Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0791

    2009/791/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    ĠU L 283, 30.10.2009, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/10/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/791/oj

    30.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 283/55


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-20 ta’ Ottubru 2009

    li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

    (2009/791/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2008, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘il-Ġermanja’) talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola d-dritt għal tnaqqis u preċedentament awtorizzata bid-deċiżjoni 2004/817/KE (2) skont is-Sitt Direttiva 77/388/KE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (3) li kienet applikabbli f’dak iż-żmien.

    (2)

    Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni permezz ta’ ittra ddatata t-3 ta’ Ġunju 2009 infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba li saret mill-Ġermanja. Permezz ta’ ittra ddatata d-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja li hija kellha l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tikkunsidra t-talba.

    (3)

    Il-miżura derogatorja hija maħsuba biex teskludi kompletament mid-dritt għal tnaqqis il-VAT fuq oġġetti u servizzi meta dawn jintużaw f’iktar minn 90 % tal-każi għall-raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew tal-impjegati tagħha, jew għal skopijiet li mhumiex ta’ negozju.

    (4)

    Il-miżura tidderoga mill-Artikola 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, li tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali tad-dritt ta’ tnaqqis, u hija maħsuba biex tissimplifika l-proċedura tal-imposizzjoni tal-VAT. L-ammont ta’ taxxa dovut fl-istadju finali tal-konsum huwa biss affettwat b’mod negliġibbli.

    (5)

    Is-sitwazzjoni legali u fattwali li kienet iġġustifikat l-applikazzjoni kurrenti tal-miżura ta’ simplifikazzjoni kkonċernata ma nbidlitx u għadha teżisti. Il-Ġermanja għandha għalhekk tkun awtorizzata tapplika l-miżura ta’ simplifikazzjoni għal perijodu ieħor, iżda limitat fiż-żmien sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tal-miżura.

    (6)

    Id-deroga m’għandu jkollha ebda impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunitajiet li jakkumulaw mill-VAT,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Ġermanja hija awtorizzata li teskludi n-nefqa fuq oġġetti u servizzi mid-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT meta f’iktar minn 90 % tal-każi l-oġġetti u s-servizzi inkwistjoni huma użati għal raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew tal-impjegati tagħha, jew, b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta’ negozju.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. BORG


    (1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 357, 2.12.2004, p. 33.

    (3)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.


    Top