta’ ħelsien mit-taxxa jiddependi fuq id-dħul tal-benefiċjarju qabel it-taxxa, li jista’ jkun anqas mill-massimu permess, il-limitu massimu li għalih il-benefiċjarji huwa eliġibbli għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni meta tiġi kkalkulata l-intensità tal-għajnuna. |
(24) |
Dan il-limitu massimu jikkorrispondi għall-ammont li jirriżulta mil-limitu massimu mnaqqas ta’ għajnuna reġjonali u huwa ta’ PLN 220,057 miljun (EUR 47,35 miljun) (valur skontat). L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li fil-każ li l-ispejjeż eliġibbli jkunu anqas minn kemm stmat, il-limitu massimu jitnaqqas proporzjonatament. |
(25) |
Sabiex igawdu minn eżenzjoni mit-taxxa, il-benefiċjarju kellu japplika għal liċenzja biex jopera fiż-Żona Ekonomika Speċjali. Din ingħatat fil-21 ta’ Ġunju 2004 li, skont l-awtoritajiet Pollakki, tista’ titqies bħala d-data li fiha ngħatat l-għajnuna. |
(26) |
In-Notifika ma saritx qabel l-2006 meta, wara d-diversi stadji tal-investiment u ż-żieda fl-ispejjeż eliġibbli li rriżultat, l-awtoritajiet Pollakki raw ċar li l-miżura ta’ għajnuna kienet teħtieġ notifika individwali skont il-paragrafu 24 tal-QMS. |
(27) |
L-awtoritajiet Pollakki spjegaw li l-iskema ta’ għajnuna li qed tissemma (PL 39/2004) tinħtieġ biss ammont minimu ta’ spiża ta’ investiment u tagħti d-dritt għal eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji li tasal sal-livell massimu ta’ għajnuna bi skop reġjonali permessa. Meta ngħatat il-liċenzja, u għalhekk l-għajnuna, l-awtoritajiet la kienu jafu l-ammont eżatt tal-ispejjeż eliġibbli u lanqas l-ammont tal-għajnuna. |
(28) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, u sabiex ikunu konformi tal-klawżola standstill, l-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħhom li jillimitaw l-ammont ta’ għajnuna li bħalissa hi disponibbli lill-benefiċjarji għall-massimu li ma jkunx jeħtieġ notifika individwali skont il-paragrafu 24 tal-QMS (jiġifieri EUR 37,5 miljun) (rata skuntata)). Għajnuna li taqbeż dan l-ammont ma tkunx implimentata sakemm il-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha. |
(29) |
L-awtorità responsabbi li tagħti l-għajnuna hija l-Ministeru tal-Ekonomija. |
2.7.2. Kumulazzjoni
(30) |
L-eżenzjoni mit-taxxa li tingħata skont l-iskema PL 39/2004 tista’ tiġi akkumulata b’għajnuna li tkun inkisbet minn sorsi oħra biex jiġu koperti l-istess spejjeż eliġibbli. Madankollu, il-Polonja ikkonfermat li l-ammont totali ta’ għajnuna reġjonali f’dan il-każ mhux se taqbeż l-ammont li jirriżultat mil-limitu massimu mnaqqas ta’ għajnuna bi skop reġjonali. |
2.8. Il-perjodu li fih għandha tibqa topera l-attività assisstita
(31) |
L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li l-proġett ta’ investiment għandu jibqa’ jopera għal perjodu ta’ ħames snin mid-data ta’ meta jitlesta. |
2.9. Effett ta’ inċentiv
(32) |
Fejn jidħol l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, ġie kkonfermat li l-benefiċjarju applika għal-liċenzja li tintitolah għall-għajnuna, u li l-liċenza ngħatat qabel il-bidu tax-xogħol fuq il-proġett. Kif intqal qabel, il-liċenza tintitola lill-benefiċjarju għal għajnuna fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa sal-limitu massimu ta’ għajnuna bi skop reġjonali applikabbli, ikkalkolata b’referenza għall-ispejjeż eliġibbli totali tal-proġett. |
2.10. Kontribut għall-iżvilupp reġjonali
(33) |
Is-Sileżja t’isfel hija reġjun bi problemi serji soċjo-ekonomiċi li fiha l-PGD kull ras kien biss 51,7 % tal-medja fl-UE-27 fl-2004 (9), u r-rata tal-qagħad kienet ta’ 24,9 %, ekwivalenti għal 268 % tal-medja fl-UE-27 u 131 % tal-medja fil-Polonja. |
(34) |
L-investiment fil-[…] linja tal-produzzjoni mistenni li joħloq madwar 500 impjieg diretti kif ukoll impjiegi addizzjonali għal fornituri tal-karta u tal-inka u fornituri oħra ta’ servizzi ta’ sostenn. Barra minn dan, minħabba l-użu tagħha ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata (tinqix bil-lejżer ta’ forom għall-istampar u manifattura bl-għajnuna tal-kompjuter), il-proġett se joħloq domanda għal persunal b’livell għoli ta’ edukazzjoni u se jiżgura li jkun hemm trasferiment ta’ kompetenza. |
2.11. Obbligi ġenerali
(35) |
L-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni:
|
3. RAĠUNIJIET BIEX TIĠI INIZJALATA L-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI
3.1. Dubji dwar id-definizzjoni tas-suq ġeografiku rilevanti
(36) |
Għall-iskop tal-analiżi tas-suq li għandha ssir skont il-paragrafu 24 tal-QMS, il-Polonja tqis li s-suq ġeografiku jinkludi ż-ŻEE kollha, fuq il-bażi li l-impjant ta’ Nowogrodziec u impjanti oħra tal-istampar li hemm fil-Polonja diġà jissupplixxu swieq daqstant imbiegħda bħal dak tar-Renju Unit (l-impjant ta’ stampar mgħejjun diġà qiegħed jistampa r-rivista Ingliża “Take a Break”) (10). Dan jindika li l-ispejjeż ta’ trasport u ta’ loġistika fi ħdan iż-ŻEE mhumiex ostakolu reali għall-istampar bir-rotokalk. |
(37) |
L-awtoritajiet Pollakki speċifikaw ukoll li huwa biss [0-10] % tal-bejgħ tal-impjant tal-istampar assistit li se jissupplixxi s-suq Pollakk, filwaqt li l-[90-100] % li jibqa’ se jmur lejn pajjiżi oħra taż-ŻEE. Fl-2007, l-ordnijiet għall-istampar minn barra, skont il-valur, li pproduċa l-benefiċjarju, kienu mqassma kif ġej: mill-Ġermanja – [75-85] %; mir-Renju Unit – [10-15] %; mill-Awstrija – anqas minn [0-3] %. Barra minn dan, kienu għaddejjin negozjati ma’ kumpaniji fi Franza, fid-Danimarka u fl-Iżvezja. |
(38) |
L-awtoritajiet Pollakki rreferew ukoll b’mod ġenerali għax-xejra lejn globalizzazzjoni mgħaġġla tas-suq tal-istampar, bix-xogħol ta’ stampar jifrex lejn pajjiżi terzi, u b’servizzi ta’ stampar jiġu kkummissjonati mill-pubblikaturi f’postijiet imbegħda. |
(39) |
F’dan l-istadju tal-evalwazzjoni l-Kummissjoni kellha d-dubji dwar jekk l-ispejjeż tat-trasport u tal-loġistika setgħux tassew jiġu mwarrba bħala ostakolu reali lejn il-forniment ta’ servizzi tal-istampar bir-rotokalk anki lejn swieq aktar imbegħda fiż-ŻEE. Tfittxijiet li saru fuq l-Internet juru li “Take a Break” huwa fil-fatt ippubblikat minn H. Bauer Publishing Ltd, li hija sussidjarja fir-Renju Unit tal-Grupp Bauer Verlag. It-trattament tal-pubblikazzjoni u l-istampar ta’ rivisti fi ħdan grupp wieħed jista’ jkun ta’ vantaġġ fejn tidħol l-integrazzjoni, il-prijoritizzazzjoni u l-flessibbiltà tal-proċess ġenerali li jservi ta’ bilanċ għad-diffikultajiet ta’ trasport u ta’ loġistika li hemm. |
(40) |
Barra minn dan, l-għadd ta’ swieq barranin li bħalissa huma forniti mill-impjanti ta’ stampar mgħejjuna jidher li hu limitat, bil-Ġermanja tkun bil-bosta l-aktar destinazzjoni importanti. |
(41) |
Għalhekk, meta wieħed janalizza s-sehem fis-suq u ż-żieda fil-kapaċità fuq livell taż-ŻEE kif propost mill-awtoritajiet Pollakki, il-Kummissjoni stiednet ukoll lil partijiet interessati biex jikkummentaw dwar jekk is-suq rilevanti kienx tassew mifrux madwar iż-ŻEE. |
3.2. Dubji dwar il-kapaċità, maħluqa mill-proġett
(42) |
L-awtoritajiet Pollakki spjegaw li huwa diffiċli li jagħtu analiżi definittiva tal-kapaċità maħluq mill-proġett bejn l-istampar tar-rivisti u l-istampar tal-katalogi u tal-inserzjonijiet, peress li r-rivisti u l-katalogi u l-inserzjonijiet huma stampati fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-benefiċjarju għall-inserzjonijiet u l-katalogi se tkun dipendenti ħafna fuq l-ammont ta’ xogħol fuq rivisti li jkollu l-impjant ta’ stampar (pubblikazzjonijiet li ma jkunux perjodiċi jiġu stampati hekk kif ikun hemm magni għad-dispożizzjoni). Madankollu, kif indikat mill-awtoritajiet Pollakki, soluzzjoni waħda possibbli hija dik li l-kapaċità tiġi kkalkulata fuq il-bażi tas-sehem mistenni minn rivisti u katalogi u inserzjonijiet fil-bejgħ tal-faċilita mgħejjuna. |
(43) |
L-analiżi ppjanata kif indikata mill-Polonja hi madwar [90-100]% għar-rivisti u [0-10]% għal prodotti oħra. L-awtoritajiet Pollakki spjegaw li din is-sitwazzjoni kienet tirrefletti l-fatt li l-impjant tal-istampar diġà kellu lista ta’ ordnijiet stabbli għar-rivisti, fost oħrajn minn pubblikaturi ta’ ġewwa li kienu parti mill-istess grupp bħall-benefiċjarju. Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-katalogi, madankollu, mistennija li tkun proċess gradwali. |
(44) |
Fuq il-bażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, iż-żieda fil-kapaċità f’relazzjoni mad-daqs tas-suq taż-ŻEE kollha kemm hi għall-istampar bir-rotokalk tar-rivisti kienet [5-10] %, biex b’hekk jinqabeż il-limitu ta’ 5 % stabbilit fil-paragrafu 24(b) tal-QMS. |
4. KUMMENTI MILL-POLONJA
(45) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti minn partijiet interessati. L-osservazzjonijiet tal-Polonja jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej. |
4.1. It-teknoloġiji tar-rotokalk u tal-offset it-tnejn jappartjenu lill-istess suq rilevanti
(46) |
Il-Polonja ressqet l-argument li bħala riżultat tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi fl-istampar bl-offset, iż-żewġ teknoloġiji jistgħu jintużaw waħda flok l-oħra mingħajr ma jkun hemm xi differenza sinifikanti għall-klijent u bi spiża kumparabbli, anki fil-każ ta’ volumi akbar ta’ stampar għal rivisti u katalogi. |
(47) |
B’mod partikolari, il-Polonja semmiet l-innovazzjonijiet li ġejjin fejn jidħol l-istampar bl-offset.
|
(48) |
Bħala prova li l-klijenti m’għadhomx jagħżlu bejn prodotti skont it-teknoloġija tal-istampar użata, il-Polonja ċċitat eżempji ta’ klijenti li jagħmlu kuntratti għall-istampar ta’ katalogi li qalbu minn stampar bl-offset għal dak bir-rotokalk. |
(49) |
Għaldaqstant, il-Polonja tqis li l-konverġenza tat-teknoloġiji tal-istampar ħolqot suq uniformi tal-istampar fejn xi differenzi li kienu ġew identifikati qabel mill-Kummissjoni għandhom rwol marġinali, jew m’għadhomx jeżistu. Skont il-Polonja, dan ġie kkonfermat minn deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni li saret dan l-aħħar (11). |
(50) |
Il-Polonja ppreżentat dejta tas-suq kombinat tal-offset u tar-rotokalk biex turi li r-rata ta’ tkabbir annwali komposta (“RTAK”), f’termini ta’ volumi kienet ta’ 2,54 % fil-perjodu ta’ referenza 2001/06, u għalhekk qabżet ir-RTAK għall-PGD fi ħdan iż-ŻEE (2 %) (12). Id-dejta li pprovdew l-awtoritajiet Pollakki toriġina minn CEPIPRINT A.S.B.L., assoċjazzjoni indipendenti ta’ manifatturi tal-karta, u huma jirreferu għall-konsum li jidher fl-Ewropa (fil-Punent u fil-Lvant) ta’ żewġ tipi ġenerali ta’ karta użata għall-istampar ta’ rivisti u ta’ katalogi, independentement mit-teknoloġija użata fl-impjanti tal-istampar. Id-dejta ma’ tippermettix differenzjazzjoni bejn is-swieq tar-rivisti u dak tal-katalogi. |
(51) |
Il-Polonja pprovdiet ukoll dejta dwar il-kapaċità maħluq mill-proġett skont id-daqs tas-suq tal-pubblikazzjonijiet kompost tal-offset u tar-rotokalk (anki haw mingħajr differenzjazzjoni bejn is-swieq tar-rivisti u dak tal-katalogi) li jammonta għal [0-5] % f’termini ta’ volum. Is-sehem fis-suq tal-benefiċjarju f’dan is-suq kompost ukoll għadu sew taħt l-għatba tal-25 % (13). |
4.2. Is-suq tar-rotokalk mhux sejjer għar milli jmissu
(52) |
L-awtoritajiet Pollakki stqarrew ukoll li, anki kieku s-suq relevanti kellu jkun ristrett biss għall-istampar bir-rotokalk, ir-RTAK tiegħu għall-perjodu 2001/06 kien jaqbeż ir-RTAK għall-PGD fiż-ŻEE. |
(53) |
F’rabta ma’ dan il-Polonja pprovdiet dejta ġdida ppreżentata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Rotokalk lill “Premedia Conference” li saret f’Napli bejn l-14 u s-16 ta’ Jannar 2008. Id-dejta tkompri l-perjodu 2002-06 u tirreferi għall-konsum tal-karta użata għall-istampar bir-rotokalk. Id-dejta għall-2001 ma kinitx disponibbli minn dak is-sors u ġiet stmata mill-Polonja fuq il-bażi tad-dejta CEPIPRINT msemmija qabel. |
(54) |
Id-dejta CEPIPRINT tkopri l-konsum tal-karta użata sew għall-istampar offset kif ukoll bir-rotokalki, għal rivisti u katalogi. Din id-dejta tindika tkabbir ta’ 1 % fl-2002, imqabbel mal-2001, u l-Polonja assumiet l-istess tkabbir ta’ 1 % għall-istampar bir-rotokalk sabiex iżżid id-dejta nieqsa għall-2001 mas-sett ta’ dejta għall-2002-06. |
(55) |
Fuq il-bażi ta’ dawn il-presuppożizzjonijiet, ir-RTAK għall-istampar ta’ rivisti bir-rotokalk mill-2001 sal-2006 huwa ta’ 2,03 %, jiġifieri kemm kemm akbar mit-TTAK għall-PGD fi ħdan iż-ŻEE (14) fl-istess żmien (2 %). |
4.3. Iż-żieda fil-kapaċità ma taqbiżx il-5 % f’xi wieħed mis-swieq rilevanti plawsibbli
(56) |
Il-Polonja pprovdiet ukoll dejta riveduta li turi li l-kapaċità maħluq mill-proġett ma kinitx taqbeż il-5 % tad-daqs tas-swieq tal-istampar bir-rotokalk identifikati bħala rilevanti fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
(57) |
Kif muri aktar ‘l fuq, huwa diffiċli li tingħata analiżi definittiva tal-kapaċità maħluq mill-proġett bejn l-istampar tar-rivisti u l-istampar tal-katalogi u tal-inserzjonijiet, peress li r-rivisti u l-katalogu u l-inserzjonijiet huma stampati fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. Id-deċiżjoni tal-ftuħ hija għalhekk ibbażata fuq analiżi tal-kapaċità, rispettivament, bejn sehem previst fil-produzzjoni totali ta’ stampar ta’ rivisti ([90-100] %) u stampar ta’ katalogi u inserzjonijiet ([0-10] %) tal-impjanti tal-istampar il-ġodda. Fuq dik il-bażi, iż-żieda fil-kapaċità kienet kemm kemm akbar mill-għatba ta’ 5 % għall-istampar ta’ rivisti. |
(58) |
L-awtoritajiet Pollakki rreferew għal din l-analiżi mill-ġdid fl-osservazzjonijiet tagħhom, u indikaw l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar il-bejgħ preżenti u mistenni tal-impjanti tal-istampar. |
(59) |
Il-Polonja indikat li l-qasma [90-100]% – [0-10]% ġiet indikata biss bħala previżjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir, ibbażata fuq stimi inizjali fil-mument tal-preżentazzjoni. Dak iż-żmien kienu għadhom qed jiġu negozjati ordnijiet għall-istampar tal-katalogi. Il-Polonja rreferiet ukoll għal informazzjoni ppreżentat matul il-fażi ta’ investigazzjoni inizjali li indikat li l-akkwist ta’ sehem fis-suq tal-katalogi kien proċess gradwali, filwaqt li l-benefiċjarju diġà kellu lista ta’ ordnijiet tajba, u stabbli, għar-rivisti. Peress li l-BVG hija impjant għall-istampar ġdid, wieħed jista’ jassumi li l-ordnijiet għall-katalogi se jikbru bil-mod, iżda b’mod konsistenti. |
(60) |
Il-Polonja nnotat li ma kien hemm l-ebda impjanti tal-istampar fiż-ŻEE li jispeċjalizzaw biss fl-istampar tar-rivisti jew fl-istampar tal-katalogi. L-impjanti tal-istampar ma jistgħux jispeċjalizzaw fl-istampar tar-rivisti peress li dan ma jippermettix li jsir użu effiċjenti mill-kapaċità ta’ produzzjoni sħiħa disponibbli. Sabiex jiġi evitat li l-produttività taqa’ bħala riżultat ta’ waqfien bejn l-istampar tad-diverrsi rivisti, hemm bżonn ukoll ta’ ordnijiet għal katalogi. |
(61) |
Biex issostni l-argument, il-Polonja rreferiet għal deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni preċedenti (15) li indikat li sabiex tintuża bl-aktar mod sħiħ possibbli l-kapaċità stallata, l-istampaturi normalment jippruvaw jiksbu taħlita ta’ prodotti differenti ta’ stampar, peress li dawn ikollhom karatteristiċi differenti (perjodiċità, żmien ta’ stampar u volum). Fid-dawl tal-ħtieġa li tinżamm xi ftit flessibbiltà, ingħad li t-tliet stampaturi bir-rotokalk msemmija fid-deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni jaraw li l-istampar tar-rivisti ma jkollux sehem akbar minn dak ta’ 40/85 % tat-taħlita ta’ produzzjoni. |
(62) |
Il-Polonja kkonfermat li l-BVG għandha wkoll l-għan li tikseb taħlita tal-prodott aktar ibbilanċjata aktar ma jgħaddi ż-żmien. Dan jinkiseb gradwalment hekk kif jitniedu linji ta’ produzzjoni ġodda, kif il-kapaċità tal-produzzjoni tiżdied, u hemm kif tikber il-fiduċja tal-klijenti. |
(63) |
Dejta aktar riċenti li ppreżentat il-Polonja tindika żieda gradwali fis-sehem tal-impjanti tal-istampar tal-BVG fis-suq tal-katalogi. Fis-sena ta’ stampar ta’ bejn Lulju 2007 u Ġunju 2008 (16) (dejta ibbażata fuq valuri storiċi sa Marzu 2008 u ordnijiet konfermati mill-klijenti bejn April u Ġunju 2008), l-istampar tar-rivisti kien jammonta għal [90-95] % u l-istampar tal-katalogi u l-inserzjonijiet għal [5-10] %. |
(64) |
Stima kawta għall-2008/09 li tieħu f’kunsiderazzjoni biss ordnijiet li diġà ġew ikkonfermati mill-klijenti u żewġ ordnijiet (17) fi stadju avvanzat ħafna ta’ negozjati tirriżulta f’sehem ta’ [85-90] % għar-rivisti u ta’ [10-15] % għall-katalogi u inserzjonijiet. Varjant ieħor għall-2008/09 kien ibbażat fuq il-presuppożizzjoni li l-ordnijiet għat-tieni nofs ta’ dan il-perjodu jilħqu l-istess livelli bħal dawk tal-ewwel nofs (approċċ immirat). F’dan ix-xenarju, is-sehem ta’ stampar tar-rivisti se jaqa’ għal [80-85]% f’dan il-perjodu, kontra l-[15-20]% għall-katalogi u inserzjonijiet. |
(65) |
It-Tabella 2 hawn taħt turi kif analiżi differenti bejn l-istampar tar-rivisti fuq naħa u l-istampar tal-katalogi u inserzjonijiet fuq l-oħra jinfluwenzaw iż-żieda fil-kapaċità fis-swieq relevanti (18). Tabella 2 Żieda fil-kapaċità f’relazzjoni mad-daqs tas-suq tal-istampar bir-rotokalk
|
(66) |
Fl-opinjoni tal-Polonja, peress li anki t-tbassir kawt għall-istaġun 2008/09 jindika sehem daqstant sinifikanti ta’ stampat ta’ katalogi li l-kapaċità ta’ produzzjoni proġettata għall-istampar tar-rivisti għandha taqa’ taħt l-għatba tal-5 %, paragrafu 24(b) tal-QMS tintlaħaq anki f’każ li s-suq relevanti jkun ristrett biss għall-istampar bir-rotokalk. |
4.4. Is-suq ġeografiku għall-istampar bir-rotokalk huwa mifrux madwar iż-ŻEE
(67) |
Il-Polonja l-ewwel innotat li l-ispejjeż tat-trasport ma jikkostitwux ammont sinifikanti tal-ispejjeż totali peress, skont il-kalkoli tal-istess benefiċjarju, jikkostitwixxu biss [4 sa 15] % tal-ispejjeż totali ta’ servizz L-ispejjeż tat-trasport lejn il-pajjiżi individwali huma kif ġej:
|
(68) |
Fl-opinjoni tal-Polonja, il-fatt li dawn l-ordnijiet jistgħu jitwettqu jfisser li l-ispejjeż tat-trasport ma jirrappreżentawx ostakolu sinifikanti. Bħala tali, ma jservux ta’ ġustifikazzjoni biex tiġi aċċettata difinizzjoni aktar restrittiva tas-suq ġeografiku miż-ŻEE. |
(69) |
L-awtoritajiet Pollakki indikaw ukoll li l-biċċa l-kbira tal-impjanti tal-istampar tar-rivisti u tal-katalogi għandhom klijenti mill-Ewropa kollha (fi ħdan u barra mill-UE). Dawn l-impjanti tal-istampar (19) għandhom uffiċċji tal-bejgħ speċjalizzati f’servizzi għall-klijenti barra mill-pajjiż li joffru pariri aġġornati u sostenn għal ftehimiet u ordnijiet speċifiċi. |
(70) |
Wieħed mill-akbar impjanti fil-Polonja, Winkowski (impjant tal-istampar indipendenti bi tliet unitajiet ta’ produzzjoni f’Radzymin, Piła u Wyszków) juża uffiċċju ċentrali għal ordnijiet minn barra l-pajjiż, li jimpjega 15-il persuna li x-xogħol tagħhom hu li jirbħu ordnijiet minn barra u jipprovdu servizz għall-klijenti lil swieq barranin individwali. Impjegati oħra joffru servizzi lis-suq domestiku. L-impjant tal-istampar għandu wkoll uffiċċju tal-bejgħ fil-Ġermanja, fl-Iżvezja, fl-Awstrija u fir-Renju Unit. Għandu wkoll il-faċilità tiegħu stess għat-trasport internazzjonali. Winkowski tissupplixxi l-Ewropa kollha. L-aktar swieq importanti tagħha huma Franza, l-Iskandinavja, il-Ġermanja u r-Renju Unit. Il-kumpanija tissupplixxi wkoll lill-Ukrajna, lir-Russja, lis-Slovenja, lir-Rumanija, u lil pajjiżi oħra. |
(71) |
Metodu simili ta’ strateġija u ta’ bejgħ huwa użat minn RR Donnelly, impjant ieħor kbir tal-istampar li għandu erba’ fergħat fil-Polonja, (tnejn fi Cracow, wieħed fi Starachowice u wieħed f’Kielce). Il-kumpanija tissupplixxi l-aktar swieq importanti fl-Ewropa mill-bażi tagħha fil-Polonja. RR Donnelley għandha wkoll uffiċċji tal-bejgħ fil-pajjiżi tal-Benelux, fil-Ġermanja, fl-Izvizzera, fir-Renju Unit, fl-Ungerija, fl-Iskandinavja u fir-Russja. L-impjanti tal-istampar tagħha fil-Polonja jipproduċu rivisti u katalogi għall-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi kollha. RR Donnelley għandha wkoll unità speċjalizzata ta’ trasport u loġistika internazzjonali. |
(72) |
Eżempju ta’ impjant tal-istampar fl-Ewropa tal-Punent li jagħti prova li t-trasport lejn destinazzjonijiet imbegħda mhux bilfors huwa ta’ ostakolu għall-kummerċ fis-suq tal-istampar jekk ikun kemm sistemi xierqa ta’ distribuzzjoni huwa Prinovis tal-Ġermanja. Skont informazzjoni li tista’ tinkiseb liberament (20), xi titoli ta’ rivisti Franċiżi huma stampati għal Prisma Presse fil-Ġermanja u jintbagħtu Pariġi għal aktar tlestija jew għad-distribużżjoni, jiġifieri:
|
(73) |
Fl-opinjoni tal-Polonja, dan juri li netwerk ta’ distribuzzjoni xieraq jiggarantixxi l-fornimenti fil-ħin għal dawk ir-rivisti fejn dan ikun partikolarment importanti, minkejja l-fatt li l-klijent Franċiż ta’ Prinovis mhux entità esterna. Is-suċċess ta’ din l-operazzjoni ġej l-aktar mill-ħolqien ta’ netwerks xierqa ta’ distribuzzjoni fuq distanzi twal u sistemi ta’ monitoraġġ tal-provvista. Dawn qed jiddaħħlu mill-pubblikaturi u l-istampaturi kollha li jaħdmu fuq distanzi twal. |
(74) |
Fid-dawl ta’ dawn l-eżempji ta’ entitajjiet li jaqdu l-klijenti f’diversi pajjiżi madwar iż-ŻEE kollha, u l-Ewropa tal-Lvant, l-awtoritajiet Pollakki huma tal-fehma li kwistjonijiet ta’ żmien, spejjeż u distribuzzjoni ma humiex ta’ ostakolu sinifikanti kontra l-kooperazzjoni ma’ pubblikaturi fuq distanzi twal. Il-prattika komuni li jiġu stampati rivisti u katalogi fiż-ŻEE għas-suq Russu tiġġustifika definizzjoni aktar usa tas-suq li tħaddan iż-ŻEE flimkien mar-Russja. |
(75) |
L-awtoritajiet Pollakki saħqu wkoll li l-pubblikaturi bi kwartieri barra minn dawk il-pajjiżi fejn hemm l-akbar kapaċità ta’ stampar u fejn il-forniment tas-suq huwa aħjar minn f’partijiet oħra tal-Ewropa ġeneralment jagħżlu impjanti ta’ stampar minn firxa wiesgħa ta’ kumpaniji, u l-fatt li dawn jistgħu jkunu tal-istess grupp mhux fattur deċiżiv. Peress li l-pożizzjoni ġeografika mhix kwistjoni, il-pubblikaturi ġeneralment jagħżlu impjanti tal-istampar abbażi ta’ offerti kompetittivi u tal-benefiċċji li jiġu minn kooperazzjoni peremanenti. Fid-dawl ta’ żviluppi teknoloġiċi fl-istampar bl-offset u l-possibbiltà li jintużaw teknoloġiji tal-istampar waħda flok l-oħra irrispettivament mid-daqs tal-ordni, l-għadd ta’ kompetituri potenzjali li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-istess offerta issa żdied b’mod sinifikanti. |
5. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
5.1. L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE
(76) |
L-għajnuna qed tingħata fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji, li tirrappreżenta telf ta’ dħul għall-awtoritajiet Pollakki. Hija tikkostitwixxi riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE Peress li l-għajnuna tingħata lil kumpanija waħda, il-miżura hija selettiva. L-għajnuna tiffranka lill-benefiċjarju spejjeż li altrimenti ikun irid iġorr skont kundizzjonijiet normali tas-suq, għaldaqstant il-kumpanija tgawdi minn vantaġġ ekonomiku fuq il-kompetituri tagħha, ħaġa li tista’ tħarbat il-kompetizzjoni. Safejn il-prodotti kkonċernati mill-proġett ikunu kkumerċjalizzati, hemm riskju li l-għajnuna tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(77) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tara li l-pjan ta’ ristrutturar jikkostitwixxi għajnuna fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. |
5.2. Obbligu ta’ notifikazzjoni, il-legalità tal-għajnuna, u l-liġi applikabbli
(78) |
Meta nnotifikaw il-miżura tal-għajnuna, l-awtoritajiet Pollakki segwew l-obbligu ta’ notifika individwali fil-paragrafu 24 tal-QMS. Kull għajnuna li tkun akbar mil-limitu tan-notifika individwali ma tiġix attwata qabel mal-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha. |
(79) |
Skont il-paragrafu 63 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 tal-Linji-Gwida dwar l-għajnuna nazzjonali bi skop reġjonali għall 2007-13 (21), il-Kummissjoni vvalutat il-miżura tal-għajnuna skont id-dispożizzjonijiet tal-Linji-Gwida tal-1998 dwar l-għajnuna nazzjonali bi skop reġjonali (22) (“ir-RAG”), kif ukoll skont il-QMS. |
5.3. Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna mar-RAG
(80) |
Kif indikat fid-deċiżjoni biex tinbeda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-għajnuna ngħatat skont l-iskema awtorizzata PL 39/2004 u bħala tali l-kriterji ta’ kumpatibbiltà standard kif imfissra fir-RAG (pereż. investiment inizjali f’reġjuni eliġibbli għall-għajnuna bi skop reġjonali, spejjeż eliġibbli, kontribuzzjoni proprja, effett ta’ inċentiv, manteniment tal-investiment, kumulu), ġew rispettati. |
5.4. Il-kumpatibbiltà mal-QMS
5.4.1. Intensità tal-għajnuna
(81) |
Bi spiża eliġibbli ta’ PLN 734 031 miljun (madwar EUR157,95 miljun) (valur skontat) u limiti massimu ta’ għajnuna bi skop reġjonali stantard applikabbli ta’ 50 % f’sussidju nett ekwivalenti (SNE), l-intensità ta’ għajnuna massima aġġustata permess skont il-paragrafu 21 tal-QMS hija ta’ 29,98 % SNE. |
(82) |
L-ammmont ta’ għajnuna previst, ta’ PLN 220,057 miljun (EUR 47,35 miljun) (valur skontat), li jirrappreżenta intensità ta’ għajnuna ta’ 29,98 % SNE (23), huwa konformi ma’ dan il-limitu. Għaldaqstant l-intensità ta’ għajnuna proposta hija konformi mal-mekkaniżmu ta’ tnaqqis kif hemm fil-QMS. |
5.4.2. Kumpatibbiltà mar-regoli skont il-paragrafu 24(a) u (b) tal-QMS.
(83) |
Peress li l-ammont totali proposta tal-għajnuna, ta’ madwar EUR 47,35 miljun jaqbeż il-limitu massimu ta’ notifika ta’ EUR 37,5 miljun, għandha tiġi valutata l-konformità tal-għajnuna proposta mal-paragrafu 24(a) u (b) tal-QMS. |
(84) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippermetti l-għajnuna bi skop reġjonali lil proġetti kbar ta’ investiment koperti mill-paragrafu 24 tal-QMS hija kontinġenti fuq is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju qabel u wara l-investiment, u fuq il-kapaċità li tinħoloq bl-investiment. Biex isiru t-testijiet relevanti skont il-paragrafu 24(a) u (b) tal-QMS, il-Kummissjoni kellha l-ewwel tidentifika l-prodotti kkonċernati bl-investiment, u tiddefinixxi s-swieq ta’ prodott, u s-swieq ġeografiċi rilevanti. |
(85) |
Skont il-paragrafu 52 tal-QMS, “il-prodott konċernat” ifisser il-prodott li għandu joħroġ mill-proġett ta’ investiment u, fejn xieraq, is-sostituti tiegħu meqjusa bħala tali jew mill-klijent (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet u l-użu intenzjonat tal-prodott) jew mill-produttur (fejn tidħol il-flessibbiltà tal-istallazzjonijiet tal-produzzjoni). Meta proġett ikun jikkonċerna prodott intermedjarju u parti sinifikanti tal-produżżjoni ma tkunx tinbiegħ fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jitqies bħala li jinkludi l-prodott downstream. |
(86) |
Il-proġett ta’ investiment taħt skrutinju jikkonċerna l-istampar ta’ rivisti, katalogi kummerċjali u inserzjonijiet bl-użu ta’ teknoloġija tar-rotokalk. Il-benefiċjarju huwa marbut ma’ Heinrich Bauer Verlag, dar ewlenija ta’ pubblikazzjoni, bis-saħħa tal-istruttura tagħha ta’ appartenenza. Il-Grupp Heinrich Bauer Verlag se jkun il-klijent l-aktar importanti tal-impjant tal-istampar il-ġdid, li se jkun qed jixtri madwar […]% mill-bejgħ tal-impjant il-ġdid. Għaldaqstant għandu jiġi l-ewwel stabbilit jekk il-bejgħ lil Heinrich Bauer Verlag tal-prodotti ta’ stampar mill-investiment humiex qed iseħħu skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
(87) |
L-awtoritajiet Pollakki ikkonfermaw li tranżazzjonijiet bejn is-Soċjetà li topera l-impjant tal-istampar il-ġdid u Heinrich Bauer Verlag se sseħħ bħala operazzjoni bejn terzi (arm’s length basis) (Bauer Verlag jieħdu mill-anqas 2 offerti minn impjanti tal-istampar ewlenin Ewropej tar-rotokalk u l-prezz li tieħu s-Soċjetà ikun iffissat bħala l-medja ta’ dawn). L-awtoritajiet fiskali huma intitolati li jivverifikaw dan il-kalkolu u li jitolbu dokumentazzjoni addizzjonali ta’ prova. |
(88) |
Barra minn dan, is-sehem tal-bejgħ lill-Grupp Heinrich Bauer Verlag huwa mistenni li jonqos hekk kif tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni. Ir-raġuni għal dan hi li hekk kif jiġu stallati aktar linji ta’ produzzjoni, il-konsekwenzi ta’ xi ħsara jkunu anqas gravi, u dan min-naħa tiegħu jkun jippermetti l-akkwist ta’ klijenti esterni ġodda f’suq fejn il-forniment fil-ħin, u l-affidabbiltà, huma essenzjali. |
(89) |
Fid-dawl ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prodotti tal-BVG se jinbiegħu skont kundizzjonijiet tas-suq, u li għaldaqstant is-suq tal-prodott relevanti f’dan il-każ għandu jkun definit bħala s-suq għal attivitajiet ta’ stampar u mhux is-suq tal-prodott downstream (l-ippubblikar). |
(90) |
Il-proġett ta’ investiment jikkonċerna teknoloġija ta’ stampar bir-rotokalk li permezz tagħha ċilindru tal-istampar tal-azzar, imnaqqax permezz tal-lejżer, jittrasferixxi l-inka tal-istampar fuq wiċċ (perez. fuq il-karta). Kuntrarju għall-każ tar-rotokalk, l-istampar bl-offset huwa teknika fejn sew il-partijiet li jiġu stampati, kif ukoll dawk li ma jiġux ikunu fuq l-istess livell fejn jinġarru l-immaġini. L-inka tinżamm ‘l bogħod mill-partijiet li ma jkunux se jiġu stampati permezz ta’ kimika li taġixxi kontra l-inka, filwaqt li, min-naħa l-oħra, il-partijiet li se jkunu stampati jistgħu jassorbu l-inka. Dan iseħħ billi l-inka offset tkun ibbażata fiż-żejt u n-naħat li ma jkunux stampati jinżammu nodfa permezz tal-ilma jew soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ilma, peress li l-ilma u ż-żejt iwarrbu lil xulxin. |
(91) |
Dawn huma differenzi sinifikanti bejn dawn iż-żewġ teknoloġiji. L-ewwelnett, l-ispejjeż tal-investiment għal stamperija tar-rotokalk huma d-doppju ta’ dawk għal stamperija tal-offset. Dan huwa bbilanċjat bil-kapaċità tar-rotokalk li tiżgura kwalità uniformi anki meta jkun hemm ammont kbir għall-istampar, filwaqt li l-kwalità tal-istampat bl-offset hija pjuttost varjabbli peress li hu diffiċli li jinżamm bilanċ bejn l-ilma u l-inka matul il-proċess tal-istampar. Ukoll, l-istamperiji bir-rotokalk huwa aktar effiċjenti (jista’ jsir ammont akbar ta’ kopji fi żmien aqsar permezz ta’ stamperija bir-rotokalk milli fuq stamperija bl-offset) u jdumu jservu aktar. |
(92) |
Għaldaqstant, meta jinqabeż ċerti volum ta’ stampar, ir-rotokalk għandu spejjeż ta’ produzzjoni anqas. Akbar ma jkun il-volum tal-istampar, anqas ikunu l-ispejjeż tal-produzzjoni meta jsir tqabbil ma’ proċessi oħra. Madankollu, għal volumi iżgħar ta’ stampar, l-effiċjenza tal-ispejjeż tar-rotokalk tonqos minħabba l-ispejjeż relattivament għoljin biex jitħejjew iċ-ċilindri, meta mqabbla mal-preparazzjoni ta’ forma għall-istampar bl-offset. |
(93) |
Għaldaqstant, ir-rotokalk jixraq b’mod partikolari għal volumi kbar ta’ stampar (24), filwaqt li l-metodu offset huwa ristrett l-aktar għal volumi żgħar. Minħabba l-kwalità ogħla, u aktar stabbli tal-istampar bir-rotokalk, hemm ukoll differenza għan-naħa tad-domanda. |
(94) |
Fejn jidħol l-argument li ressqet il-Polonja dwar il-konverġenza tat-teknoloġiji tar-rotokalk u dik tal-offset, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni tas-suq li saret f’każ preċedenti ta’ amalgamazzjoni (25) kkonfermat li l-kapaċità tal-istamperiji bl-offset qed tiżdied il-ħin kollu. Madankollu, bħalissa, dawn huma sostit kredibbli fl-istampar tar-rivisti biss fil-każ ta’ dawk ir-rivisti li bħalissa jiġu stampati bir-rotokalk u li għandhom l-anqas numru ta’ kopji u paġni. |
(95) |
Id-deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni msemmija qabel ma tiddefinix il-limiti eżatti, la f’termini ta’ volum u lanqas ta’ għadd ta’ paġni, li fuqhom jew taħthom ikun preferut l-użu tal-offset jew tar-rotokalk. Id-definizzjoni eżatta tas-suq, b’hekk, tħalliet miftuħa u s-suq ġie analizzat fil-livell l-aktar dejjaq possibbli (jiġifieri daqslikieku kien ristrett biss għar-rotokalk). |
(96) |
Anki f’dan il-każ huwa ġġustifikat approċċ daqstant kawt. ta’ min jinnota wkoll li, skont l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tal-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Rotokalk (26), ir-rotokalk għad għandu vantaġġ fejn tidħol kwalità: “Peress li l-kalk, kontra l-proċessi l-oħra kollha tal-istampar, jiggarantixxi kwalità għolja kostanti matul produzzjonijiet twal tal-istampar, għad għandu rwol ewlieni bħala l-proċess ewlieni għall-istampar ta’ rivisti, katalogi u prodotti tal-marka f’suq dejjem aktar internazzjonalizzat.” |
(97) |
Għalhekk, minkejja l-kompetizzjoni li jidher li hemm f’ċerti sezzjonijiet tas-suq tal-istampar tal-pubblikazzjonijiet bejn it-teknoloġiji tal-offset u dik tar-rotokalk, il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ l-analiżi tas-suq għandha tkun ristretta għall-istampar bir-rotokalk f’konformità ma’ approċċ ibbażat fuq l-agħar każ. |
(98) |
Ir-rotokalk jintuża għall-istampar ta’ żewġ prodotti grafiċi ewlenin: il-pubblikazzjonijiet u l-ippakkettjar flessibbli. Peress li l-istamperiji magħmula għall-istampar tar-rivisti u l-katalogi ma jistgħux jintużaw biex jistampaw materjal tal-ippakkettja, u l-impjant tal-istampar mgħejjun se jkun involut biss fl-istampar tal-pubblikazzjonijiet, is-suq relevanti f’dan il-każ huwa limitat għar-rotokalk għall-pubblikazzjoni. |
(99) |
Ir-rotokalk għall-pubblikazzjoni jforni s-suq tar-rivisti u tal-katalogi. Deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni (27) kienet ikkonkludiet li hemm suq ta’ prodott distint għall-istampar bir-rotokalk ta’ rivisti minħabba l-limitazzjonijiet ta’ żmien assoċjati mal-istampar ta’ dawn il-prodotti u l-ħtiġijiet speċjali fejn jidħlu t-tlestija u d-distribuzzjoni. It-trattament separat tas-suq tar-rivisti huwa xieraq ukoll peress li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-impjanti tal-istampar f’Nowogrodziec se jkun jikkonsisti minn rivisti, li jfisser li l-proġett huwa mmirat l-aktar lejn dan is-sottosuq. |
(100) |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-investigazzjonijiet tas-suq se jsiru fi tlitt iswieq relevanti plawżibbli f’dan il-każ:
|
(101) |
Għalkemm l-investigazzjoni tas-suq f’każ preċedenti ta’ amalgamazzjoni (28) ma ppermettietx li tiġi definita għatba preċiża li taħtha l-istamperiji kollha bir-rotokalk ikunu kompetittivi, ġie kkonfermat li s-suq huwa aktar minn sempliċement nazzjonali minħabba flussi kummerċjali lil hinn mill-fruntieri u minħabba l-kompetizzjoni. Dan jidher saħansitra aktar ċar meta wieħed jikkunsidra li f’xi pajjiżi ma hemmx stamperiji tar-rotokalk (pereż. fl-Iżvezja, fejn ħafna klijenti indikaw li l-istamperiji Pollakki jistgħu wkoll ikunu kompetittivi). |
(102) |
Għaldaqstant, id-deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni li, fil-każ tal-Belġju u l-Iżvezja (jiġifieri l-pajjiżi fejn l-amalgamazzjoni twassal għal irkib sinifikanti), id-definizzjoni tas-suq ġeografiku tal-istampar bir-rotokalk tar-rivisti għandha tinkudi l-faċilitajiet kollha ta’ stampar bir-rotokalk li jinsabu fil-pajjiżi ġirien (29). Intlaħqet il-konklużjoni li l-ambitu tas-suq għall-istampar bir-rotokalk tal-katalogi jista’ jkun anki akbar peress li r-restrizzjonijiet taż-żmien ma kinux partikolarment sinifikanti u ma kien hemm l-ebda diffikultajiet speċifiċi ta’ distribuzzjoni. |
(103) |
F’dan il-każ, l-awtoritajiet Pollakki taw eżempji li juru li l-fornitura fuq distanzi twal ta’ servizzi ta’ stampar ta’ rivisti huwa sostenibbli sakemm ikun hemm sistemi xierqa ta’ distribuzzjoni. Netwerks ta’ distribuzzjoni fuq distanzi twal bħal dawn, u sistemi ta’ monitoraġġ tal-forniment jidher li huma strument aħjar biex jissupplixxu rivisti fil-ħin, aktar milli huma l-benefiċċji ġejjin mill-istruttura organizzattiva integrata tal-kumpaniji kkonċernati. |
(104) |
Barra minn dan, il-Polonja pprovdiet eżempji tal-ispejjeż tat-trasport li jeħel il-benefiċjarju meta jforni r-rivisti. Dawn l-ispejjeż jistgħu jitqiesu bħala li huma relattivament baxxi anki meta jkunu jridu jiġu koperti distanzi ikbar. Il-benefiċjarju bħalissa għandu klijenti anki lil hinn mill-pajjiżi ġirien (fl-Awstrija, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit u Franza). Dan jindika wkoll li l-benefiċjarju jista’ jikkompeti madwar medda sostanzjali taż-ŻEE. |
(105) |
Eżempji ta’ stamperiji Pollakki (barra minn dik tal-benefiċjarju) li jipprovdu servizzi lejn klijenti li jkunu ‘l bogħod huma ta’ prova ulterjuri li huwa possibbli li jiġu offruti servizzi ta’ stampar fi swieq imbegħda mingħajr spejjeż ta’ distribuzzjoni projbittivi. Impjanti tal-istampar Pollakki jistgħu jikkompetu wkoll fi swieq li mhumiex taż-ŻEE (pereż. l-Ukrajna jew ir-Russja). |
(106) |
Dejta miġbura minn MillwardBrown SMG/KRC/ (30) u ppreżentata mill-awtoritajiet Pollakki turi li hemm djar tal-istampar bir-rotokalk f’14-il pajjiż biss taż-ŻEE. Il-Grafika Nru 1 turi analiżi tal-kapaċità skont il-pajjiż. Grafika Nru. 1 Kapaċità tar-rotokalk fl-Ewropa, 1 000 tunnellati/fis-senja (stimi għall-2006). |
(107) |
Kif jidher mill-Grafika Nru 1, il-Ġermanja għandha 43 % tal-kapaċità kollha tar-rotokalk fiż-ŻEE, filwaqt li l-popolazzjoni tagħha (u għalhekk is-sehem stmat tal-konsum ta’ rivisti u katalogi) huwa biss 17 % tat-total fiż-ŻEE. Il-kapaċià li għandhom flimkien l-akbar erba’ produtturi (il-Ġermanja, l-Italja, Franza u r-Renju Unit) hija ta’ 78 % filwaqt li l-popolazzjoni tagħhom hija 53 % tat-total taż-ŻEE. Dan jindika wkoll li l-produzzjoni hija kkonċentrata u li hemm kummerċ transkonfinali sinifikanti fis-servizzi ta’ stampar bir-rotokalk fi ħdan iż-ŻEE. |
(108) |
Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha disponibbli għalissa, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ segmetazzjoni ġeografika alternattiva magħrufa, u n-nuqqas ta’ kummenti minn partijiet terzi, il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ is-suq ġeografiku rilevanti huwa ż-ŻEE. ta’ min wieħed jinnota wkoll li skont il-QMS il-konsum apparenti huwa determinat fuq livell taż-ŻEE għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 24(b) tal-QMS. |
(109) |
Sabiex jiġi eżaminat jekk il-proġett hux kumpatibbli mal-paragrafu 24(a) tal-QMS, il-Kummissjoni jkollha tanalizza s-sehem mis-suq tal-benefiċjarju fuq livell ta’ grupp qabel u wara l-investiment. Peress li l-investiment beda fl-2004 u għandu jitlesta sal-2009, il-Kummissjoni se teżamina s-sehem mis-suq tal-BVG fl-2003 u l-2010. |
(110) |
Sabiex tistabbilixxi s-sehem mis-suq tal-BVG, il-Kummissjoni qabblet il-bejgħ tagħha f’termini ta’ volum fuq livell taż-ŻEE kontra l-ammont totali ta’ karta għar-rotokalk ikkunsmata fiż-ŻEE. |
(111) |
Ma hi disponibbli l-ebda dejta f’termini ta’ valuri, iżda l-Polonja kkonfermat li l-prezzijiet huma ffissati mill-benefiċjarju fi prezzijiet medji tas-suq, jew qrib ħafna tagħhom. Dan ifisser li s-sehem mis-suq (u ż-żieda fil-kapaċità) f’termini ta’ valur huwa simili ħafna għas-sehem f’termini ta’ volum, u għalhekk huwa ġustifikat li l-analiżi tiġi bbażata fuq dejta f’termini ta’ volum biss. |
(112) |
Iċ-ċifri dwar il-konsum totali fiż-ŻEE f’termini ta’ volum (jiġifieri l-ammont ta’ karta stampata bl-użu ta’ teknoloġija tar-rotokalk) huma bbażati fuq dejta mill-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Rotokalk (31) (ERA), kif sottomessa mill-awtoritajiet Pollakki. L-ERA kkonfermat ukoll il-kapaċità ta’ […] linji tal-produzzjoni li għandhom jiġu stallati mill-benefiċjarju. L-analiżi tal-konsum u bejgħ totali f’sottosegmenti għar-rivisti u għall-katalogi u inserzjonijiet ġiet provduta minn MillwardBrown SMG/KRC. Din l-analiżi ta’ perċentwali (60.2 % għar-rivisti u 39.8 % għal pubblikazzjonijiet oħra) hija għall-2006 u kien mistenni li tibqa’ stabbli. |
(113) |
L-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw dejta tal-ERA li tkopri mill-2002 sal-2006. Previżjonijiet totali dettaljati għall-2010 mhumiex disponibbli, iżda l-ERA tistenna li għandu jkompli tkabbir żgħir ta’ madwar 1 % fis-snin li ġejjin. Madankollu, fl-agħar każ, wieħed qed jassumi li s-suq ikun staġnat u għalhekk id-dejta għall-2006 intużat biex issir stima tal-konsum totali fl-2010. |
(114) |
Is-sehem mis-suq tal-BVG ġie vvalutat fuq livell taż-ŻEE fuq il-bażi tat-tliet swieq ta’ prodott relevanti defininiti fil-premessa 100. Is-sehem mis-suq f’livell ta’ grupp (jiġifieri li jinkludi l-impjant tal-istampar ta’ Heinrich Bauer Verlag) fis-sena ta’ qabel u wara l-investiment jingħata fit-Tabella 3 hawn taħt. Tabella 3 Sehem mis-suq f’termini ta’ volum fiż-ŻEE
|
(115) |
Dejta miġbura minn MillwardBrown SMG/KRC dwar il-kapaċità ta’ stampar bir-rotokalk tindika wkoll li l-grupp Bauer għandu sehem modest fis-suq taż-ŻEE u li għandu quddiemu kompetituri qawwija. Grafika Nru. 2 Kapaċità ta’ stampar ta’ kumpaniji tar-rotokalk fl-Ewropa - % tal-kapaċità totali tar-rotokalk (stimi għall-2006) |
(116) |
Kif turi t-Tabella 3, għad-definizzjonijiet kollha tas-suq, is-sehem mis-suq tal-BVG f’livell ta’ grupp tibqa’ sostanzjalment taħt l-għatba tal-25 % indikata fil-paragrafu 24(a) tal-QMS… Il-Kummissjoni għalhekk tqis li, anki kieku kellu wieħed jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżball inerenti fl-istimi ppreżentati hawn fuq, il-miżura ta’ għajnuna hija kumpatibbli mal-paragrafu 24(a) tal-QMS. |
(117) |
Skont il-paragrafu 24(b) tal-QMS, proġett mhux eliġibbli għall-investiment jekk il-kapaċità taqbeż il-5 % tad-daqs ta’ suq li l-prestazzjoni tiegħu tkun anqas milli wieħed jistenna minnu (jiġifieri meta t-tkabbir settorjali jkun anqas mit-tkabbir fiż-ŻEE). Il-kapaċità sħiħa li għandha tinħoloq bil-proġett se tinkiseb fl-2010. |
(118) |
Peress li r-rata annwali ta’ tkabbir kompost (RATK) tas-suq fl-2001-06 (2,03 %), ikkalkulata fuq il-bażi taċ-ċifri li ssottomettiet il-Polonja, taqbeż is-CAGR għall-PGD fi ħdan iż-ŻEE (2,00 %), mhemmx bżonn li jiġi eżaminat hekk il-kapaċità maħluqa hijx akbar minn 5 % tas-suq. |
(119) |
Madankollu, id-dejta għall-2001, jiġifieri l-aktar sena importanti għall-kalkolu tas-CAGR fl-2001/06, ma kienx disponibbli direttament, iżda l-Polonja għamlet stima skont il-bażi tat-tkabbir li ġie rreġistrat mis-suq tar-rivisti kollu kemm hu fl-2001-02. Dan jista’ ma jkunx rappreżentattiv tat-tkabbir fl-istampar bir-rotokalk tar-rivisti, u għallhekk għandu tintuża ftit tal-kawtela. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni ivveerifikat ukoll jekk il-kapaċità maħluq mill-proġett tikkostitwixxix aktar minn 5 % tas-suq. |
(120) |
Il-kapaċità totali maħluqa mill-proġett (inkluż il-[…] linja ta’ produzzjoni kollha tammonta għal 152 000 tunnellata fis-sena, meta wieħed jassumi li linja waħda ta’ produzzjoni tissarraf f’[…] elf tunnellata fis-sena. |
(121) |
Din l-istima tirreferi għal kapaċità attwali, u tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi bħal ma huma l-ħin ta’ waqfien minħabba tiswijiet u manteniment (il-perjodu massimu ta’ xogħol għal magni tal-produzzjoni kien stmat li hu ta’ 61 % tal-ħin teoretiku totali) u ta’ fatturi speċifiċi għat-teknoloġija tal-istampar bir-rotokalk. |
(122) |
B’mod partikolari, il-magni tal-istampar li jużaw din it-teknoloġija għandhom tul massimu speċifiku taċ-ċilindru, jiġifieri il-wisa’ tal-romblu tal-karta użata li jikkorrispondi għal kwantità definita ta’ paġni stampati standard (fil-każ tal-magni użati mill-benefiċjaru, permezz tal-aktar ċilindru wiesa’ li jista’ jintuża jista’ jiġi stampat massimu ta’ […] paġna). Permezz ta’ ċilindru ta’ tul speċifiku jkunu jistgħu jiġu stampati volum ta’ ftit rivisti jew katalogi (jiġfieri għaċ-ċilindru b’ċirkonferenza ta’ […] użat fil-faċilità mgħejjuna, dan ifisser […] paġna). |
(123) |
Il-kapaċità teoretika hija bbażata fuq il-kapaċità massima li tinkiseb miċ-ċilindru bl-akbar ċirkonferenza – fil-każ tal-benefiċjarju dan ikun jikkorrispondi biss mal-kapaċità tal-istampar għar-rivisti li jkollhom eżatt […] paġna. Fil-verità, jiġu stampati rivisti ta’ volumi differenti, u l-kapaċità tal-magna tvarja skont il-ħtieġa. Għalhekk, l-istima ħadet ukoll f’kunsiderazzjoni l-fatt li l-produzzjoni sseħħ permezz ta’ diversi dimensjonijiet ta’ stampa u ta’ ċilindri, jiġifieri mhux dejjem fil-kapaċità massima possibbli. L-istima saret b’referenza għall-kapċità ta’ stampar ippjanata fuq il-bażi ta’ ordnijiet kuntrattwali. |
(124) |
Skont l-awtoritajiet Pollakki huwa diffiċli li jagħtu analiżi definittiva, bejn stampar ta’ rivisti u stampar ta’ katalogi u ta’ inserzjonijiet, tal-kapaċità maħluqa mill-proġett, peress li r-rivisti u l-katalogu u l-inserzjonijiet huma stampati fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. Madankollu, kif indikat mill-awtoritajiet Pollakki, soluzzjoni waħda possibbli hija dik li l-analiżi tal-kapaċità tiġi kkalkulata fuq il-bażi tas-sehem mistenni minn rivisti u katalogi u inserzjonijiet fil-bejgħ tal-faċilità mgħejjuna. |
(125) |
F’dan is-sena, il-Polonja ppreżentat l-aħħar ċifri ta’ produzzjoni li jsostnu d-dikjarazzjoni li l-benefiċjarju qed jipprova jasal għal taħlita ta’ prodott aktar bilanċjata milli kien indikat matul il-fażi inizjali tal-investigazzjoni. Is-sehem ta’ [90/100]% speċifikat fil-bidu ta’ stampar ta’ rivisti fl-impjant ġdid ta’ stampar kien ibbażat fuq l-ordnijiet li kien hemm f’dak iż-żmien. Madankollu, minn dak iż-żmien, ġew akkwistati klijenti ġodda, li wassal għal żieda gradwali fis-sehem tal-istampar tal-katalogi u tal-inserzjonijiet. |
(126) |
Kif muri fit-Tabella 2, fuq il-bażi tal-analiżi mistennija għall-2008/09 bejn l-istampar ta’ rivisti u ta’ katalogi, iż-żieda fil-kapaċità tammonta għal anqas minn 5 % tas-swieq rilevanti plawsibbli kollha. Barra minn dan, l-analiżi kienet ibbażata fuq l-agħar każ possibbli, fejn is-suq relevanti jkun jikkonsisti biss mill-istampar bir-rotokalk. |
(127) |
Peress li ż-żewġ kundizzjonijiet imfissra fil-paragrafu 24(b) tal-QMS ġew rispettati (is-suq mhux sejjer agħar milli wieħed għandu jistenna minnu, u ż-żieda fil-kapaċità tammonta għal anqas minn 5 %), il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura ta’ għajnuna hija kumpatibbli mal-paragrafu 24(b) tal-QMS. |
6. KONKLUŻJONI
(128) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li d-dubji li kellha dwar jrkk il-proġett jiżboqx il-livelli stabbiliti fil-paragrafi 24(a) u (b) tal-QMS ġew imwarrba u għalhekk tikkonkludi li l-għajnjuna hija kumpatibbli mas-suq komuni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istati li l-Polonja qed tippjana li timplimenta favur il-BVG Medien Beteiligungs GmbH hija kumpatibbli mas-suq komuni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE.
L-għoti tal-għajnuna li ma tkunx taqbeż PLN 220 057 miljun f’valur skontat (li tirrappreżenta intensità ta’ għajnuna ta’ 29,98 % SNE tal-ispejjeż eliġibbli b’total ta’ PLN 734,031 miljun f’valur skontat) huwa, għaldaqstant, awtorizzat. Fil-każ li l-ispejjeż eliġibbli jkunu anqas, l-intensità tal-għajnuna m’għandhiex taqbeż 29,98 % SNE ta’ dawn l-ispejjeż.
Artikolu 2
L-awtoritajiet Pollakki għandhom, fi żmien sitt xhur tal-pagament tal-aħħar ħlas ta’ għajununa fuq il-bażi tal-iskeda ta’ ħlas notifikata, jippreżentaw rapport finali dettaljat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 159, 24.6.2008, p. 18.
(2) Il-perjodu inizjali ta’ xahrejn li fih trid titlesta il-valutazzjoni beda fit-3 ta’ Jannar 2007.
(4) Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.
(5) PL 1/2004 – Ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2004, (C(2004) 3230/5).
(6) Ara Taqsima 5.4.2.
(*) Informazzjoni kunfidenzjali.
(7) Fuq il-bażi tar-rata ta’ skambju PLN/EUR meta ngħatat l-għajnuna, jiġifieri 4.6474.
(8) Skema ta’ għajnuna bi skop reġjonali għal impriżi li jwettqu attività ta’ negozju f’żoni ekonomiċi speċjali. Ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2005, (C(2005) 735).
(9) Imkejla skont il-livell tal-poter tal-akkwist.
(10) “Take a Break” hija l-aktar rivista għan-nisa li tinbiegħ fir-Renju Unit, b’ċirkolazzjoni ta’ aktar minn miljun kopja.
(11) COMP/M.4893 - Quebecor World/RSDB.
(12) Dejta mill-UE-27 użata bħala proxy
(13) Id-dejta li pprovdiet il-Polonja tindika sehem fis-suq ta’ [0-5]% fl-2003 u ta’ [0-5]% fl-2010 fis-suq kompost. Dawn iċ-ċifri ma jidhrix li jieħdu kont tal-bejgħ mill-impjanti tal-istampar proprjetà ta’ Bauer Verlag. Madankollu, peress li l-Polonja speċifikat, matul il-fażi ta’ evalwazzjoni inizjali li l-grupp Bauer Verlag għandu biss żewġ impjanti tal-istampar offset, li għandhom kapaċità baxxa ta’ produzzjoni, (kapaċità totali ta’ madwar 50 000 tunellata fis-sena), is-sehem fis-suq korrett fis-suq kompost tal-offset u tar-rotokalk huwa marġinalment akbar minn kif indikat mill-awtoritajiet Pollakki.
(14) Dejta għall-UE-27 użata bħala proxy. PGD f’miljuni ta’ EUR bi prezzijiet tal-1995.
(15) COMP/M.3178 – Bertelsmann Springer/JV.
(16) L-istaġun għall-biċċa l-kbira tal-ordnijiet għall-katalogi idum minn Lulju sa Ġunju tas-sena ta’ wara.
(17) L-ewwel minn dawn tikkonċerna lil WeltBild, u għadhom għaddejin in-negozjati dwar il-prezz. Madankollu, peress li dan il-klijent diġà kkoopera ma’ BVG fil-passat huwa probabbli ħafna li l-ordni se jkun filfatt ikkonfermat. It-tieni tikkonċentra materjal għal Carrefour li dwaru diġà ntlaħaq qbil fuq prezz u tħejja kampjun ta’ materjal stampat, iżda sa issa għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt formali. Fiż-żewġ każijiet, l-istampar kellu jibda’ f’Lulju 2008.
(18) Iċ-ċifri dwar il-konsum totali fiż-ŻEE f’termini ta’volum huma bbażati fuq dejta mill-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Rotokalk (ERA), kif sottomessa mill-awtoritajiet Pollakki. L-analiżi tal-konsum u bejgħ totali f’sottosegmenti għar-rivisti u għall-katalogi u inserzjonijiet ġiet provduta minn MillwardBrown SMG/KRC.
(19) L-eżempji ppreżentati dwar id-distribuzzjoni u l-manutenzjoni ta’ swieq ġeografiċi jinkludu wkoll ħidmiet ta’ stampar bl-offset. Madankollu, l-awtoritajiet Pollakki jemmnu li l-metodu ta’ produzzjoni għall-prodott lest (rivisti) mhux relevanti mill-perspettiva tal-forniment, peress li t-teknoloġija tal-produzzjoni m’għandha l-ebda relevanza fuq il-kanali ta’ distribuzzjoni.
(20) http://www.prinovis.de/en/unternehmen/aktuelle_nachrichten/2008/03/neuer-frankreich-auftrag-fuer-prinovis.php
(21) ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.
(22) ĠU L 74, 10.3.1998, p. 9.
(23) Peress li l-għajnuna qed tingħata fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa, is-sussidju nett ekwivalenti tal-għajnuna huwa eżatt daqs is-sussidju gross ekwivalenti.
(24) Ħlief għall-istampar ta’ gazzetti fejn il-kwalità baxxa tal-karta tal-istampar għandha effett negattiv fuq il-kundizzjoni teknika tal-makkinarju maħsub biex jintuża ma’ materjali ta’ kwalità għolja (pereż. rivisti). Għalhekk il-gazzetti jiġu stampati permezz ta’ cold set web offset, jew permezz ta’ flessigrafija.
(25) Ara n-nota 11 ta’ qiegħ il-paġna, aktar ‘l fuq.
(26) http://www.era.eu.org/upload/File/press_releases/PressReleaseDrupa08_eng(2).doc
(27) Id-Deċiżjoni tat-3 ta’ Mejju2005 fil-Każ Nru. COMP/M.3178. – Bertelsmann/Springer/JV
(28) Ara n-nota 11 ta’ qiegħ il-paġna, aktar ‘l fuq.
(29) Fil-każ tal-Belġju dan kien definit bħala l-Olanda, il-Ġermanja tal-Lvant u Franza ta’ Fuq u fil-każ tal-Iżvezja mill-anqas il-faċilitajiet kollha ta’ rotokalk fil-Finlandja, il-Ġermanja ta’ Fuq, id-Danimarka u l-Olanda.
(30) L-uffiċċju Pollakk ta’ Millward Brown International, waħda mill-akbar kumpaniji ta’ riċerka tas-suq indipendenti.
(31) L-Assoċjazzjoni Ewropea tar-Rotokalk (ERA) hija l-organizzazzjoni internazzjonali ewlenija tal-industrija tar-rotokalk. Hija organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt li ssostni l-użu tat-teknoloġija tar-rotokalk.