EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0697

2009/697/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Ġunju 2009 dwar għajnuna mill-istat C 21/08 (ex N 864/06), mill-Ġermanja għall-benefiċċju ta’ Sovello AG (qabel EverQ GmbH) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 4516) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 237, 9.9.2009, p. 15–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/697/oj

9.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 237/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2009

dwar għajnuna mill-istat C 21/08 (ex N 864/06), mill-Ġermanja għall-benefiċċju ta’ Sovello AG (qabel EverQ GmbH)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 4516)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/697/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (1) [1], u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

Billi:

1.   PROĊEDURI

(1)

Permezz ta’ notifikazzjoni elettronika tal-20 ta’ Diċembru 2006, li fl-istess ġurnata ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni (A/40513), il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni skont l-obbligu tan-notifikazzjoni individwali li jagħmel parti mill-qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti ta’ investiment (2) kbar (minn issa ’l quddiem “MSR tal-2002”), li hija tixtieq toffri għajnuna reġjonali għal proġett kbir ta’ investiment għall-benefiċċju ta’ EverQ GmbH. Fl-24 ta’ Novembru 2008 l- EverQ GmbH ġiet mibdula fil-kumpanija pubblika Sovello AG (3).

(2)

Fis-16 ta’ Frar (D/50671), fis-26 ta’April (D/51786), fl-10 ta’ Lulju (D/52902) u fis-17 ta’ Settembru 2007 (D/53704) il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. Il-Ġermanja għamlet reviżjoni tan-notifikazzjoni u fid-29 ta’ Marzu (A/32775), fid-9 ta’ Mejju (A/33866), fit-28 ta’ Awwissu (A/37024), fis-17 ta’ Ottubru (A/38528), fid-9 ta’ Novembru (A/39223) kif ukoll fit-12 ta’ Novembru 2007 (A/39287) għaddiet l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Fis-6 ta’ Diċembru 2007 saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-uffiċċji amministrattivi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ġermaniżi. Fl-20 ta’ Diċembru 2007 l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw bil-miktub l-informazzjoni mogħtija f’din il-laqgħa (A/40543). Fl-20 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-mistoqsija, jekk dan kienx investiment ta’ darba, u fl-istess ħin talbet tagħrif kummerċjali aġġornat. L-informazzjoni mitluba ġiet mgħoddija lilha fid-19 ta’ Marzu 2008 (A/5454).

(3)

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-20 ta’ Mejju 2008 (irreġistrata bin-numru K(2008) 1844), il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha, li tibda l-proċeduri skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.

(4)

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-15 ta’Awwissu 2008, li ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni fit-18 ta’ Awwissu (A/16933), il-Ġermanja tat il-kummenti tagħha.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata fl-4 ta’ Settembru 2008 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati, biex jagħtu l-kummenti tagħhom.

(6)

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-30 ta’ Settembru 2008, li fl-istess ġurnata ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni (A/20002), il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta’ waħda mill-partijiet interessati. Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-7 ta’ Ottubru 2008 (D/53848) il-Kummissjoni għaddiet dawn il-kummenti lill-Ġermanja. Il-Ġermanja għaddiet aktar informazzjoni permezz ta’ posta elettronika li ġġib id-dati tas-16 u l-24 ta’ April kif ukoll tal-15 ta’ Mejju 2009, li kull waħda minnhom ġiet irreġistrata rispettivment mal-Kummissjoni fl-istess ġurnata (A/8772, A/9822 kif ukoll A/11817).

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   L-għan tal-miżura

(7)

L-għajnuna hija maħsuba għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali. Il-post tal-investiment huwa Thalheim, fid-distrett ta’ Bitterfeld, fir-Reġjun ta’ Sachsen-Anhalt, il-Ġermanja; skont il-mappa taż-żoni ta’ żvilupp fil-Ġermanja (2004-2006) (5) skont l-Artikolu 87 (3)(a) tat-Trattat tal-KE din hija żona ta’ żvilupp.

2.2.   Ir-riċevitur tal-għajnuna

(8)

L-għajnuna nnotifikata għandha tingħata lil Sovello AG (minn issa ‘l quddiem “Sovello”). Sovello ġiet imwaqqfa f’Diċembru tal-2004 bħala joint venture, li tagħha l-Evergreen Solar Inc. (Marlboro, MA, USA, minn issa ’l quddiem “Evergreen”) kellha 75,1 % tal-ishma u l-Q-Cells AG (Thalheim, il-Ġermanja, minn issa ‘l quddiem “Q-Cells”) kellha 24,9 % tal-ishma. Il-produttur ta’ moduli solari Evergreen għandha privattiva għal ’l hekk imsejħa “String-Ribbon-Technology” (6), li għaliha akkwistat liċenzja ta’ joint venture. QCells, waħda mill-akbar produtturi globali ta’ ċelluli solari, permezz tal-kompetenza tagħha bħala produttur ta’ dawn it-tip ta’ ċelluli u tal-esperjenza tagħha stabbiliet ruħha fis-suq tat-teknoloġija solari Ġermaniż.

(9)

F’Novembru tal-2005 il-Korporazzjoni għall-Enerġija li tiġġedded ASA (in-Norveġja, minn issa ’l quddiem “REC”) daħlet b’sehem ta’ 15 % fil-joint venture, filwaqt li Evergreen u Q-Cells naqqsu l-ishma tagħhom għal 64 % u 21 % rispettivament. REC hija waħda mill-akbar produtturi globali ta’ silikon għall-industrija fotovoltajka u l-kumpaniji sussidjarji tagħha jipproduċu wkoll wejfers, ċelluli u moduli solari.

(10)

Mid-19 ta’ Diċembru 2006 (il-ġurnata wara n-notifikazzjoni tal-għajnuna) ‘l quddiem, l-imsieħba fin-negozju Evergreen, Q-Cells u REC għandhom kull wieħed sehem ta’ 33,3 % f’Sovello.

(11)

Is-sommarju li ġej jagħti informazzjoni dwar l-istruttura preżenti tal-kumpanija Sovello:

Image

2.3.   Proġett ta’ investiment

(12)

Il-Ġermanja għandha l-intenzjoni, li tagħti għajnuna reġjonali lil Sovello għal investiment għall-bini ta’ fabbrika ġdida (Sovello 2) għall-produzzjoni ta’ moduli solari.

(13)

Sovello diġa topera l-fabbrika tagħha Sovello 1 (7) f’Thalheim, li f’April tal-2006 ħadet f’idejha l-produzzjoni tal-moduli solari. Fiż-żmien tan-notifikazzjoni kien ippjanat, li sal-aħħar tas-sena 2007 kellha tintlaħaq kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 30 Megawatt-Peak (8). Il-Ġermanja tiddikjara, li din il-fabbrika ġiet konċettwalment iddisinjata bħala proġett pilota, li permezz tiegħu għandha tiġi stabbilità l-possibilità industrijali li tiġi attwata l-iString-Ribbon-Technology tal-Evergreen flimkien mat-teknoloġiji relatati mal-manifattura tal-Q-Cells.

(14)

L-għajnuna notifikata hija relatata ma’ proġett ta’ investiment ġdid, Sovello 2, li għandu jippermetti l-bini ta’ fabbrika ġdida għall-produzzjoni integrata ta’ kwantitajiet kbar ta’ moduli solari skont il-proċedura legalment valida String-Ribbon fuq biċċa art f’Thalheim li tmiss mat-terrirtorju ta’ Sovello 1. Ix-xogħlijiet ta’ bini għal Sovello 2 bdew f’Lulju tal-2006 u ġew konklużi f’Ġunju tal-2008. Sovello 2 għandha tilħaq il-kapaċità nominali sħiħa tagħha ta’ 60 MWp fis-sena 2009 (9).

(15)

Fiż-żmien tan-notifikazzjoni wieħed kien qed jimxi fuq il-bażi, li Sovello 2 ser toħloq madwar 390 post tax-xogħol direttament relatati magħha u minimu ta’ madwar 700 post tax-xogħol indirettament relatata magħha fir-reġjun.

(16)

It-tabella li ġejja tagħti stampa tad-diversi fażijiet taż-żewġ proġetti:

Perijodu

Sovello 1

Sovello 2

Deċiżjoni dwar l-investiment

14.1.2005 (Data tal-kuntratt qafas oriġinali għal joint venture)

Fl-aħħar ta’ Ġunju tal-2006 (wara dikjarazzjoni mill-awtoritajiet Ġermaniżi)

Applikazzjoni għall-għajnuna

27.12.2004 (għas-sussidju SK)

20.2.2006 (għas-sussidju SK)

Data tal-approvazzjoni

21.4.2005

(deċiżjoni għas-sussidju SK)

15.12.2006

(deċiżjoni għas-sussidju SK, soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni)

Kuntratt għax-xiri tal-art

27.6.2005

30.6.2006

Bidu tax-xogħlijiet

2005

Lulju 2006

Notifikazzjoni

1.9.2005 (10)

20.12.2006

Perijodu ppjanat tal-investiment

1.1.2005-31.12.2007

24.7.2006-30.6.2008

Bidu tal-produzzjoni

Frar 2006

It-tieni kwart tas-sena 2007

Żmien meta tintlaħaq il-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni

Fl-aħħar ta’ Ġunju tal-2006 (30 MWp)

Fl-aħħar ta’ Ġunju tal-2007 (60 MWp)

Approvazzjoni tal-Kummissjoni

7.6.2006 (Bonus tal-SME)

 

2.4.   Bażi legali

(17)

L-għajnuna tingħata fuq il-bażi tar-regolamenti dwar għajnuna li ġejjin: “Titjib tal-istrutturi ekonomiċi reġjonali” (għajnuna mill-istat N 642/02 (11) – minn issa ‘l quddiem “sistema SK”), “Liġi fuq il-konċessjonijiet fiskali għall-investiment tal-2005” (għajnuna mill-istat N 142a/04 (12) u r-regolament suċċessiv tiegħu “Liġi dwar il-konċessjonijiet fiskali għall-investiment tal-2007” (għajnuna mill-istat N 357a/06 (13).

2.5.   Spejjeż tal-investiment

(18)

Skont in-notifikazzjonijiet aġġornati tal-Ġermanja tas-16 u l-24 ta’April 2009, l-ispejjeż sħaħ tal-investiment għal Sovello 2 (nominali) jammontaw għal 118 418 780 Euro (valur fil-preżent ta’ 114 882 310 Euro (14) u qed jiġu kkunsidrati kollha kemm huma bħala għajnuna reġjonali. Fit-tabella I hemm elenkati l-ispejjeż kollha tal-investiment għall-proġett notifikat:

Tabella I

Elenkar tal-ispejjeż tal-proġett

(f’Euro)

2006

2007

2008

Total ta’ (nominali)

Total ta’ (valur fil-preżent 31.12.2006)

[…]

[…]

[…]

118 418 780

114 882 310

2.6.   Finanzjament tal-proġett

(19)

Skont in-notifikazzjonijiet aġġornati tal-Ġermanja tas-16 u l-24 ta’April 2009 Sovello ffinanzjat il-proġett permezz ta’ 87 313 015 Euro mir-riżorsi tagħha stess u permezz ta’ self minn bank (mhux kopert minn garanzija statali) kif ukoll l-għajnuna li hija applikat għaliha ta’ 31 105 765 Euro. Għalhekk il-kontribuzzjoni ta’ Sovello li mhix ġejja minn sussidju pubbliku tammonta mill-inqas għal 25 % tal-ispejjeż sħaħ intitolati għall-għajnuna.

2.7.   L-intensità massima tal-għajnuna reġjonali applikabbli

(20)

Fir-rigward tal-Artikolu 87 (3) (a) tat-Trattat tal-KE, Thalheim (distrett ta’ Bitterfeld, belt ta’ Dessau, reġjun ta’ Sachsen-Anhalt) tagħmel parti miż-żona għall-iżvilupp. Skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-istat nazzjonali b’għan reġjonali (15) (minn issa ‘l quddiem “Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali tal-1998”) u skont il-mappa taż-żoni ta’ żvilupp fil-Ġermanja 2004-2006 (16), li kienet valida fiż-żmien li saret in-notifika, għall-għajnuna għal intrapriżi kbar f’din iż-żona, hija permessa intensità massima tal-għajnuna ta’ 35 % tal-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross (minn issa ‘l quddiem “BSÄ”).

2.8.   Ammont tal-għajnuna u intensità tal-għajnuna

(21)

Fir-rigward tal-applikazzjoni possibbli ta’ bonus ta’ koeżjoni fuq il-bażi tal-punt 25 tal-MSR tal-2002, il-Ġermanja nnotifikat żewġ ammonti u żewġ intensitajiet ta’ għajnuna differenti. Il-punt 25 tal-MSR tal-2002 jgħid hekk: “L-intensità massima ta’ għajnuna permessa […] tista’ tiżdied billi tiġi mmultiplikata bil-fattur 1.15, jekk il-proġett li qed jiġi ssussidjat bħala ‘proġett kbir’ skont l-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999  (17) […] jiġi kofinanzjat.” Iżda skont l-Artikolu 87 (3) (a) tat-Trattat tal-KE, il-parti tal-kofinanzjament minn riżorsi tal-komunità f’żona għall-iżvilupp għandu jammonta mill-inqas għal 25 % tal-infiq kollu uffiċjali u l-intensità massima tal-għajnuna, riżultat tal-bonus ta’ koeżjoni ma tistax taqbeż il-75 % tar-rata massima ta’ għajnuna reġjonali applikabbli (punti 25 u 26 tal-MSR tal-2002).

(22)

L-ewwel intensità tal-għajnuna notifikata mill-Ġermanja kienet tammonta għal 22,46 % tal-BSÄ (dan ifisser ammont ta’ għajnuna ta’ 30,526 miljun Euro). Din hija intensità massima tal-għajnuna mingħajr bonus ta’ koeżjoni, li ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż intitolati għall-għajnuna oriġinarjament notifikati b’valur fil-preżent ta’ 135,934 miljun Euro, li għalihom ġiet applikata l-proċedura ta’ tnaqqis skont il-punt 21 tal-MSR tal-2002, kif ukoll b’kunsiderazzjoni tar-rata massima ta’ għajnuna reġjonali ta’ 35 % tal-BSÄ.

(23)

Jekk il-bonus ta’ koeżjoni jiġi applikat (minn issa ‘l quddiem “għajnuna b’bonus ta’ koeżjoni”), l-ammont massimu ta’ għajnuna fejn hemm spejjeż intitolati għall-għajnuna ta’ 135,934 miljun Euro jitla’ għal 35,105 miljun Euro (valur fil-preżent; dan ifisser intensità massima tal-għajnuna ta’ 25,83 % tal-BSÄ). Din l-intensità tal-għajnuna hija bbażata fuq il-punt 25 tal-MSR tal-2002.

(24)

It-tieni intensità tal-għajnuna, li l-Ġermanja nnotifikat f’każ li jiġi applikat il-bonus ta’ koeżjoni, meta bbażata fuq l-ispejjeż kollha tal-investiment intitolati għall-għajnuna tammonta għal 23,83 % tal-BSÄ (dan ifisser ammont ta’ għajnuna ta’ 35,336 miljun Euro (nominali) jew 32,397 miljun Euro (valur fil-preżent).

(25)

Fis-16 u fl-24 ta’ April 2009, il-Ġermanja għaddiet informazzjoni aġġornata u infurmat lill-Kummissjoni, li fl-aħħar mill-aħħar l-ispejjeż kollha għall-investiment intitolati għall-għajnuna ta’ Sovello 2 jammontaw għal 118 418 780 Euro (114 882 310 Euro valur fil-preżent) u li l-għajnuna għal Sovello 2 f’każ li jiġi applikat il-bonus ta’ koeżjoni tammonta għal (nominali) 31 105 765 Euro (27 367 723 Euro valur fil-preżent), li tfisser intensità tal-għajnuna ta’ 23,8224 % tal-BSÄ. Barra minn hekk ġie ddikjarat, li l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ sussidju dirett ta’ 17 220 066 Euro u ta’ sussidju għall-investiment ta’ 13 885 699 Euro fis-sena 2009.

(26)

L-awtoritajiet Ġermaniżi għamlu proposta ta’ proġett kbir, sabiex fir-rigward tal-programm operattiv “Sachsen-Anhalt” jirċievu kofinanzjament mill-fondi tal-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp (ERDF) li jammonta (nominali) għal 9,118 miljun Euro (18). Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta l-proposta fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet viġenti għal proġetti kbar tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 bi speċifikazzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali, ir-rekwiżiti għall-għoti tal-bonus ta’ koeżjoni ma jiġux sodisfatti. F’dan il-każ, is-sussidju u għalhekk l-għajnuna sħiħa stipulati fin-notifikazzjoni jonqsu, sabiex il-valuri marġinali, espressi bħala BSÄ, li f’dan il-każ jiġu applikati mingħajr l-għoti tal-bonus ma jinqabżux.

(27)

Skont il-paragrafu IX.2(m) tad-deċiżjoni dwar is-sussidju SK (19) l-għoti tal-inċentiv għall-investiment jiddependi mill-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni.

(28)

Fin-notifikazzjoni ġie ddikjarat, li l-għajnuna għall-proġett innotifikata ma ġietx magħquda ma’ għajnuniet riżultat ta’ Regolamenti oħra lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-KE sabiex jiġu koperti l-istess spejjeż intitolati għal sussidju.

(29)

Il-Ġermanja assigurat, li r-riċevitur tal-għajnuna kien applika qabel il-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett. Skont l-ittra ta’ approvazzjoni l-applikazzjoni għall-għajnuna ġiet sottomessa fl-20 ta’ Frar 2006, waqt li l-proġett ta’ investiment beda f’Lulju tal-2006.

(30)

Il-Ġermanja kkonfermat ukoll, li l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont massimu tal-għajnuna, li jiġu approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni mhux ser jiġu maqbuża, anke f’każ li l-ispejjeż intitolati għall-għajnuna jkunu inqas jew aktar.

2.9.   Obbligi ġenerali

(31)

Fil-paragrafu IX.2(f) tal-ittra ta’ approvazzjoni dwar is-sussidju dirett kif ukoll fis-sors statutorju Ġermaniż għar-regolamenti dwar l-għajnuna hemm iddikjarat, li r-riċevitur tal-għajnuna għandu jibqa’ minimu ta’ ħames snin fis-sit fejn sar l-investiment.

(32)

Il-Ġermanja hemżet kopja tal-ittra ta’ approvazzjoni man-notifikazzjoni. Barra minn hekk assigurat, li

kull ħames snin minn wara l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni tissottometti lill-Kummissjoni rapport temporanju (b’informazzjoni dwar l-ammonti ta’ għajnuna mħallsa, dwar l-implimentazzjoni tal-ittra ta’ approvazzjoni u dwar proġetti oħra ta’ investimenti fl-istess sit/fl-istess impjant tal-manifattura);

fi żmien sitt xhur minn wara l-ħlas tal-aħħar parti tal-għajnuna tissottometti lill-Kummissjoni rapport finali skont il-pjan ta’ finanzjament notifikat.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(33)

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura għal investigazzjoni formali, il-Kummissjoni oġġezzjonat għall-aspetti li ġejjin.

(34)

Skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002 proġett ta’ investiment ma jistax jiġi maqsum b’mod fittizju fi proġetti parzjali, sabiex jintlaħaq il-għan li jiġu evitati l-ispeċifikazzjonijiet tal-MSR tal-2002. Għalhekk wieħed jagixxi fuq is-suppożizzjoni, li l-investimenti kollha fil-faċilitajiet tal-impjant tal-manifattura li jsiru fuq perijodu ta’ tliet snin jagħmlu parti mill-proġett ta’ investiment. Bil-frażi impjant tal-manifattura skont dan il-paragrafu wieħed jifhem “entità kummerċjali b’assi fissi li ma tistax tiġi diviża, li l-komponenti tagħhom jissodisfaw funzjoni teknika partikulari, li huma fiżikament jew funzjonalment magħquda flimkien u għandhom għan ċar (pereżempju l-produzzjoni ta’ prodott partikolari)”. L-Istati Membri jista’ jkollhom it-tendenza, li minflok investiment wieħed jippruvaw jinnotifikaw żewġ investimenti individwali, sabiex permezz ta’ hekk wara l-applikazzjoni tal-proċedura awtomatika tat-tnaqqis skont il-punt 21 tal-MSR tal-2002 jakkwistaw intensità ta’ għajnuna massima ogħla (20).

(35)

Peress li bejn il-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett Sovello 1 (2005) u dak tax-xogħlijiet fuq il-proġett Sovello 2 (Lulju 2006) għaddew anqas minn tliet snin, il-Kummissjoni normalment tassumi, kif stabbilit fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li ż-żewġ proġetti flimkien huma investiment uniku, għalhekk il-kriterji elenkati fil-punt 49 tal-MSR tal-2002 ikunu ġew sodisfatti.

(36)

F’dan ir-rigward il-Kummissjoni nnotat li Evergreen kellha impjant pilota f’Marlboro, li fih il-kumpanija kienet twettaq riċerka u żvilupp (minn issa ‘l quddiem “riċerka u żvilupp”) u tmexxi testijiet għal linja tal-produzzjoni pilota għall-applikazzjoni tal-iString-Ribbon-Technology. Fil-konfront ta’ dan hija stabbiliet, li Sovello 1 qed turi stat ta’ kummerċjalizzazzjoni sinjifikanti minħabba li l-produzzjoni f’April tal-2006 żdiedet u l-moduli kollha prodotti f’April, Mejju u Ġunju tal-2006 inbiegħu immedjatament fuq is-suq. Għalhekk il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni proviżorja, li apparentament Sovello 1 ma ġietx primarjament maħsuba sabiex turi li teknikament u teknoloġikament huwa possibbli li jkunu prodotti impjanti solari skont l-iString-Ribbon-Technology, iżda sabiex tevalwa l-produttività kummerċjali u l-kapaċitajiet industrijali tat-teknoloġiji u tal-proċeduri tal-produzzjoni tal-imsieħba fil-joint venture u sabiex tibbenefika mill-iżvilupp mgħaġġel mistenni fis-suq Ġermaniż.

(37)

Barra minn hekk il-Kummissjoni ddikkjarat, li l-kumplessità tal-ewwel investiment f’Sovello 1 (kapaċità 30 MWp) ma tistax tiġi klassifikata bħala insinjifikanti. Fl-opinjoni tagħha f’każ li Sovello 2 tilħaq il-kapaċità ta’ 60 MWp, meta mqabbla mal-produttività ta’ Sovello 1, finalment wieħed ma jistax jibqa’ jirreferi għaliha bħala “produzzjoni grupp grupp”. Għalhekk f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż għal Sovello 2, il-fattur tal-multiplikazzjoni jammonta biss għal 2, filwaqt li għall-proġett kbir ta’ investiment Qimonda dan il-fattur kien jammonta għal 13. Fil-każ Qimonda, il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni, li l-proġett notifikat flimkien ma’ proġett pilota li kien sar qabel ma ffurmawx investiment uniku (deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2008 (21), minn issa ‘l quddiem “deċiżjoni Qimonda”).

(38)

Fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti fil-Każ T-184/97 (22) kif ukoll tad-definizzjoni tal-frażijiet “riċerka industrijali”, “żvilupp sperimentali” u “innovazzjoni ta’ proċessi” fil-qafas għal għajnuniet mill-istat tal-Komunità għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (23) (minn issa ‘l quddiem “Qafas tal-Komunità għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni”) il-Kummissjoni esprimiet dubju serju, dwar jekk Sovello 1 jistax jiġi meqjus bħala proġett pilota u għalhekk bħala proġett separat mill-proġett Sovello 2.

(39)

Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni, li f’każ li Sovello 1 ma jiġix meqjus bħala proġett pilota, (fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni globali tal-kriterji elenkati fil-punt 49 tal-MSR tal-2002) jista’ jiġi klassifikat flimkien ma’ Sovello 2 bħala investiment uniku. Wara li ġie kkunsidrat il-fatt, li fi żmien tliet xhur minn wara li bdiet il-produzzjoni kummerċjali fl-ewwel impjant, bdew ix-xogħlijiet fuq it-tieni impjant, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li minkejja l-argumenti tal-Ġermanja dwar is-separazzjoni fiżika taż-żewġ impjanti u dwar in-nuqqas tal-konnessjoni funzjonali bejniethom, il-każ jirrigwarda intrapriża waħda li għandha għad-dispożizzjoni tagħha żewġ impjanti tal-produzzjoni fuq artijiet li jmissu ma’ xulxin, liema impjanti tal-produzzjoni jimmanifatturaw bl-użu tal-istess teknoloġija.

(40)

Mill-kuntratt oriġinali tal-joint venture, il-Kummissjoni iddeduċiet, li l-imsieħba kienu ppjanaw investiment ħafna akbar minn Sovello 1 liema proġett kellu jiġi mwettaq f’diversi fażijiet. Barra minn hekk, fl-opinjoni tagħha ma kienx ċar jekk l-ispejjeż addizzjonali għad-disinn konċettwali ta’ proġetti separati minflok investiment integrat humiex ogħla mill-ammont addizzjonali ta’ għajnuna li jirriżulta jekk iż-żewġ proġetti ma jiġux meqjusa bħala investiment uniku (u l-proċedura ta’ tnaqqis skont il-punt 21 tal-MSR tal-2002 korrispondentament ma kinitx tiġi applikata għaż-żewġ proġetti flimkien).

(41)

B’kunsiderazzjoni tar-raġunijiet imsemmija, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha jekk l-għajnuna notifikata hijiex meħtieġa u jekk iva liema ammont ta’ għajnuna huwa meħtieġ sabiex din tkun ta’ inċentiv għall-investiment u jekk hija tistax tiġi kkunsidrata bħala konformi mal-MSR tal-2002 kif ukoll mas-Suq Komuni.

4.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET KONĊERNATI

(42)

Wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea xi kummenti waslu għand il-Kummissjoni. L-opinjonijiet tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Industrija Fotovoltajka (24) (European Photovoltaic Industry Association, EPIA) jistgħu jiġu mqassra kif ġej.

4.1.   L-industrija solari – suq b’rata ta’ tkabbir għolja

(43)

Skont l-EPIA, is-suq tal-industrija solari huwa kkaratterizzat minn rata għolja ta’ tkabbir kontinwa. Din hija riżultat tad-domanda globali dejjem tikber għal prodotti fotovoltajċi kif ukoll tat-teknoloġija dinamika u tal-grad ta’ innovazzjoni dejjem jogħla. Il-prontezza hija fattur essenzjali għall-implimentazzjoni ta’ innovazzjonijiet fuq livell industrijali. Sabiex il-kompettività tal-industrija solari tiżdied malajr, l-ispejjeż għall-produzzzjoni ta’ kurrenti elettriċi mill-enerġija solari għandhom jonqsu. Fir-rigward tal-produzzjoni ta’ kurrenti elettriċi mill-enerġija solari, l-ispejjeż relatati max-xiri ta’ sistemi solari għandhom rwol sinjifikanti. Min-naħa l-oħra l-ispejjeż għall-produzzjoni ta’ sistemi solari jiddependu mit-teknoloġiji wżati u mill-ispejjeż relatati mal-materja prima u materjali.

(44)

Fl-opinjoni tal-EPIA, il-fatt li t-teknoloġija u l-innovazzjoni huma ta’ importanza essenzjali jidher ċar, l-ewwelnett min-numru dejjem jikber ta’ miżuri ta‘ koperazzjoni bejn intrapriżi u/jew istituzzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll min-numru dejjem jikber ta’ kumpaniji ġodda f’dan is-settur.

4.2.   Proġetti pilota fl-industrija solari

(45)

Skont l-EPIA innovazzjonijiet u teknoloġiji ġodda jiġu żviluppati u implimentati fuq il-bażi ta’ kriterji ekonomiċi. Sabiex jiġu limitati r-riskji ekonomiċi tal-investituri u tiġi ttestjata l-vijabilità teknoloġika u/jew ekonomika tal-innovazzjoni fuq kriterji partikulari, ir-riċerka u l-iżvilupp f’dan il-qasam kif ukoll l-implimentazzjoni industrijali tal-innovazzjonijiet isiru f’fażijiet. Għalhekk il-proġetti pilota huma ideali sabiex, permezz ta’ għanijiet konkreti, problemi tekniċi u/jew kummerċjali relatati mal-innovazzjonijiet jiġu solvuti b’riżorsi limitati u b’riskji kalkulabbli. Il-proġetti pilota jsiru anke fil-kwadru ta’ innovazzjonijiet relatati ma’ prodotti u proċeduri għal innovazzjonijiet f’teknoloġiji li għamlu suċċess industrijalment, għaliex tkabbir fil-kapaċità huwa biss ekonomikament ġustifikabbli, jekk proċess tal-produzzjoni pilota jkun wera li l-produzzjoni grupp grupp hija possibli. Fil-fatt tkabbir mgħaġġel fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni huwa kruċjali għas-suċċess. Għalhekk ħafna drabi kapaċitajiet ġodda tal-produzzjoni jiġu direttament żviluppati wara l-produzzjoni pilota b’suċċess.

4.3.   L-iString-Ribbon-Technology għadha ma ġietx ittestjata industrijalment

(46)

Skont l-EPIA, Sovello tapplika l-iString-Ribbon-Technology sabiex permezz ta’ proċedura kontinwa jiġu rkuprati strixxi tas-silikon għall-produzzjoni ta’ wejfers kristallini. Meta mqabbla mat-teknoloġija tradizzjonali għall-qtugħ għall-produzzjoni ta’ wejfers kristallini, f’din il-proċedura jidher ċar li huwa meħtieġ inqas silikon, għalhekk hija espliċitament aktar ekonomika. Qabel il-bini ta’ Sovello 1 l-iString-Ribbon-Technology għall-produzzjoni ta’ wejfers kienet għadha qatt ma giet ittestjata industrijalment. Barra minn hekk madwar id-dinja kollha ma kien hemm l-ebda intrapriża li f’dak iż-żmien kienet fil-pożizzjoni, li tipproċessa dawn l-iString-Ribbon-Wejfers f’ċelluli solari u konsegwentement f’moduli solari. Bl-iString-Ribbon-Technology, Sovello tkopri l-katina tal-valur miżjud minn wejfers sa ċelluli sa moduli. Din l-integrazzjoni teknoloġikment innovattiva fil-katina tal-valur miżjud kellha tiġi ittestjata industrijalment.

5.   IL-KUMMENTI TAL-ĠERMANJA

(47)

Il-Ġermanja għaddiet aktar informazzjoni sabiex tiċċara l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-mistoqsija jekk iż-żewġ investimenti Sovello 1 u Sovello 2 flimkien jiffurmawx investiment wieħed skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002. Il-Ġermanja hija tal-opinjoni, li Sovello 1 huwa proġett pilota u skont id-deċiżjoni Qimonda għandu jitqies bħala proġett ta’ investiment indipendenti. Din l-opinjoni hija bbażata fuq l-argumenti li ġejjin:

5.1.   Sovello 1 huwa proġett pilota

(48)

Il-Ġermanja ssostni li l-investiment Sovello 1 għandu jiġi klassifikat bħala proġett pilota. Hawnhekk hija tirreferi għal definizzjoni tal-OECD (25) skont liema definizzjoni l-bini u l-operat ta’ impjant pilota huwa riżultat tar-riċerka u żvilupp jekk l-għan prinċipali jikkonsisti fil-kisba ta’ konoxxenza u fil-ġabra ta’ dejta teknika u dejta oħra. Skont id-definizzjoni tal-OECD, proġett pilota ma jiġix imwettaq biss, sabiex tiġi ttestjata l-probabilità li tiġi attwata teknoloġija ġdida, iżda wkoll sabiex jiġu evalwati l-effiċjenza operattiva, l-effiċjenza tal-ispejjeż u t-titjib tekniku qabel ma tibda l-produzzjoni grupp grupp. It-twettiq b’suċċess tal-proġett pilota huwa għalhekk fl-opinjoni tal-Ġermanja, “conditio sine qua non” għall-bidu u t-tmexxija tal-produzzjoni grupp grupp.

(49)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni, li l-investiment Sovello 1, b’kunsiderazzjoni tal-innovazzjonijiet relatati ma’ proċessi u ma’ prodotti, jista’ jiġi attribwit mal-frażijiet “riċerka industrijali” u “innovazzjoni relatata ma’ proċessi” tal-Qafas tal-Komunità għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Fl-opinjoni tagħha, il-fatt li l-benefiċjarju, sa mill-bidu nett, kellu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-prodotti manifatturati f’Sovello 1 m’għandux ikun il-fattur deċisiv fid-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni bħala investiment uniku billi l-Kummissjoni ma applikatx dan l-aspett fid-deċiżjoni Qimonda. Il-Ġermanja tispjega li l-għan u d-disinn konċettwali ta’ proġett pilota u l-investiment Sovello 1 mhumiex differenti.

(50)

Il-Ġermanja tiddikjara li l-proġett Sovello 1 jissodisfa b’mod ċar dawn il-kondizzjonijiet. Sovello ġiet imwaqqfa mill-imsieħba ta’ joint venture Q-Cells u Evergreen f’Jannar tal-2005, sabiex jagħtu evidenza tal-probabilità industrijali li tiġi attwata l-iString-Ribbon-Technology tal-Evergreen flimkien mat-teknoloġija tal-manifattura ta’ Q-Cells (produzzjoni ta’ ċelluli solari u know-how fil-qasam ta’ impjanti u proċessi tal-produzzjoni).

(51)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni, li l-ġudizzju tal-Qorti tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-184/97 mhux kontra l-klassifikazzjoni ta’ Sovello 1 bħala proġett pilota u fil-każ preżenti din mhijiex relevanti, għaliex m’hemm l-ebda dikjarazzjoni dwar il-mistoqsija jekk hux investiment wieħed.

(52)

Skont il-Ġermanja Sovello 1 huwa l-ewwel impjant awtomatizzat u kompletament integrat għall-produzzjoni ta’ moduli solari fuq il-bażi tal-iString-Ribbon-Technology fid-dinja.

(53)

Il-Ġermanja tikkonferma, li Evergreen għandha impjant pilota f’Marlboro, li fih il-kumpanija tmexxi riċerka u proċessi ta’ żvilupp u testijiet għal-linja ta’ produzzjoni pilota għall-applikazzjoni tal-iString-Ribbon-Technology. F’Sovello 1 għalhekk m’għandux għalfejn jiġi investigat jekk il-produzzjoni ta’ moduli solari skont l-iString-Ribbon-Technology hix possibbli; Evergreen digà investigat dan b’suċċess permezz tal-manifattura f’laboratorji f’Marlboro. Il-mistoqsija tikkonċerna aktar il-fatt jekk il-produzzjoni industrijali grupp grupp hix teknoloġikament (u ekonomikament) possibbli. Il-Ġermanja tiddikjara li f’Marlboro qatt ma saret manifattura industrijali u għalhekk la fil-qasam tal-manifattura ta’ wejfers la fil-qasam tal-manifattura ta’ ċelluli u lanqas ta’ moduli. F’Sovello 1 kienu jiġu prodotti moduli tat-tip “Spruce Line”, f’Marlboro moduli tat-tip “Cedar Line”. Dawn iż-żewġ tipi huma differenti minn xulxin l-ewwel nett minħabba l-fatt, li l-moduli tat-tip “Cedar Line” jiġu manifatturati manwalment filwaqt li l-produzzjoni f’Sovello hija estensivament awtomatizzata.

(54)

L-impjant f’Marlboro laħaq kapaċità ta’ 15 MWp fis-sena 2004 li hija attribwita għall-installazzjoni ta’ fran ġodda għall-iffurmar termali tal-wejfers. Skont il-Ġermanja dan m’għandux iwassal għall-konklużjoni li hemmhekk kien hemm teknoloġiji għall-manifattura industrijali ta’ ċelluli u moduli tat-tip String-Ribbon jew li ġie mwettaq b’suċċess ħruġ tal-produzzjoni skont miżuri industrijali. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq f’Marlboro kienu jiġu prodotti tip ta’ moduli differenti minn dawk prodotti f’Sovello 1. Il-Ġermanja tirreferi wkoll għall-fatt li fl-industrija solari qed jiġu mwettqa proġetti pilota b’kapaċitajiet bejn 10 u 30 MWp. Mninħabba l-fatt li Sovello 1 tinsab fit-tarf ta’ fuq ta’ din is-serje ma jistax jiġi konkluż li dan ma kienx proġett pilota. Il-kapaċità ta’ Sovello 1 (30 MWp) hija riżultata tal-kapaċità tal-[…] (26) żviluppat minnha stess għal din il-fabbrika.

(55)

Il-Ġermanja tkompli tikkumenta li fabbriki bl-iString-Ribbon-Technology bil-livell ta’ konoxxenza tal-lum jilħqu kapaċitajiet ta’ 75-80 MWp. Għalhekk l-ebda investitur ma kien ser iwaqqaf fabbrika kbira fuq il-bażi ta’ teknoloġija kompletament ġdida li għadha ma ġietx ippruvata.

(56)

Il-Ġermanja targumenta li fiż-żmien li sar l-investiment Sovello 1 ma kienx hemm standards relatati mad-disinn konċettwali tekniku tal-magni u l-impjanti li huma meħtieġa għall-produzzjoni grupp grupp ta’ moduli solari skont l-iString-Ribbon-Technology innovattiva. Peress li għal Sovello ġie mmirat li jintlaħaq livell tal-produzzjoni speċifiku u ogħla minn dak tal-impjanti f’Marlboro (rendiment minimu ta’ […] grad ta’ effiċjenza taċ-ċellluli ta’ […] u żieda fil-grad tal-effiċjenza taċ-ċelluli b’[…] punti perċentwali), la kien possibli li tiġi sempliċiment “ikkupjata” l-manifattura sperimentali f’Marlboro u lanqas li jintużaw il-proċessi tal-produzzjoni tradizzjonali ta’ Q-Cells (27). Il-Ġermanja tagħti numru ta’ eżempji biex tibbaża dan l-argument.

(57)

Il-Ġermanja tkompli targumenta li l-fażi qasira tal-ittestjar u riżultat mgħaġġel kif ukoll il-bejgħ kummerċjali mgħaġġel m’għandhomx imorru kontra l-klassifikazzjoni ta’ Sovello 1 bħala proġett pilota. Il-“produzzjoni pilota” tal-impjanti f’Marlboro ġew mibjugħa wkoll. Dan jiġi ġġustifikat mid-domamda għolja għal prodotti solari. Moduli b’inqas rendiment u bi grad tal-efiċjenza iżgħar jimmiraw biss li jkollhom prezz inqas. Li kieku l-valuri reali għar-rendiment u l-grad ta’ effiċjenza ma laħqux l-istandards immirati, kieku l-proġett pilota Sovello 1 kien ifalli. F’dan il-każ ukoll xorta kienu jinbiegħu moduli prodotti sabiex jonqos it-telf akkumulat.

(58)

Il-Ġermanja tispjega li bejn il-bidu tal-produzzjoni f’Sovello 1 u x-xogħlijiet f’ Sovello 2 kien hemm ħames xhur (mhux kif ġie komunikat fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċeduri ta’ investigazzjoni formali mill-Kummissjoni; tliet xhur).

(59)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni, li l-fażi tal-ittestjar għall-impjant pilota Sovello 1 kien daqshekk qasir għaliex is-separazzjoni ġenerali fil-fergħat kollha bejn il-fażi tal-investiment u l-fażi tal-operat (reklutaġġ ta’ ħaddiema mħarrġa, koperazzjoni mal-produtturi tal-magni, kuntratti għall-forniment ta’ materjali għall-produzzjoni u partijiet minn kmieni, separazzjoni fis-sens ta’ spazju bejn il-manifattura ta’ ċelluli u l-manifattura ta’ moduli) ma saritx u għaliex il-proġett kollu kien ippjanat tajjeb ħafna.

5.2.   Il-proġetti ta’ investiment Sovello 1 u Sovello 2 huma proġetti separati

(60)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja l-kriterji kollha msemmija fil-punt 49 tal-MSR tal-2002 għandhom jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv, sabiex Sovello 1 u Sovello 2 jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala investiment wieħed. Il-Ġermanja tippreżenta numru ta’ argumenti biex isaħħaħ dawn l-interpretazzjonijiet u tibbażahom fuq id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda s’issa, speċjalment fuq id-deċiżjoni Qimonda, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-AMD (28) (minn issa ‘l quddiem “deċiżjoni AMD”) u fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Q-Cells (29) (minn issa ‘l quddiem “deċiżjoni Q-Cells”). Peress li fil-każ ta’ Sovello 1 u Sovello 2 din il-kondizzjoni ma gietx sodisfatta, iż-żewġ proġetti għandhom jiġu kkunsidrati bħala proġetti ta’ investiment indipendenti.

(61)

Il-Ġermanja tassigura li Sovello 1 u Sovello 2 m’huma la fiżikament, la teknikament u lanqas funzjonalment konnessi flimkien. Huma siti tal-produzzjoni separati b’ impjanti tal-produzzjoni kompletament awtosuffiċjenti, b’assi kapitali separati (art, bini, magni u impjanti) u b’konnessjonijiet separati man-netwerk tat-toroq pubbliku (numri tal-bieb differenti), liema siti jinsabu fuq biċċiet ta’ art separati (madanakollu jmissu ma’ xulxin) li ġew akkwistati fi żminijiet differenti (30). Skont il-Ġermanja, iż-żewġ siti tal-produzzjoni jkopru l-katina sħiħa tal-valur miżjud (minn wejfers sa ċelluli sa moduli String-Ribbon). Huma jistgħu jinbiegħu separatament, mingħajr ma jkun jeħtieġ li jsiru bidliet fiżiċi fil-proċess tal-produzzjoni (31).

(62)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni il-paragun bejn Sovello 1 u Sovello 2 jispejga b’mod ċar id-differenzi relatati mat-teknoloġija tal-manifattura (teknoloġiji ġodda relatati ma’ proċessi, produzzjoni ta’ wejfers irqaq) u mal-kwalità (rendiment ogħla) tal-prodotti (intermedjarji) (wejfers, ċelluli u moduli).

(63)

Il-Ġermanja targumenta b’mod partikulari li d-dritt għax-xiri li ngħata lill Sovello fil-kuntratt tal-bejgħ tal-art għall-art li tmiss ma’ Sovello 1 kien jinvolvi obbligu tal-bejjiegħ u li fuq il-bażi tar-regolamenti dwar għajnuniet applikabbli mhuwiex xieraq li x-xiri tal-art jitqies bħala l-bidu ta’ proġett ta’ investiment. Għalhekk fl-opinjoni tal-Ġermanja d-dritt għax-xiri mhuwiex evidenza ċara ta’ pjan ta’ investiment integrattiv li jinkludi kemm lil Sovello 1 kif ukoll lil Sovello 2.

(64)

Il-Ġermanja tirreferi għall-fatt li l-Kummissjoni fid-deċiżjoni Q-Cells waslet għall-konklużjoni li żewġ investimenti mhumiex marbuta ma’ xulxin jekk iż-żewġ investimenti għandhom x’jaqsmu ma’ artijiet, bini u tagħmir differenti għal kull investiment li jiġu amministrati separatament u l-ġestjoni fil-qasam strateġiku u kummerċjali biss tkun komuni. Fil-każ ta’ Sovello 1 u Sovello 2 il-ġestjoni komuni fil-qasam strateġiku u kummerċjali hija biss għal raġunijiet purament kummerċjali u mhijiex indispensabbli għall-eżistenza u s-suċċess taż-żewġ proġetti.

(65)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li l-pjan strateġiku preżenti li (kif spjegat fil-kuntratt oriġinali tal-intraprża bejn tnejn jew aktar) kien jipprevedi żieda fil-kapaċitajiet jekk il-proġett pilota jkun suċċess, m’għandux jiġi evalwat b’mod differenti mill-pjanijiet relevanti fid-deċiżjoni Qimonda.

(66)

Il-Ġermanja tispjega, li biż-żewġ proġetti ta’ investiment Sovello 1 u Sovello 2 għandhom jintlaħqu għanijiet differenti, avolja ż-żewġ każijiet jinvolvu l-produzzjoni ta’ moduli solari. Sovello 1 jixbah aktar lil studju dwar il-vijabilità (għall-ittestjar tal-vijabilità teknoloġika u kummerċjali tal-produzzjoni industrijali fuq il-bażi tal-iString-Ribbon-Technology fil-katina sħiħa tal-valur miżjud), filwaqt li Sovello 2 huwa marbut mal-produzzjoni kummerċjali fi gruppi ta’ gruppi partikulari ta’ prodotti, liema produzzjoni tiġi standardizzata fil-kwadru tal-għarfien tekniku miġbur minn Sovello 1.

(67)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja, fil-paragun miġjub fil-punt 61 tad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali (bejn il-fattur tal-multiplikazzjoni għall-ispejjeż tal-investiment, li kienu suġġett tad-deċiżjoni Qimonda, u l-fattur relevanti għaż-żewġ proġetti Sovello) ma ġewx ikkunsidrati karatteristiċi speċifiċi ta’ setturi u għalhekk mhuwiex adattat sabiex jiġi eskluż li Sovello 1 huwa proġett pilota. Il-Ġermanja tkompli li l-ispejjeż imsemmija fid-deċiżjoni Qimonda huma relatati ma’ tliet proġetti ta’ investiment li l-ispejjeż għal bini u impjanti fl-industrija tas-semikondutturi huma ħafna ogħla minn dawk fl-industrija solari u li l-kapaċitajiet għal kull magna fl-industrija tas-semikondutturi huma konsiderevolment iżgħar (għal liema raġuni fl-industrija tas-semikondutturi jeħtieġ li jinxtraw aktar magni). Barra minn hekk proġetti pilota fl-industrija tas-semikondutturi huma relattivament marbuta ma’ ftit spejjeż, għaliex il-magni huma ħafna aktar standardizzati. Fl-opinjoni tal-Ġermanja proporzjon aktar għoli tal-ispejjeż ta’ proġett konsegwenti u tal-ispejjeż ta’ proġett pilota jista’ jiġi attribwit anke għal saħħa finanzjarja akbar tal-investitur (u għalhekk tista’ tiġi garantita għajnuna mill-istat żgħira).

(68)

Il-Ġermanja hija tal-opinjoni li d-dikjarazzjoni tal-intenzjoni ġenerali li tinsab fil-kuntratt oriġinali għat-twaqqif ta’ joint venture, li tgħid li huwa mixtieq li jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tal-produzzjoni ta’ Sovello ma tistabbilixxi l-ebda konnessjoni funzjonali bejn Sovello 1 u Sovello 2 għaliex hija ma tinkludix aktar speċifikazzjonijiet għal proġett ta’ investiment ieħor (sit, teknoloġiji fil-qasam tal-manifattura, magni, forniment ta’ silikon u finanzjament).

(69)

Il-Ġermanja tispjega li d-deċiżjoni definittiva dwar it-twettiq ta’ Sovello 2 f’Ġunju tal-2006 ġiet meħuda fuq il-bażi tal-elementi li ġejjin: 1) domanda fis-suq kontinwament tikber b’mod qawwi li tiggarantixxi l-bejgħ tal-prodotti għal żmien twil 2) il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-forniment għal żmien twil tal-materja prima silikon (kuntratt mal-REC f’Ġunju tal-2006), 3) suċċess teknoloġiku u kummerċjali evidenti tal-proġett pilota Sovello 1 (ir-rendiment mixtieq u grad tal-effiċċjenza taċ-ċelluli aktar stabbli ġew milħuqa f’Ġunju tal-2006).

(70)

Il-Ġermanja tirreferi għall-fatt li fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar l-investiment għal Sovello 1 (Jannar 2005) la kien teknikament u lanqas ekonomikment possibli li jsir l-investiment Sovello 2. Barra minn hekk f’dan iż-żmien is-suċċess tal-proġett Sovello 1 ma kienx prevedibbli.

5.3.   L-ebda inċentiv ekonomiku għal separazzjoni fittizja ta’ Sovello 1 u Sovello 2

(71)

Il-Ġermanja targumenta li Sovello ma kellha l-ebda inċentiv ekonomiku li tissepara b’mod fittizju lil Sovello 1 u Sovello 2. Minħabba d-disinn konċettwali awtosuffiċjenti tas-siti tal-produzzjoni Sovello kien ikollu spejjeż addizzjonali ta’ madwar […] Euro (32). Il-Ġermanja għalhekk hija tal-opinjoni li Sovello ma setax jibbenefika mis-sinerġiji u l-vantaġġi kbar li normalment jirriżultaw minn investimenti waħdiena. L-ispejjeż tal-investiment aktar għolja ma kinux ser jiġu bejn wieħed u ieħor kkumpensati mis-sussidji li kienu mistennija li kieku ż-żewġ proġetti jiġu klassifikati bħala investimenti separati għaliex is-sussidju addizzjonali jammonta biss għal 10 miljun Euro (33).

5.4.   Konklużjoni: Sovello 1 u Sovello 2 mhumiex investiment wieħed

(72)

Il-Ġermanja tirtira d-deċiżjonijiet li saru qabel, li l-Kummissjoni tikklassifika biss żewġ proġetti ta’ investiment bħala investiment wieħed jekk il-kriterji kollha msemmija fin-numru 49 tal-MSR tal-2002 jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv. Għalhekk il-Ġermanja ssostni fuq il-punt li Sovello 1 u Sovello 2, anke jekk Sovello 1 ma jiġix rikonoxxut bħala proġett pilota flimkien, ma jiffurmawx investiment wieħed għaliex il-kriterji tal-punt 49 tal-MSR tal-2002 ma ġewx sodisfatti b’mod kumulattiv.

(73)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja, il-viċinanza spazjali u perjodika taż-żewġ proġetti m’għandhiex twassal għall-konklużjoni li ż-żewġ investimenti flimkien għandhom jiġu kkunsidrati bħala investiment wieħed skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002 u li l-proġetti ma ġewx maqsuma b’mod fittizju sabiex jiġu evitati l-kondizzjonijiet tal-MSR tal-2002.

6.   ANALIŻI LEGALI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   Preżenza ta’ għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(74)

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-ftuħ tal-proċeduri ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni waslet għad-deċiżjoni li s-sostenn finanzjarju li l-Ġermanja tixtieq tagħti lil Sovello fuq il-bażi tar-regolamenti dwar għajnuniet reġjonali “sistema SK” u “Liġi fuq il-konċessjonijiet fiskali għall-investiment” hija għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE. Din il-konklużjoni ma ġietx aċċettata mill-Ġermanja.

6.2.   Obbligu tal-informazzjoni, legalità tal-għajnuna u liġi applikabbli

(75)

Il-Ġermanja nnotifkat il-miżura fl-20 ta’ Diċembru 2006 u għalhekk issodisfat l-obbligu tal-informazzjoni tagħha skont il-punt 24 tal-MSR tal-2002.

(76)

B’konformità mal-punt 63 u man-nota 58 fil-qiegħ tal-paġna tal-Linji Gwida għal għajnuniet mill-istat b’għan reġjonali 2007-2013 (34) li skonthom proġetti ta’ investiment individwalment notifikati għandhom jiġu evalwati skont ir-regolamenti validi fi żmien tan-notifika il-Kummissjoni investigat il-miżura ta’ għajnuna notifikata fuq il-bażi tal-Linji Gwida għal għajnuniet reġjonali tal-1998 tal-mappa taż-żoni għall-iżvilupp fil-Ġermanja (2004-2006) u tal-MSR tal-2002.

6.3.   Konformità tal-għajnuna mal-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tal-Linji Gwida dwar Għajnuna Reġjonali tal-1998

(77)

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ddikkjarat li f’dak li għandu x’jaqsam mal-Linji Gwida għal għajnuniet reġjonali tal-1998, il-proġett huwa investiment inizjali, li l-ispejjeż tal-investiment intitolati għall-għajnuna ġew determinati u li kien hemm konformità mar-regolamenti dwar il-kumulazzjoni. Barra minn hekk, Sovello kienet applikat għall-għajnuna qabel il-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett u hi obbligata li żżomm l-investiment fir-Reġjun għal minimu ta’ ħames snin minn wara t-tmiem tal-proġett. Sovello ser tforni ammont individwali li ma jinkludi fih l-ebda sussidju pubbliku ta’ mill-inqas 25 % tal-ispejjez intitolati għall-għajnuna. Peress li l-għajnuna għal Sovello għandha tingħata fil-kwadru ta’ regolamenti digà verifikati, bażikament din l-għajnuna hija konformi mal-kondizzjonijiet ġenerali tal-Linji Gwida għal għajnuniet reġjonali tal-1998. Il-Kummissjoni tikkonferma din id-dikjarazzjoni f’din id-deċiżjoni.

6.4.   Konformità tal-għajnuna mal-MSR tal-2002

6.4.1.   Investiment wieħed

(78)

Skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002, proġett ta’ investiment ma jistax jiġi maqsum b’mod fittizju sabiex jiġu evitati l-kondizzjonijiet tal-MSR tal-2002. L-investimenti kollha f’faċilitajiet f’impjant tal-manifattura fuq perjodu ta’ tliet snin jiffurmaw investiment wieħed (35). Bil-frażi impjant tal-manifattura wieħed jifhem “entità kummerċjali ta’ assi fissi li ma tistax tiġi diviża, li l-komponenti tagħha jissodisfaw funzjoni teknika partikulari li huma fiżikament jew funzjonalment konnessi flimkien u għandhom għan ċar (pereżempju, il-produzzjoni ta’ prodott partikulari)”.

(79)

Peress li Sovello fil-passat kienet diġa rċeviet għajnuna għal proġett ta’ investiment li sar qabel (Sovello 1) fl-istess post (fuq biċċa art li tmiss mat-territorju ta’ Sovello 2) u bejn il-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett Sovello 1 (2005) u dak tax-xogħlijiet fuq il-proġett Sovello 2 (Lulju 2006) għaddew inqas minn tliet snin, kellu jiġi determinat jekk hux dan l-investiment li sar qabel flimkien mal-proġett notifikat Sovello 2 jiffurmawx investiment wieħed.

(80)

Il-Kummissjoni normalment tippreżumi li l-investimenti kapitali kollha f’faċilità tal-prooduzzjoni fuq perijodu ta’ tliet snin jiffurmaw investiment wieħed. Il-kummenti tal-Ġermanja dwar il-mistoqsija jekk l-investimenti humiex investiment wieħed ġew verifikati fuq il-bażi tal-kriterji fil-punt 49 tal-MSR tal-2002.

(81)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni m’hemm xejn li jindika li l-proġett ta’ investiment ġie maqsum b’mod fittizju f’żewġ proġetti parzjali sabiex jiġu evitati r-regolamenti tal-MSR tal-2002. Iżda l-fatt li r-regolamenti tal-MSR tal-2002 ma ġewx evitati intenzjonalment ma jwassalx awtomatikament għall-konklużjoni li proġetti mibdija fil-perjodu ta’ tliet snin mhumiex investimenti waħdiena (ara punti 47 sa 49 tad-deċiżjoni AMD, li fiha l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni, li kien hemm investiment wieħed għalkemm il-proġetti ma ġewx maqsuma b’mod fittizju intenzjonalment sabiex jiġu evitati r-regolamenti tal-MSR tal-2002). Għalhekk biex jiġi determinat jekk il-proġett huwiex investiment wieħed għandhom jittieħdu bħala bażi l-kriterji fil-punt 49 tal-MSR tal-2002 u dan jiġi determinat skont fatti, iżda mhux skont jekk li sar sarx intenzjonalment.

(82)

Mill-mod kif il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni, il-Ġermanja ikkonkludiet li sabiex żewġ proġetti jiġu meqjusa bħala investiment wieħed, il-kriterji kollha fin-punt 49 tal-MSR tal-2002 għandhom jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem din l-interpretazzjoni. Fl-ebda waħda mid-deċizjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fil-passat ma ġie determinat li sabiex proġetti jitqiesu investiment wieħed, il-kriterji kollha għandhom jiġu sodisfatti b’mod kumulattiv. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni l-MSR tal-2002 fil-fatt tistipula evalwazzjoni globali ta’ dawn il-kriterji. Il-kriterji għandhom jiġu evalwati b’mod globali fuq il-bażi tal-każ individwali. Dan jimplika li żewġ proġetti ta’ investiment jistgħu jkunu investiment wieħed anke jekk il-kriterji kollha ma jiġux sodisfatti.

(83)

Il-kriterji

funzjoni teknika partikolari

konnessjoni fiżika jew funzjonali

għan ċar

indiviżibilità ekonomika

ser jiġu analizzati u mkejla fil-kwadru ta’ evalwazzjoni globali.

(84)

Hawnhekk qed jiġi wkoll ikkunsidrat l-argument miġjub mill-Ġermanja, li għal Sovello ma kien hemm l-ebda inċentiv ekonomiku biex tifred lil Sovello 1 u Sovello 2 b’mod fittizju.

6.4.1.1.   Funzjoni teknika partikulari

(85)

Iż-żewġ fabbriki jissodisfaw l-istess funzjoni teknika partikulari: il-produzzjoni ta’ moduli solari skont l-iString-Ribbon-Technology. Barra minn hekk qed jiġi determinat li m’hemm xejn li jissuġġerixxi li għall-produzzjoni f’Sovello 1 kif ukoll f’Sovello 2 m’hu meħtieġ l-ebda xogħol preliminari (il-materja prima fiż-żewġ każijiet huwa s-silikon). It-tibdiliet relatati mat-tagħmir u mal-magni ta’ Sovello 2, li huma riżultat tal-għarfien miksub mill-proġett Sovello 1 u li jservu għal titjib fl-effiċjenza tal-produzzjoni jwasslu biss għal differenzi minimi bejn il-moduli prodotti f’Sovello 1 u dawk f’Sovello 2. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni dawn id-differenzi huma riżultat ta’ adattamenti komuni fil-qasam ta’ proġetti industrijali u ma jibdlu xejn mill-fatt li ż-żewġ fabbriki jissodisfaw l-istess funzjoni teknika partikulari.

6.4.1.2.   Konnessjoni fiżika jew funzjonali

(86)

Sovello 1 u Sovello 2 huma żewġt impjanti tal-produzzjoni separati, b’assi fissi separati u b’konnessjonijiet separati man-netwerk pubbliku tat-toroq. Iż-żewġ fabbriki jkopru l-proċess sħiħ tal-produzzjoni għall-moduli solari minn wejfers saċ-ċelluli u jibqgħu sejrin sal-moduli. M’hemm l-ebda konnessjoni fiżika bejn “l-assi tanġibbli fissi –li jiffurmaw iż-żewġ impjanti tal-produzzjoni- li l-komponenti tagħhom jissodisfaw funzjoni teknika partikulari”. F’wieħed mir-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni ġie konkluż li l-fabbriki jistgħu jbiegħu u anke joperaw separatament mingħajr ma jkunu meħtieġa tibdiliet fiżiċi fil-proċess tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni biex ma issegwix din il-konklużjoni.

(87)

Il-fabbriki Sovello 1 u Sovello 2 iċċentralizzaw uħud mis-servizzi. Barra minn hekk huma pproduċew l-istess prodott bl-istess proċeduri u bl-istess magni u impjanti, huma normalment jirrikorru għand l-istess distributuri tal-magni, tagħmir u materja prima u l-manutenzjoni u l-ġestjoni ta’ partijiet tiġi organizzata b’mod ċentralizzat. Madanakollu jista’ jkun il-każ li f’dan il-każ hemm nuqqas ta’ elementi li tipikament jissostanzjaw konnessjoni funzjonali bejn “l-assi tanġibbli fissi –li jiffurmaw iż-żewġ impjanti tal-produzzjoni-, li l-komponenti tagħhom jissodisfaw funzjoni teknika partikolari”. Pereżempju bejn iż-żewġ proġetti Sovello la hemm relazzjoni għall-forniment, la tintuża infrastruttura teknika komuni (pereżempju impjanti għall-ġenerazzjoni ta’ kurrenti elettriċi jew simili) u lanqas ma jiġu skambjati prodotti intermedjarji. Iż-żewġ fabbriki għandhom linji tal-produzzjoni awtosuffiċjenti.

(88)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-dritt għax-xiri tal-uċuħ li jmissu magħha fil-kuntratt għax-xiri tal-art ta’ Sovello 1, f’dan il-każ partikulari l-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja li dan it-tip ta’ dritt għax-xiri fiċ-ċirkostanzi mhuwiex raġuni valida, sabiex wieħed jasal għall-konklużjoni li hemm konnessjoni funzjonali skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002 speċjalment minħabba li l-benefiċjarju ta’ dan id-dritt għax-xiri ma kellu jagħmel l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali u li l-investitur f’Sovello 2 ikkunsidra wkoll siti alternattivi.

(89)

Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li bejn Sovello 1 u Sovello 2 m’hemm l-ebda konnessjoni fiżika u l-ebda konnessjoni funzjonali qawwija skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002.

6.4.1.3.   Għan ċar

(90)

Il-Ġermanja targumenta li Sovello 1 kien proġett pilota li permezz tiegħu setgħu jiġu ppruvati fuq skala industrijali kemm huwa operabbli, l-effiċjenza (rendiment) u l-effiċjenza ekonomika ta’ proċess tal-manifattura bbażat fuq teknoloġija ta’ innovazzjoni (36) fil-katina sħiħa tal-valur miżjud filwaqt li permezz ta’ Sovello 2 ried jintlaħaq l-għan li skont l-evidenza relatata mal-fattibilità ekonomika tiġi mkabbra l-kapaċità u jingħata bidu għall-produzzjoni fi kwantità kbira. Għalhekk il-Ġermanja tasal għall-konklużjoni li permezz tal-proġetti ta’ investiment Sovello 1 u Sovello 2 iridu jintlaħqu għanijiet differenti.

(91)

F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tixtieq tikkjarifika li hija – għall-kuntrarju tal-interpretazzjoni tal-Ġermanja - fid-deċiżjoni Qimonda ma aġġixxietx fuq il-preżunzjoni li proġetti pilota f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tal-punt 49 tal-MSR tal-2002 bilfors ikollhom għan differenti. F’din id-deċiżjoni hija ddikjarat biss li l-proġett pilota in kwistjoni kellu għan ieħor u flimkien mat-tieni proġett ma kinux jiffurmaw investiment wieħed. Għall-verifika tal-għanijiet ta’ żewġ proġetti, il-fatt li wieħed minnhom huwa proġett pilota tista’ effettivament tkun evidenza li ż-żewġ proġetti għandhom għanijiet different iżda dan jiddependi mill-karatteristiċi speċjali tal-proġett f’kull każ individwali dan il-fatt jista’ ma jkunx biżżejjed sabiex jiġu definiti b’mod ċar l-għanijiet taż-żewġ proġetti. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, anke meta wieħed jikkunsidra d-diffikultajiet sabiex jiġi klassifikat proġett pilota, fil-fatt għandu jiġi investigat fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-proġett jekk il-proġett għandux għan ibbażżat fuq il-karatteristika pilota tiegħu li huwa suffiċjentement differenti mill-għan tat-tieni proġett. F’dan il-każ ġew imsemmija diversi elementi li juru li Sovello 1 u Sovello 2 għandhom għanijiet differenti definiti b’mod ċar.

(92)

L-argumenti miġjuba mill-EPIA jikkonfermaw li fl-industrija solari l-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet u teknoloġiji ġodda jitwettaq skont kriterji ekonomiċi u spiss f’fażijiet u li fis-settur fotovoltajku hemm ħafna proġetti li għandhom l-għan li jinvestigaw il-fattibilità industrijali ta’ innvoazzjonijiet kif ukoll ir-rifattibilità ta’ proċessi qabel ma jingħata bidu għall-produzzjoni fi kwantitajiet kbar. Huma jikkonfermaw ukoll li Sovello 1 huwa l-ewwel investiment fid-dinja li permezz tiegħu ġiet ittestjata l-iString-Ribbon-Technology.

(93)

Mill-kuntratt kwadru tal-joint venture, il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-produzzzjoni ta’ wejfers f’Sovello 1 għalkemm ibbażata fuq l-iString-Ribbon-Technology, qed issir ukoll flimkien mat-teknoloġiji tal-manifattura tal-Q-cells sabiex tiġi żviluppata proċedura tal-produzzjoni li tista’ tiġi applikata fuq skala industrijali u li l-effiċjenza ekonomika tagħha ġiet verifikata. Dan jinkludi serje ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi u l-iżvilupp ta’ magni speċjali għal Sovello 1 fejn ġew iffukati l-awtomazzjoni u r-rifattibilità tal-proċeduri tal-produzzjoni fuq skala industrijali u wassal għall-produzzjoni ta’ moduli tat-tip “Spruce Line”. Għalhekk Sovello 1 huwa proġett ġdid li l-għan tiegħu hu li jiġu ttestjati l-fattibilità teknika u l-effiċjenza ekonomika tal-produzzjoni ta’ moduli soalri skont l-iString-Ribbon-Technology fuq skala industrijali. Min-naħa l-oħra Sovello 2 għandu l-għan li tinbeda produzzjoni industrijali grupp grupp, li biex tibda jeħtieġ li Sovello 1 ikun suċċess.

(94)

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Kummissjoni kkummentat dwar id-daqs ta’ Sovello 1 (kapaċità tal-produzzjoni ta’ 30 MWp) meta imqabbel mal-manifattura sperimentali f’ Marlboro (15 MWp) u mal-produzzjoni grupp grupp ta’ Sovello 2 (ta’ 60 MWp biss). Iżda l-Ġermanja spjegat li l-fabbrika f’Marlboro laħqet il-kapaċità sħiħa tagħha biss fl-2004 u argumentat li m’hemm l-ebda evidenza li f’Marlboro ġew applikati proċeduri tal-produzzjoni industrijali. Dan huwa indikat ukoll mill-fatt li Evergreen preżentament għandha l-intenzjoni li twaqqaf il-produzzjoni f’Marlboro (u hemmhekk tkompli biss attivitajiet relatati mar-riċerka u l-iżvilupp) u li tiżviluppa l-impjant tal-produzzjoni l-ġdid tagħha f’Devens (37).

(95)

Il-Ġermanja tirreferi wkoll għall-fatt li proġetti pilota b’kapaċità tal-produzzjoni bejn 10 u 30 MWp fl-industrija fotovoltajka huma aċċettabbli. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ 30 MWp fil-każ ta’ Sovello 1 hija riżultat tal-[…]. Oriġinarjament il-Kummissjoni kellha d-dubbji tagħha–meta mqabbla ma’ Sovello 1- dwar il-kapaċità tal-produzzjoni ristretta ta’ Sovello 2 iżda l-Ġermanja spjegat li fabbriki li bħalissa jaħdmu bl-iString-Ribbon-Technology jistgħu jilħqu kapaċità massima ta’ madwar 75 sa 80 MWp u li fl-2008 ingħata bidu għal aktar żvilupp ta’ Sovello (Sovello3) u intant ġie kważi konkluż.

(96)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-fattur tal-multiplikazzjoni għall-ispejjeż tal-investimenti ta’ Qimonda meta mqabbel mal-fattur relevanti għaż-żewġ proġetti ta’ investiment ta’ Sovello, il-Kummissjoni tiddikjara li l-ispejjeż fid-deċiżjoni Qimonda huma marbuta ma’ tliet investimenti, li l-ispejjeż għall-bini u t-tagħmir fl-industrija tas-semikondutturi huwa ogħla minn dawk fl-industrija fotovoltajka u li n-numru ta’ prodotti maħruġa minn kull magna fl-industrija tas-semikondutturi huwa ħafna iżgħar (għalhekk biex jingħata bidu għall-produzzjoni fi kwantitajiet huma meħtieġa aktar magni). Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li minħabba l-istandardizzar aktar qawwi tal-magni, proġetti pilota fl-industrija tas-semikondutturi jinvolvu inqas spejjeż. Barra minn hekk il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li proporzjon aktar għoli tal-ispejjeż ta’ proġett konsegwenti u tal-ispejjeż ta’ proġett pilota jista’ jiġi attribwit għal saħħa finanzjarja akbar tal-investitur. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li oriġinarjament ġie notifikat proġett ħafna akbar (Sovello 2 + Sovello3) li n-notifikazzjoni ġiet emendata aktar tard sabiex is-sussidji għal Sovello 3 jiġu esklużi min-notifikazzjoni u li l-proġett ta’ investiment Sovello3 beda jimxi aktar bil-mod. B’kunsiderazzjoni tad-dinamika u tal-iżvilupp mgħaġġel ta’ dan is-settur tant rikjest, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-fattur tal-multiplikazzjoni “baxx” għall-ispejjeż taż-żewġ proġetti Sovello ma jwassalx għall-konklużjoni li Sovello 1 mhuwiex proġett pilota b’għan differenti minn dak ta’ Sovello 2.

(97)

Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-fatt, li qabel ma ngħata bidu għal Sovello 2 fuq il-bażi tar-riżultati miksuba minn Sovello 1 ġiet verament meħuda deċiżjoni dwar jekk għandux isir aktar investiment jew le.

(98)

F’dan ir-rigward japplika l-fatt li fi Frar tal-2006 kienet digà ntefgħet applikazzjoni għall-għajnuna għal Sovello 2 (ħruġ tal-ittra ta’ approvazzjoni preċedenti f’Diċembru tal-2006). Fil-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni assumiet li meta riċevitur tal-għajnuna jissottometti applikazzjoni għal għajnuna huwa jkollu pjanijiet konkreti dwar il-kobor u l-finanzjament tal-proġett ta’ investiment. Iżda mill-informazzjoni preżentata wieħed jista’ jara li d-deċizjoni definittiva għal investiment ġiet meħuda f’Ġunju tal-2006, jiġifieri wara li ntlaħaq l-għan wara din “il-ġrajja importanti” għal Sovello 2. Barra minn hekk il-kuntratt tal-forniment ma’ REC (li ggarantiet il-provvista meħtieġa kollha ta’ silikon għal Sovello 2) ġie ffirmat biss f’Ġunju tal-2006 li juri biċ-ċar li d-deċiżjoni proprja favur jew kontra l-investiment saret f’dan iż-żmien. L-amministrazzjoni tal-intrapriża benefiċjarja evidentament riedet li jkollha l-informazzjoni minn qabel, li probabbiliment l-għanijiet teknoloġiċi u ekonimiċi ser jintlaħqu, iżda dan mhuwiex kontradittoriu għall-fatt li Sovello 1 ġie ddisinjat fl-2005 bħala proġett pilota b’għanijiet teknoloġiċi u ekonomiċi partikulari li huma differenti minn dawk ta’ Sovello 2.

(99)

Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li Sovello 1 fuq il-bażi tal-hekk msejjaħ Manwal Frascati tal-OECD (38) li fih hemm determinati l-istandards globali aċċettati fil-politika tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innvoazzjoni għandu l-karatteristiċi ta’ proġett pilota. Id-definizzjoni tal-OECD tagħmel differenza bejn forom differenti ta’ proġetti pilota: Proġetti li jservu għall-iżvilupp sperimentali ta’ invenzjonijiet jew teknoloġiji ġodda (f’dan il-każ l-String-Ribbon-Technology) taħt il-kondizzjonijiet sperimentali, u proġetti, li huma marbuta mal-iżvilupp sperimentali ta’ teknoloġija għal proċessi għall-użu industrijali tal-invenzjoni jew teknoloġija ġdida.

(100)

Fil-punt 2.3.4 tal-Manwal Frascati hemm referenza espliċitament għal każijiet ftit differenti li kważi jinsabu fl-istess limiti bejn riċerka u żvilupp u attivitajiet industrijali (bħal Sovello 1); fih jiġi wkoll spjegat permezz ta’ klassifikazzjonijiet kif wieħed jagħraf bejn attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u attivitajiet industrijali. Ta’ min isemmi li l-istandards u l-punti ta’ referenza (pereżempju l-fattur tal-multiplakzzjoni għall-ispejjeż) jistgħu jvarjaw minn settur tal-ekonomija għal ieħor.

(101)

B’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni tal-EPIA, li skont hi s-suq tal-qasam fotovoltajku huwa estremament dinamiku u kkaratterizzat minn domanda qawwija, f’dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li użu kummerċjali immedjat tal-produzzjoni ta’ Sovello 1 mhijiex evidenza konklussiva li Sovello 1 ma kienx maħsub bħala proġett pilota.

(102)

Fil-ġudizzju tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-184/97 (BP kontra l-Kummissjoni) saret referenza għat-tifsira tal-frażi “proġett pilota għall-iżvilupp teknoloġiku ta’ prodotti aktar sostenibbli għall-ambjent” (speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ karburanti u ma’ sorsi ta’ enerġija li tiġġedded). Ir-regolament li saret oġġezjoni għalih kien imur lil hinn mill-implimentazzjoni ta’ proġett pilota u evidentament wassal prinċipalment għall-iżvilupp ekonomiku u industrijali, li kellu jippermetti dħul aħjar fis-suq ta’ bijokarburanti. Bil-proġett Sovello 1 kien mixtieq li jintlaħqu ż-żewġ għanijiet: it-tisħiħ fuq skala industrijali ta’ teknoloġija ġdida marbuta ma’ proċessi (String-Ribbon-Technology flimkien mat-teknoloġiji tal-manifattura ta’ Q-Cells) u investigazzjoni tal-effiċjenza ekonomika tagħha. Kif imsemmi hawn fuq, fil-verità din ma tikkontradixxix id-definizzjoni ta’ impjanti pilota tal-OECD.

(103)

Fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet t’hawn fuq il-Kummissjoni hija tal-opinjoni, li biż-żewġ proġetti Sovello 1 u Sovello 2, anke jekk dawn jissodisfaw l-istess funzjoni teknika (produzzjoni ta’ moduli solari skont l-istess teknoloġiji), kellhom għanijiet differenti. L-għan ta’ Sovello 1 kien li jiġi investigat, jekk hux il-produzzoni ta’ moduli solari (skont l-iString-Ribbon-Technology flimkien mat-teknoloġija tal-manifattura ta’ Q-Cells) hijiex teknoloġikament u ekonomikment vijabbli fuq skala industrijali, filwaqt li Sovello 2 serva, sabiex tiġi żviluppata l-produzzjoni grupp grupp ta’ dawn it-tip ta’ moduli.

6.4.1.4.   Indiviżibilità ekonomika

(104)

Sovello 1 u Sovello 2 huma ekonomikament sostenibbli b’mod indipendenti minn xulxin. Iżda huwa minnu li l-proġett pilota Sovello 1 kien meħtieġ sabiex jkun jista’ jitwettaq il-proġett Sovello 2 bl-għan li jingħata bidu għall-produzzjoni fi kwantitajiet. Iżda għal kull proġett huwa possibbli l-bejgħ separat, u xejn ma jindika, li l-proġett pilota Sovello 1 ma jistax jiġi ekonomikament separat mill-proġett ta’ investiment Sovello 2. Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll, li l-amministrazzjoni tal-intrapriża benefiċjarja ikkunsidrat siti alternattivi għal Sovello 2 kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerika qabel ma hi ddeċidiet għal Thalheim.

6.4.1.5.   L-ebda inċentiv ekonomiku għal separazzjoni fittizja taż-żewġ proġetti ta’ investiment

(105)

Skont il-kalkoli tal-Ġermanja għajnuna għal żewġ proġetti ta’ investiment separati (Sovello 1 u Sovello 2) kienet tkun biss madwar 10 miljun Euro aktar minn għajnuna għal investiment wieħed (Sovello 1 + Sovello 2). Iżda dan kien jitpatta bi spejjeż addizzjonali ta’ […] Euro. Fil-kalkoli tagħha l-Ġermanja mxiet fuq il-bażi li anke għal proġett wieħed (b’inqas spejjeż totali) kien jingħata bonus tal-SME ta’ 15 –il punt perċenwali, bħalma kien il-każ għall-proġett Sovello 1. Madanakollu mhuwiex garantit li għal proġett ta’ investiment ta’ dan id-daqs il-Kummissjoni kienet ser tippermetti bonus tal-SME. Iżda anke f’dan il-każ il-kalkoli kollha juru, li ma kien hemm l-ebda inċentiv ekonomiku għal Sovello li taqsam lil Sovello 1 u Sovello 2 “b’mod fittizju”.

(106)

Iżda l-Kummissjoni tfakkar li dan jindika biss li Sovello 1 u Sovello 2 ma ġewx mifruda intenzjonalment sabiex jiġu evitati r-regolamenti dwar għajnuniet. Iżda dan ma jfissirx li ma setax ikun ta’ vantaġġ li wieħed ma jippreżentax proġett li (bħal Sovello) f’kull każ għandu jiġi maqsum għal raġunijiet ekonomiċi, bħala investiment wieħed, sabiex tiġi ikkunsidrata intensità tal-għajnuna ogħla. Għalhekk il-Kummissjoni għandha dejjem tinvestiga r-realtà ekonomika skont il-kriterji fil-punt 49 tal-MSR tal-2002, indipendentement mill-pożizzjoni tal-partijiet.

6.4.1.6.   Konklużjoni: mhux investiment wieħed

(107)

Is-suddiviżjoni tal-investimenti Sovello mhix biss attribwita għall-mezzi finanzjarji insuffiċjenti u għall-provvista insuffiċjenti ta’ silikon, iżda għall-fatt li l-investituri kellhom jittestjaw teknoloġija estremament innovattiva mill-aspett industrijali u ekonomiku. Li kieku r-rendiment u l-grad ta’ effiċjenza mixtieqa ma ġewx milħuqa, Sovello 2 probabilment ma kienx jitwettaq. Għalhekk jista’ jiġi konkluż, li Sovello 1 u Sovello 2, avolja jissodisfaw l-istess funzjoni teknika u huma ekonomikament mhumiex indiviżibbli, m’għandhom l-ebda konnessjoni fiżika jew konnessjoni funzjonali qawwija u definittivament għandhom għanijiet differenti.

(108)

B’kunsiderazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Ġermanja u tal-EPIA u wara li ġew ikkunsidrati b’mod globali l-kriterji elenkati fil-punt 49 tal-MSR tal-2002, il-Kummissjoni tikkonkludi, li l-proġett notifikat Sovello 2 flimkien ma’ Sovello 1 ma jiffurmawx investiment wieħed skont il-punt 49 tal-MSR tal-2002.

6.4.2.   Intensità tal-għajnuna – Punti 21 u 25 tal-MSR tal-2002

(109)

Fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkalkulat l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont massimu tal-għajnuna għal Sovello 2 skont l-ispejjeż intitolati għal għajnuna oriġinarjament notifikati. Skont dan l-intensità massima tal-għajnuna permessa mingħajr il-bonus ta’ koeżjoni kienet tammonta għal 22,46 % tal-BSÄ (dan kien iffisser ammont massimu ta’ għajnuna ta’ 30,526 miljun Euro valur fil-preżent) u l-intensità massima tal-għajnuna permessa bil-bonus ta’ koeżjoni kienet tammonta għal 25,83 % tal-BSÄ (dan kien iffisser ammont massimu ta’ għajnuna ta’ 35,105 miljun Euro valur fil-preżent).

(110)

Il-bonus ta’ koeżjoni huwa bbażat fuq il-punt 25 tal-MSR tal-2002, li skont dan l-intensità massima tal-għajnuna mingħajr il-bonus ikkalkulata skont il-punt 21 tal-MSR tal-2002 tista’ tiżdied bil-fattur 1,15, jekk mill-inqas 25 % (39) tal-infiq pubbliku għall-proġett jiġi ffinanzjat mill-EFRE skont ir-regolamenti relatati ma’ fondi strutturali għal proġetti kbar, li f’każ konkret teħtieġ deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni mill-Komunità.

(111)

B’konformità mal-kunċett ġenerali, li ġie komunikat lill-Istati Membri permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-18 ta’ Diċembru 2003 (D/58176-D/1247), fin-notifikazzjoni oriġinali tagħha l-Ġermanja speċifikat żewġ intensitajiet tal-għajnuna differenti: l-intensità tal-għajnuna mingħajr il-bonus ta’ koeżjoni, li għaliha ma jistax jinqabeż il-limitu ta’ 22,46 % tal-BSÄ, u l-intensità tal-għajnuna bil-bonus ta’ koeżjoni li jammonta għal 23,83 % tal-BSÄ.

(112)

Il-Ġermanja applikat għall-mezzi tal-kofinanzjament tal-EFRE li jammontaw għal 9,118 miljun Euro u fin-notifikazzjoni oriġinali tagħha rreferiet għall-applikazzjoni tal-bonus ta’ koeżjoni. Dan l-ammont bħala kofinanzjament tal-Komunità kien ikun jgħodd għal aktar minn 25 % tal-infiq pubbliku propju u jammonta għal ammont nominali ta’ 31 105 765 Euro. Barra minn hekk l-intensità tal-għajnuna notifikata ta’ 23,83 % tal-BSÄ hija inqas mill-intensità tal-għajnuna ta’ 26,25 % tal-BSÄ u għalhekk mhux aktar minn 75 % tar-rata massima ta’ għajnuna reġjonali applikabbli ta’ 35 %. Għalhekk il-kondizzjonijiet għall-użu tal-bonus ta’ koeżjoni huma sodisfatti, jekk il-kofinanzjament mill-mezzi għal fondi strutturali li applikat għalih il-Ġermanja jiġi approvat mill-Kummissjoni. Peress li d-deċiżjoni dwar il-kofinanzjament kien għadha ma ħarġitx, il-Ġermanja intrabtet li tuża biss l-bonus ta’ koeżjoni jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapprova l-kofinanzjament minn mezzi tal-Komunità.

(113)

Mill-informazzjoni aġġornata kkomunikata fis-16 u fl-24 ta’ April 2009, il-Kummissjoni rat li – f’każ li jingħata l-bonus ta’ koeżjoni - għall-proġett li għalih l-ispejjeż intitolati għall-għajnuna jammontaw għal 114 882 310 Euro (valur fil-preżent), il-Ġermanja qiegħda tippjana intensità tal-għajnuna ta’ 23,8224 % tal-BSÄ, li jfisser ammont ta’ għajnuna nominali ta’ 31 105 765 Euro (valur fil-preżent 27 367 723 Euro). Din l-intensità tal-għajnuna hija inqas mill-intensità tal-għajnuna (bil-bonus ta’ koeżjoni) oriġinarjament notifikata ta’ 23,83 % tal-BSÄ u anke inqas mill-intensità massima tal-għajnuna permessa ta’ 25,83 % tal-BSÄ (ikkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż intitolati għall-għajnuna oriġinarjament komunikati b’valur fil-preżent ta’ madwar 135,94 miljun Euro). L-intensità tal-għajnuna ippjanata ta’ 23,8224 % għalhekk hija konformi mar-regolamenti dwar it-tnaqqis msemmija fil-punti 21 sa 23 tal-MSR tal-2002, u la l-ammont ta’ għajnuna ppjanat u lanqas l-intensità tal-għajnuna ppjanata ma jaqbżu l-valuri, li l-intrapriża kienet qed tistenna li seta’ jkollha fil-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett.

(114)

F’każ li ma jseħħx il-kofinanzjament mill-EFRE u għalhekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-bonus tal-koeżjoni ma jiġux sodisfatti, il-Ġermanja kkonfermat li l-intensità tal-għajnujna oriġinarjament notifikata (mingħajr il-bonus ta’ koeżjoni) ta’ 22,46 % tal-BSÄ mhix ser tinqabeż. Minn din l-intensità tal-għajnuna fuq il-bażi tal-ispejjeż intitolati għall-għajnuna ta’ 114 882 310 Euro (valur fil-preżent) jirriżulta ammont massimu ta’ għajnuna ta’ 25 802 567 Euro (valur fil-preżent). Il-Ġermanja qabblet li ma taqbiżx dan l-ammont ta’ għajnuna. L-intensità tal-għajnuna (mingħajr il-bonus ta’ koeżjoni) ta’ 22,46 % – fuq il-bażi tal-ispejjeż stmati intitolati għall-għajnuna ta’ 135,94 miljun Euro (valur fil-preżent) – hija l-intensità tal-għajnuna oriġinarjament notifikata u r-rata massima ta’ għajnuna reġjonali permessa. L-intensità tal-għajnuna ippjanata ta’ 22,46 % għalhekk hija konformi mar-regolamenti dwar it-tnaqqis skont il-punti 21 sa 23 tal-MSR tal-2002, u la l-ammont massimu ta’ għajnuna ppjanat ta’ 25 802 567 Euro (valur fil-preżent) u lanqas l-intensità tal- għajnuna ppjanata ma jaqbżu l-valuri, li l-intrapriża kienet qed tistenna li seta’ jkollha fil-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett.

(115)

Fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet t’hawn fuq il-Kummissjoni tikkonkludi, li l-miżura ta’ għajnuna hija konformi mal-punti 21 u 25 tal-MSR tal-2002.

6.4.3.   Konformità mal-kriterji fil-punt 24 tal-MSR tal-2002

(116)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni ta’ għajnuniet reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment skont il-punt 24 tal-MSR tal-2002 tiddependi mis-sehem fis-suq tar-riċevitur tal-għajnuna qabel u wara l-investiment kif ukoll fuq il-kapaċità, li tinħoloq permezz tal-investiment, jew mill-prestazzjoni fuq is-suq. Sabiex tkun tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet relevanti skont il-punt 24 ittri a u b tal-MSR tal-2002, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi l-prodott(i) relatati mal-investiment kif ukoll is-suq relevanti mil-lat ta’ għanijiet u s-suq relevanti mil-lat ta’ spazju.

6.4.3.1.   Il-prodott relatat mal-proġett ta’ investiment

(117)

Il-proġett ta’ investiment huwa relatat ma’ moduli solari għall-użu f’sistemi b’moduli solari. Skont in-notifikazzjoni, il-moduli solari li tipproduċi Sovello jaqgħu taħt il-kowds ta’ prodotti li ġejjin: NACE Rev 1.1 32.10.0, Prodcom 32.10.52.37 u KN-Code (Verżjoni tal-2005) 8541 40 90. Moduli solari jistgħu bażikament jiġu deskritti bħala konnessjonijiet ta’ diversi ċelluli solari, li jittrasformaw id-dawl tax-xemx f’enerġija elettrika.

(118)

Il-moduli solari jiġu prodotti skont l-iString-Ribbon-Technology. Sovello timmanifattura l-moduli solari fi proċess integrat bi tliet skali. Minn tank ta’ silikon maħlul jittieħdu strippi rqaq ta’ silikon li jiġu maqtugħa f’biċċiet żgħar bħala wejfers solari. Wara dan il-wejfers jiġu proċessati għal ċelluli solari li jiġu konnessi flimkien u magħquda f’moduli solari (pannelli).

(119)

Il-Ġermanja kkonfermat li fl-impjanti tal-produzzjoni ssussidjati ma jistgħux jiġu manifatturati prodotti oħra ħlief ċelluli, wejfers u moduli solari bbażati fuq silikon mingħajr ma jinqalgħu spejjeż addizzjonali.

(120)

F’dan ir-rigward qed jiġi mfakkar il-punt 52 tal-MSR tal-2002 li skont hu l-prodott rispettiv jinkludi wkoll prodotti sussegwenti jekk il-proġett huwa relatat ma’ prodotti intermedjarji u parti sinjifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq. Peress li skont l-informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja Sovello m’għandiex l-intenzjoni li tbiegħ prodotti (intermedjarji) li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ moduli solari (bħal wejfers solari u ċelluli solari) iżda li tuża l-prodotti kollha intermedjarji għall-produzzjoni integrata ta’ moduli solari tagħha stess, il-Kummissjoni mhix ser tikklassifika b’mod separat wejfers solari u ċelluli solari bħala prodotti relatati.

(121)

Fuq il-bażi tar-raġunijiet hawn fuq imsemmija waqt aktar investigazzjonijiet tal-konformità tal-proġett in kwistjoni mas-Suq Komuni skont l-MSF tal-2002, il-Kummissjoni ser tikkunsidra l-moduli solari bħala l-prodott relatat mal-proġett ta’ investiment.

6.4.3.2.   Suq relevanti mil-lat ta’ għanijiet

(122)

Għad-definizzjoni tas-suq relevanti mil-lat ta’ għanijiet għandu jiġi verifikat liema prodotti oħra skont il-punt 52 tal-MSR tal-2002 jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prodotti sostituti għall-prodott relatat mal-proġett ta’ investiment.

(123)

Moduli solari jiġu prodotti skont diversi teknoloġiji. Skont l-istudju Ġenerazzjoni Solari tal-EPIA u l-Greenpeace (40) fis-sena 2005, 90 % taċ-ċelluli solari ġew prodotti mis-silikon. Informazzjoni mill-Internet tikkonferma dan. Sovello tapplika ‘l hekk imsejjħa String-Ribbon-Technology li permezz tagħha moduli solari magħmula minn ċelluli solari jistgħu jiġu prodotti b’kontenut iżgħar ta’ silikon. Bħalissa qed jiġu ttestjati diversi teknoloġiji/materjali semikondutturi, bħal silikon amorfu, silikon polikristallin, silikon mikrokristallin, telluru tal-kadmju, selenit/sulfat tal-indium tar-ram jew digà qed jiġu prodotti fi produzzjoni grupp grupp. First Solar tapplika t-teknoloġija b’saffi rqaq (41) u CSG Solar il- “Crystalline-Silicon-on-Glass-Technology” (42). It-teknoloġija b’saffi rqaq (silikon użat kull m2, iżda mhux kull kilogramm) hija inqas effiċjenti iżda fl-istess ħin tinvolvi inqas spejjeż. Hija tintuża l-aktar f’żoni agrikoli, għaliex hemmhekk il-prezz kull metru kwadru huwa irħas. It-teknoloġija monokristallina u t-teknoloġija polikristallina huma ogħla, iżda huma aktar effiċjenti għal kull m2 b’tali mod li moduli prodotti skont din it-teknoloġija huma aktar adattati għal żoni urbani. Għalhekk fir-rigward tal-provvista fis-suq hemm għażla bejn iż-żewġ teknoloġiji. F’deċiżjonijiet dwar għajnuniet li saru qabel (43) il-Kummissjoni kienet iddefiniet is-suq tal-moduli solari bħala suq ġeneralment relevanti mil-lat ta’ għanijiet, bħalma qed jiġi ssuġġerit anke mill-produtturi ta’ moduli solari. Barra minn hekk m’hemm l-ebda statistiċi indipendenti, li fihom tidher id-differenza bejn iż-żewġ teknoloġiji. Min-naħa tad-domanda tas-suq jidher li hemm kompatibilità: Fl-aħħar mill-aħħar it-teknoloġiji kollha għandhom l-għan li jittrasformaw id-dawl tax-xemx f’enerġija elettrika.

(124)

Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni sabiex tassumi li tatribbwixxi swieq releventi mil-lat ta’ għanijiet differenti għal moduli solari li jiġu prodotti fuq il-bażi ta’ teknoloġiji differenti. Hija m’għandha l-ebda evidenza li l-prezzijiet tal-moduli solari prodotti b’teknoloġiji differenti jvarjaw ħafna minn xulxin, jekk jiġu kkunsidrati differenzi fl-effiċjenza tal-enerġija. Barra minn hekk moduli manifatturati b’mod differenti f’sistema tal-enerġija solari jistgħu jiġu sostituti bla problemi. (44) Għalhekk is-suq relevanti mhuwiex iżgħar mis-suq ġenerali, li jinkludi fih it-tipi kollha ta’ moduli solari.

(125)

Barra minn hekk moduli solari evidentament ma jistgħux jiġu sostituti minn prodotti oħra. Huma l-aktar komponent importanti ta’ sistemi tal-enerġija solari u f’dawn is-sistemi ma jistgħux jiġu mibdula bi prodotti oħra. Għalhekk m’hemm xejn x’jindika, li s-suq relevanti jista’ jinkludi aktar milli s-suq għal moduli solari.

(126)

Din il-limitazzjoni tas-suq relevanti mil-lat ta’ għanijiet hija konformi mad-deċiżjonijiet għall-kontroll ta’ fużjonijiet (45) fl-istess settur ekonomiku.

(127)

Fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi hawn fuq imsemmija l-Kummissjoni tqis is-suq tal-moduli solari għall-iskopijiet ta’ din id-deċiżjoni dwar għajnuna bħala suq relevanti mil-lat ta’ għanijiet.

6.4.3.3.   Suq ġeografiku releventi

(128)

Sovello targumenta li l-Ġermanja u pajjiżi oħra Ewropej huma, għal perjodi ta’ żmien qosra u medji, l-aktar swieq importanti għall-bejgħ tal-prodotti ta’ Sovello. Il-fatt, li intrapriża hija prinċipalment attiva fil-Ġermanja, dan madanakollu ma jfissirx li s-suq relevanti mil-lat ta’ spazju għal moduli solari huwa limitat.

(129)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja, is-suq relevanti mil-lat ta’ spazju ta’ ċelluli solari huwa s-suq globali. Il-Ġermanja targumenta, li ċelluli solari jiġu mibjugħa minn produtturi Ewropej u mhux Ewropej madwar d-dinja kollha li ma jeżistu l-ebda ostakli għall-kummerċ tagħhom li l-ispejjeż tat-trasport meta mqabbla mal-ispejjeż tal-produzzjoni huma relattivament baxxi u li l-livell ta’ prezzijiet huwa omoġenju. Il-Ġermanja tkompli tispjega, li l-istess standards tekniċi huma viġenti fid-dinja kollha. L-akbar produtturi u operaturi tat-teknoloġija fotovoltajka huma l-Ġappun, l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika.

(130)

Il-Kummissjoni hija wkoll tal-opinjoni li s-suq għal ċelluli solari huwa s-suq globali, għaliex il-produtturi li jimmanifatturaw u jbiegħu ċelluli solari huma globalment attivi. Minn diversi studji (46) indipendenti (47) dwar is-settur fotovoltajku joħroġ li bħalissa ċ-ċelluli solari qed jiġu prinċipalment prodotti mill-Ġappun u l-Ġermanja –warajhom hemm l-Istati Uniti tal-Amerika u ċ-Ċina. Barra minn hekk ammont kbir ta’ moduli solari prodotti fil-Ġappun qed jiġu impurtati fl-Ewropa (l-akbar parti ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-Ġermanja). Meta mqabbla mal-ispejjeż tal-produzzjoni, l-ispejjeż tat-trasport huma relattivament baxxi. Barra minn hekk skont dawn l-istudji m’hemm l-ebda ostakli għan-negozju. Fil-fatt joħroġ ċar li s-suq għal moduli solari huwa dinji għaliex il-moduli solari jiġu mibjugħa globalment. Barra dan, l-istudji ma jinkludu fihom l-ebda informazzjoni dwar is-suq tal-moduli solari fuq l-iskala taż-Żona Ekonomika Ewropea li tindika li s-suq relevanti mil-lat ta’ spazju huwa s-suq globali. Barra minn hekk fid-deċiżjoni li saret qabel dwar il-kontroll ta’ fużjonijiet (48) l-istess kif ġara f’deċiżjonijiet dwar għajnuniet (49) li saru qabel – anke jekk limitazzjoni espliċita tas-suq mhijiex neċċessarja – wieħed mexa fuq il-bażi li s-suq għal moduli solari huwa bi probabilità qawwija s-suq globali.

(131)

Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, għall-iskopijiet ta’ din id-deċiżjoni dwar għajnuna il-Kummissjoni tikkunsidra is-suq tal-moduli solari bħala suq globali.

6.4.3.4.   Punt 24 ittra a tal-MSR tal-2002: Sehemi fis-suq

(132)

Skont il-punt 24 ittra a tal-MSR tal-2002 proġett ta’ investiment notifikat individwalment ma jiġix ikkunsidra għal għajnuna għall-investiment, jekk ir-riċevitur tal-għajnuna qabel l-investiment ikun responsabbli ta’ aktar minn 25 % tal-bejgħ tal-prodott konċernat u wara l-investiment ikun f’pożizzjoni li jiggarantixxi aktar minn 25 % tal-bejgħ.

(133)

Sabiex jiġi determinat, jekk hux il-proġett huwiex konformi mal-punt 24 ittra a tal-MSR tal-2002, il-Kummissjoni għandha tanalizza s-sehem fis-suq tar-riċevitur tal-għajnuna fuq livell ażjendali qabel u wara l-investiment. Peress li Sovello bdiet bl-investiment tagħha fis-sena 2006 u għandha tilħaq il-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni fl-2009, il-Kummissjoni investigat is-sehem ta’ Sovello fis-suq tal-moduli solari għall-perjodu bejn l-2005 u l-2010.

(134)

Man-notifikazzjoni tal-għajnuna, il-Ġermanja ssottomettiet studju indipendenti (50) bi tbassir relatat mal-iżvilupp tad-domanda fis-settur fotovoltajku. Barra minn hekk hija kkomunikat diversi dejta dwar il-volumi prevvisti fil-produzzjoni ta’ moduli solari tar-riċevitur tal-għajnuna. Għall-kalkoli tagħha l-Kummissjoni kkonsultat studju tal- LBBW. Dan l-istudju jinkludi informazzjoni dwar kapaċitajiet installati u dwar id-domanda kif ukoll stimi ta’ prezzijiet. (51)

(135)

Peress li fiż-żmien tan-notifikazzjoni jew wara l-ebda wieħed mit-tliet imsieħba fil-joint venture; Evergreen, Q-Cells u REC ma kellhom parti ta’ aktar minn 50 % f’Sovello, normalment il-Kummissjoni waqt l-investigazzjoni tal-konformità mal-punt 24 ittra a tal-MSR tal-2002 ma tikkunsidrax is-sehem tagħhom fis-suq. (52)

(136)

Evergreen tippromwovi u tbiegħ il-moduli kollha prodotti minn Sovello, pero l-ftehim tal-marketing iżomm mal-prinċipju li wieħed għandu jżomm lura sabiex ma jkunx hemm kunfidenza żejda. Madanakollu ma jistax jiġi eskluż, li Evergreen fuq il-bażi tas-sehem tagħha fl-joint venture tista’ tinfluwenza l-istrateġiji tal-marketing ta’ Sovello. Sabiex jiġi kkunsidrat l-aktar każ negattiv, il-Kummissjoni ikkalkulat is-sehem komuni fis-suq ta’ Evergreen u Sovello, mingħajr ma tieħu pożizzjoni definittiva dwar il-mistoqsija konċernata. (53)

(137)

Fuq din il-bażi , il-Kummissjoni tiddikjara li is-sehem komuni fis-suq ta’ Sovello u Evergreen (fuq il-bażi tal-kwantità u tal-valur) fil-perjodu bejn l-2005 sal-2010 kien inqas minn 5 %.

(138)

Minn dawn il-figuri joħroġ, li s-sehem fis-suq tar-riċevitur tal-għajnuna qabel u wara l-investiment ma jaqbiżx il-25 % tas-suq sħiħ għal moduli solari. Għalhekk fl-opinjoni tal-Kummissjoni l-miżura għall-għajnuna notifikata hija konformi mal-punt 24 ittra a tal-MSR tal-2002.

6.4.3.5.   Punt 24 ittra b tal-MSR tal-2002: Kapaċità tal-produzzjoni

(139)

Il-Kummissjoni kompliet tinvestiga, jekk hux il-proġett ta’ investiment huwa konformi mal-punt 24 ittra b tal-MSR tal-2002. Għal dan l-iskop hija vverifikat jekk ir-rata ta’ tkabbir medja tal-konsum tal-prodott konċernat f’dan l-aħħar ħames snin kinitx akbar mir-rata ta’ tkabbir annwali medja tal-prodott gross domestiku fiż-Żona Ekonomika Ewropea (li jindika, li l-iżvilupp tas-suq mhux bilfors qed jonqos strutturalment).

(140)

Peress li l-miżura ġiet notifikata fl-2006, ġew ikkonsultati l-figuri għas-snin 2000 sa 2005. L-informazzjoni li l-Ġermanja tat dwar dan fin-notifikazzjoni ġew investigati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-istudji komunikati u ta’ informazzjoni pubblikament aċċessibbli minn sorsi li wieħed jista’ joqgħod fuqhom (54). Fl-ebda wieħed minn dawn is-sorsi ir-rata ta’ tkabbir annwali medja tal-konsum ta’ moduli solari fiż-Żona Ekonomika Ewropea fl-2005 ma kienet tgħodd għal inqas minn 49 % (kwantità) jew 42 % (valur).

(141)

Ir-rata ta’ tkabbir annwali medja tal-prodott gross domestiku fiż-Żona Ekonomika Ewropea fis-snin 2000 sa 2005 kien jammonta għal 1,76 % fuq il-bażi tal-kwantità u 3,72 % fuq il-bażi tal-valur. Ir-rata ta’ tkabbir annwali medja ta’ moduli solari f’dawn l-aħħar ħames snin, li għaliha hemm figuri disponibbli hija akbar.

(142)

Għall-istima tal-konsum fiż-żona Ekonomika Ewropea tas-settur fotovoltajku sħiħ, il-Kummissjoni mxiet fuq il-bażi li hemm ftit li xejn informazzjoni dwar is-suq ta’ moduli solari fuq l-iskala taż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan huwa prinċipalment attribwit għall-fatt, li s-suq tal-moduli solari huwa meqjus bħala suq globali. Is-suq fotovoltajku huwa kkunsidrat bħala sostitut tajjeb għas-suq tal-moduli solari għaliex moduli solari huma prodotti intermedjarji fis-suq fotovoltajku sħiħ u normalment is-suq għal prodott intermedjarju jiżvilupp b’mod simili bħas-suq għall-prodott finali jiġifieri s-suq sħiħ (wejfers, ċelluli, moduli u sistemi solari ġeneralment jagħmlu parti mis-settur fotovoltajku). Barra minn hekk is-suq fotovoltajku qed jikber b’rata hekk mgħaġġla, li anke jekk fir-realtà l-iżvilupp tat-tkabbir fis-suq tal-moduli solari fiż-Żona Ekonomika Ewropea jvarja minimament, wieħed xorta ma jistax jassumi, li it-tkabbir ikun inqas minn 1,76 %.

(143)

Fuq il-bażi tal-figuri hawn fuq imsemmija l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-miżura ta’ għajnuna notifikata hija konformi mal-punt 24 ittra b tal-MSR tal-2002.

6.5.   Konklużjoni

(144)

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni imsemmija, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna notifikata hija konformi mal-Linji Gwida dwar Għajnuniet Reġjonali tal- 1998, mal-mappa taż-żoni għall-iżvilupp fil-Ġermanja (2004–2006) u mal-MSR tal-2002.

ĦADET DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   L-intensità tal-għajnuna reġjonali ppjanata mill-Ġermanja ta’ massimu ta’ 23,8224 % tal-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross (BSÄ) tal-ispejjeż intitolati għall-għajnuna ta’ 114 882 310 Euro (valuri fil-preżent) u l-ammont ta’ għajnuna reġjonali korrispondenti ta’ 27 367 723 Euro (valur fil-preżent) għall-benefiċċju ta’ Sovello AG huma konformi mas-Suq Komuni, jekk il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tapprova kofinanzjament mill-EFRE (Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali) li jammonta mill-inqas għal 25 % tal-infiq pubbliku għall-proġett.

(2)   Jekk fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma tapprovax kofinanzjament mill-EFRE li jammonta mill-inqas għal 25 % tal-infiq pubbliku għall-proġett, f’dan il-każ jkunu konformi mas-suq Komuni l-intensità tal-għajnuna reġjonali ppjanata mill-Ġermanja ta’ massimu ta’ 22,46 % tal-BSÄ tal-ispejjeż intitolati għall-għajnuna ta’ 114 882 310 Euro (valuri fil-preżent) u l-ammont ta’ għajnuna reġjonali korrispondenti ta’ 25 802 567 Euro (valur fil-preżent).

Artikolu 2

(1)   Jekk f’deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni tapprova kofinanzjament mill-EFRE li jammonta mill-inqas għal 25 % tal-infiq pubbliku għall-proġett, l-għajnuna (inkluż il-bonus ta’ koeżjoni) ta’ massimu ta’ 23,8224 % tal-BSÄ tal-ispejjeż ta’ Sovello 2 intitolati għall-għajnuna, li jikkorrispondi għal ammont ta’ għajnuna ta’ 27 367 723 Euro (valur fil-preżent) tkun tista’ tiġi mogħtija.

(2)   Jekk f’deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma tapprovax kofinanzjament mill-EFRE li jammonta mill-inqas għal 25 % tal-infiq pubbliku għall-proġett, l-għajnuna (mingħajr il-bonus ta’ koeżjoni) ta’ massimu ta’ 22,46 % tal-BSÄ tal-ispejjeż ta’ Sovello 2 intitolati għall-għajnuna li jikkorrispondi għal ammont ta’ għajnuna ta’ 25 802 567 Euro (valur fil-preżent) tkun tista tiġi mogħtija.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Ġermanja.

Magħmul fi Brussel, is-17 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227, 4.9.2008, p. 19.

(2)  ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8.

(3)  Biex wieħed jifhem aħjar id-deċiżjoni, l-isem kurrenti “Sovello AG” qiegħed jintuża wkoll għall-perjodu qabel ma nbidel l-isem tal-kumpanija.

(4)  Ara n-nota Nru 1 fil-qiegħ tal-paġna.

(5)  Għajnuna mill-Istat N 641/02 – il-Ġermanja –il-mappa taż-żoni ta’ żvilupp fil-Ġermanja (2004-2006).

(6)  L-String-Ribbon-Technology hija proċedura kontinwa, li fiha wajers twal jiġu mrembla f’kolji u jiġu mgħoddija minn silikon likwidu biex b’hekk toħroġ strixxa twila tas-silikon (“Ribbon”) mit-tank bis-silikon maħlul. L-istrixxa tiġi maqtugħa f’biċċiet uniformi u maqtugħa f’unitajiet aktar żgħar (wejfers solari). Il-wejfers imbagħad jiġu mnaddfa u permezz ta’ aktar skali fil-proċess tal-manifattura (taħlit POCl3, inċiżjoni fl-imxarrab, kisi SiN kontra r-riflessjoni, elettropjetjar u kkondizzjonar ) jiġu proċessati f’ċelluli solari. Fl-aħħar skala tal-proċess tal-manifattura ċ-ċelluli jiġu magħquda f’moduli solari (pannelli).

(7)  Sovello kienet digà ngħatat għajnuna għal investiment reġjonali għall-ewwel fabbrika tagħha f’Thalheim, li kienet tinkludi wkoll bonus tal-SME ta’ 15-il punt perċentwal f’dak li għandu x’jaqsam mar-Regolament –SK skont l-Artikolu 4 paragrafu 3 ittra b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u medji (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33). Fid-deċiżjoni tagħha N 426/05 tas-7 ta’ Ġunju 2006 (ĠU C 270, 7.11.2006, p. 2) il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni, li fiż-żmien tan-notifikazzjoni Sovello kienet intrapriża żgħira jew medja.

(8)  Megawatt-Peak (MWp) tfisser 1 000 000 Watt-Peak (Wp). Watt-Peak huwa l-kejl tal-kapaċità (rata tal-kapaċità) ta’ ċelluli solari u moduli solari. Fil-qasam fotovoltajku Watt-Peak huwa standard komuni għat-tqabbil tal-kapaċità teknika ta’ moduli solari u tiddeskrivi r-rata tal-kapaċità tal-moduli taħt kondizzjonijiet standard għall-ittestjar.

(9)  Oriġinarjament (skont il-kuntratt qafas tal-intrapriża bejn tnejn jew aktar bejn Evergreen u Q-Cells ta’ Jannar tal-2005), fuq it-territorju tal-intrapriża fil-Ġermanja ġie ppjanat investiment ħafna akbar, għal kapaċità addizzjonali ta’ 90 MWp jiġifieri (skont l-informazzjoni kkomunikata f’Marzu tal-2007 permezz tan-notifikazzjoni ta’ proġett estiż) […](*) (*) Suġġett għas-sigriet professjonali). MWp, li kellha tiġi implimentata fi […] fażijiet ([…]). Il-Ġermanja qatgħet l-aħħar żewġ fażijiet min-notifikazzjon[…]., Il-Kummissjoni mir-rapporti annwali tal-imsieħba fil-joint venture rat, li fis-sena 2008 Sovello laħqet kapaċità sħiħa ta’ 85 MWp.

(10)  Ara n-nota Nru 7 fil-qiegħ tal-paġna.

(11)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2003 (ĠU C 284, 27.11.2003, p. 2).

(12)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2005 (ĠU C 235, 23.9.2005, p. 3).

(13)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006 (ĠU C 23, 1.2.2007, p. 1).

(14)  Ikkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta’ interessi għar-referenza għall-Ġermamnja li jammontaw għal 4,36 % validi fiż-żmien li saret in-notifikazzjoni.

(15)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(16)  ĠU C 186, 6.8.2003.

(17)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

(18)  Applikazzjoni tat-8 ta’ Mejju 2007.

(19)  Ittra ta’ approvazzjoni tal-15 ta’ Diċembru 2006, emendata fid-29 ta’ Jannar 2009.

(20)  Stat Membru jista’ japplika r-rata massima ta’ għajnuna sħiħa fuq l-ewwel 50 miljun Euro tal-ispejjeż tal-proġett għal darbtejn (tnaqqis tar-rata massima ta’ għajnuna reġjonali applikabbli mhuwiex meħtieġ) kif ukoll jista’ japplika għal darbtejn in-nofs tar-rata massima fuq 50 miljun Euro oħra. Iżda għall-ispejjeż intitolati għall-għajnuna ta’ aktar minn 100 miljun Euro r-rata massima ta’ għajnuna reġjonali hija limitata għal 34 %.

(21)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 872/06 – Għajnuna waħda għal Qimonda (ĠU C 170, 5.7.2008, p. 2).

(22)  Każ T-184/97, BP vs Kummissjoni, ECR [1997] II-3145. F’dan il-Każ l-Qorti tal-Ewwel Istanza ordnat li programm għad-dimostrazzjoni tal-vijabilità ekonomika u industrijali ta’ kategorija partikulari ta’ prodotti ma tistax titqies bħala proġett pilota għall-iżvilupp teknoloġiku ta’ prodotti.

(23)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(24)  L-EPIA tirrapreżenta kważi 200 membru mis-settur kollu tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mix-xemx, li huma bbażati f’aktar minn 20 pajjiż fl-Ewropa (għalhekk l-assoċjazzjoni tkopri l-katina sħiħa tal-valur miżjud tal-industrija fotovoltajka mill-produzzjoni ta’ silikon, wejfers u moduli sal-iżvilupp ta’ sistemi). Ir-riċevitur tal-għajnuna huwa membru tal-EPIA.

(25)  Main definitions and conventions for the measurement of research and experimental development – A summary of the Frascati manual 1993; OECD, Paris, 1994, par. 117-118.

(26)  Għall-impjant għad-depożitu ta’ materjali permezz ta’ […] jintuża (minflok il-proċess tradizzjonali tad-depożitu CVD permezz tal-plażma, ‘l hekk imsejjħa proċess PECVD) proċess innovattiv […].

(27)  Il-forma taċ-ċellula tat-teknoloġija l-ġdida (150 mm x 80 mm) hija differenti mill-forma kwadra taċ-ċellula konvezjonali bbażata fuq wejfers tas-silikon (156 mm x 156 mm). Ir-rekwiżiti tal-forma taċ-ċelluli differenti u l-karatteristiċi fiżiċi speċjali tal-wejfers (pereżempju […]) kellhom jiġu kkunsidrati waqt l-ippjanar u l-iżvilupp tal-magni u l-impjanti kollha ta’ Sovello 1.

(28)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-każ N 810/06 – Għajnuna lil AMD (ĠU C 246, 20.10.2007, p. 1).

(29)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2007, N 850/06, Għajnuna lil Q-Cells (ĠU C 270, 13.11.2007, p. 5).

(30)  L-artijiet ġew mixtrija separatament, iżda l-kuntratt tax-xiri tal-art ta’ Sovello 1 (tal-[…]) kien jinkludi dritt għax-xiri mhux obbligatorju għal biċċa art oħra għal Sovello 2 (kuntratt tax-xiri tal-[…]). l-għażla tal-art ta’ Sovello 2 bħala “art għall-użu industrijali” ġiet deċiża biss aktar tard u l-iżvilupp tas-sit sar separatament.

(31)  Hawnhekk il-Ġermanja tirreferi għar-rapport tad-Deloitte & Touche GmbH tas-27 ta’ Settembru 2006 li hija ppreżentat lill-Kummissjoni man-notifikazzjoni. Fih ġie konkluż li Sovello 1 u Sovello 2 huma amministrati b’mod separat u anke jistgħu jinbiegħu separatament.

(32)  Għaliex hija m’għamlitx investiment wieħed għall-iżvilupp ta’ kapaċità tal-produzzjoni ta’ 90 MWp iżda żewġ investimenti separati Sovello 1 (30 MWp) u Sovello 2 (60 MWp).

(33)  Il-kalkolu ta’ dan l-ammont addizzjonali huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li għal investiment wieħed hemm inqas spejjeż intitolati għall-għajnuna li b’kollox jammontaw għal madwar 144 miljun Euro u li għal proġett ta’ investiment daqshekk kbir kien der jingħata bonus tal-SME.

(34)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(35)  Peress li l-proġett tal-investiment jista’ jtul għal diversi snin, qed jiġi kkalkulat perijodu ta’ tliet snin mill-bidu tax-xogħlijiet fuq kull proġett.

(36)  Il-Ġermanja tagħti aktar spjegazzjonijiet dwar id-differenza bejn il-fażi tal-ittestjar taħt kondizzjonijiet sperimentali fil-fabbrika f’Marlboro u l-proċessi industrijali ttestjati fil-kwadru tal-proġett Sovello 1. Skont dawn, il-produzzjoni f’Marlboro hija bbażata fuq l-iString-Ribbon-Technology ta’ Evergreen, il-manifattura tal-moduli ssir manwalment u l-prodotti finali huma moduli tat-tip “Cedar Line”. Skont il-Ġermanja […].

(37)  Rapport annwali tal-2008 ta’ Evergreen.

(38)  Manwal Frascati – Proposta għall-prattika standard ta’ sondaġġi għar-riċerka u l-iżvilupp esperimentali.

(39)  Għal proġett f’żona għall-iżvilupp skont l-Artikolu 87(3) ittra a tat-Trattat tal-KE.

(40)  Potenzjal tal-kapaċità u tas-suq għal sistemi konnessi fil-forma ta’ grilja sas-sena 2010, EPIA, Frankfurt, Diċembru 2005.

(41)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2006 fil-każ N 17/06 – Għajnuna għal First Solar (MSR tal-2002) (ĠU C 259, 26.04.2006, p. 13).

(42)  Ara punti 9 u 10 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2006 fil-każ N 335/06 – Għajnuna għal CSG Solar (ĠU C 232, 27.09.2006, p. 2).

(43)  Każ ta’ għajnuna N 17/06 First Solar (MSF tal-2002) (ĠU C 259, 26.4.2006, p. 13); każ ta’ għajnuna N 409/06 HighSi GmbH (MSF tal-2002) (ĠU C 77, 5.4.2007, p. 4); każ ta’ għajnuna N 863/2006 Avancis (MSF tal-2002) (ĠU C 227, 27.9.2007, p. 1); każ ta’ għajnuna N 199/08 Intico Solar (ĠU C 195, 1.8.2008, p. 2); każ ta’ għajnuna N 545/08 Masdar (ĠU C 9, 14.1.2009, p. 8); każ ta’ għajnuna N 453/08 Sunfilm (ĠU C 106, 8.5.2009, p. 7); każ ta’ għajnuna N 538/08 ersol Thin Film (ĠU C 63, 18.03.2009, p. 16).

(44)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2006 fil-każ N 409/06 – Għajnuna għal HighSi GmbH (MSR tal-2002) (ĠU C 77, 5.4.2007, p. 4).

(45)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27.3.2001 fil-każ COMP/M.2367 - Siemens/E.ON/Shell/SSG u deċiżjoni tat-18.4.2001 fil-każ COMP/M.2712 – Electrabel/Totalfinalelf/ Photovoltech

(46)  L-istudji jgħoddu bħala indipendenti għaliex huma la ġew ikkummissjonati mir-riċevitur tal-għajnuna u lanqas ġew imħejjija esklussivament għall-iskopijiet ta’ din l-evalwazzjoni.

(47)  “Potenzjal tal-kapaċità u tas-suq għal sistemi konnessi fil-forma ta’ grilja sas-sena 2010”, EPIA, Frankfurt, Diċembru 2005; “Analiżi tas-settur fotovoltajku tal-2006”, il-Bank Reġjonali ta’ Baden-Württemberg, Stuttgart, 21 ta’ Marzu 2006; “Sun Screen II”, CLSA, Lulju 2005; “Rapport dwar l-istatus tal-qasam fotovoltajku tal-2006”, Kummissjoni Ewropea/Ċentru tar-riċekra komunali u l-istituzzjoni għall-ambjent u s-sostennibilità, Awwissu 2006; “Ġenerazzjoni solari”, Greenpeace u EPIA, Settembru 2006. “Mudell tas-suq fotovoltajku – Verżjoni 2.1”, il-Bank Reġjonali ta’ Baden-Württemberg (LBBW), 22 ta’ Awwissu 2007. Il-Ġermanja pprezentat dawn l-istudji man-notifikazzjoni.

(48)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27.3.2001 fil-każ COMP/M.2367 - Siemens/E.ON/Shell/SSG u deċiżjoni tat-18.4.2001 fil-każ COMP/M.2712 – Electrabel/Totalfinalelf/ Photovoltech.

(49)  Każijiet ta’ għajnuna N 17/2006 First Solar (MSR tal-2002) (ĠU C 259, 26.4.2006, p. 13), N 409/06 HighSi GmbH (MSR tal-2002) (ĠU C 77, 5.4.2007, p. 4), N 863/06 Avancis (MSR tal-2002) (ĠU C 227, 27.9.2007, p. 1), N 850/06 Q-Cells (ĠU C 270, 13.11.2007, p. 5), N 199/08 Intico Solar (ĠU C 195, 1.8.2008, p. 2), N 545/08 Masdar (ĠU C 9, 14.1.2009, p. 8), N 453/08 Sunfilm (ĠU C 106, 8.5.2009, p. 7), N 538/08 ersol Thin Film (ĠU C 63, 18.3.2009, p 16).

(50)  Ara n-nota Nru 47 fil-qiegħ tal-paġna.

(51)  Fl-opinjoni tal-Kummissjoni informazzjoni dwar il-kapaċità rikjesta (sistemi ta’ enerġija solari) jistgħu jagħtu tagħrif dwar il-volum tas-suq tal-moduli solari.

(52)  Il-Kummissjoni kellha l-istess pożizzjoni fid-deċiżjoni tagħha fil-każ ta’ għajnuna N 850/06 (QCells).

(53)  Fir-rapport annwali tal-2008 Evergreen tinnotifika, li mis-sena 2009 Sovello ser tibda bilmod ‘il mod tikkumerċjalizza l-prodotti tagħha indipendentement.

(54)  Websajt dwar il-Programm ta’ sistemi ta’ enerġija fotovoltajka tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija (IEA PVPS): www.iea-pvps.org


Top