Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0700

2009/700/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta' Settembru 2009 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-bixafen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6771) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 240, 11.9.2009, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/700/oj

11.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Settembru 2009

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-bixafen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6771)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/700/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Tressaq dossier għas-sustanza attiva bixafen minn Bayer CropScience lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-8 ta' Ottubru 2008 b'applikazzjoni għall-kisba tal-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq investigazzjoni preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl sussegwentement intbagħat mill-applikant rispettiv lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u tressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li l-fajl meqjus li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun ta’ ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq dejta jew informazzjoni ulterjuri biex jiċċara ċerti punti fil-fajl.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II għal dik id-Direttiva.

Il-fajl jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stabbiliti fl-Anness III għal dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jqis l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kondizzjoni għal dik l-inklużjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Bixafen

Nru-CIPAC: għadu ma ngħatax

Bayer CropScience

8 ta' Ottubru 2008

UK


Top