This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0614
2009/614/EC: Commission Decision of 23 July 2009 amending Decision 2008/458/EC laying down rules for the implementation of Decision No 575/2007/EC of the European Parliament and of the Council establishing the European Return Fund for the period 2008 to 2013 as part of the general programme Solidarity and management of migration flows as regards Member States’ management and control systems, the rules for administrative and financial management and the eligibility of expenditure on projects co-financed by the Fund (Notified under document C(2009) 5453)
2009/614/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5453)
2009/614/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5453)
ĠU L 210, 14.8.2009, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Lulju 2009
li temenda d-Deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5453)
(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2009/614/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali ’Solidarjetà u Ġestjoni tal-flussi Migratorji’ (1), u partikolarment l-Artikolu 23 u 35(4) tal-istess,
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-esperjenzi, wara t-tnedija tal-Fond, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' eleġibilità tal-programmi annwali biex jippermettu lill-Istati Membri li jimplimentaw il-Fond b'mod effettiv u biex jaddattaw l-iskeda taż-żmien għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali. |
(2) |
Huwa wkoll xieraq li jiġu adattati l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-programmi annwali riveduti mill-Istati Membri. |
(3) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit huwa marbut bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda hija marbuta bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas mhija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat komuni għas-“Solidarjetà u ġestjoni tal-flussi migratorji”, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/458/KE (2) hija emendata skont li ġej:
1. |
L-Artikolu 23(1) qed jinbidel b'dan li ġej: “1. Sabiex jiġi rivedut il-programm annwali approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21(5) tal-att bażiku, l-Istat Membru konċernat għandu jressaq abbozz tal-programm annwali rivedut lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibilità. Il-Kummissjoni għandha teżamina u, mill-aktar fis possibbli, tapprova l-programm rivedut skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tal-att bażiku.” |
2. |
Fil-Punt 4.1 tal-Anness V, Part A, il-kliem “'Lista tal-irkupru kollu pendenti fit-30 ta’ Ġunju tas-sena N + 2 (N = sena ta’ dan il-programm annwali)” huma mibdulin bil-kliem “Lista tal-irkupru kollu pendenti sitt xhur wara t-terminu perentorju tal-eleġibiltà”. |
3. |
Fl-Anness XI, il-Punt I.4.1 huwa mibdul b'dan li ġej:
(*) Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.”" |
4. |
Fl-Anness XI, il-Punt V.3. huwa mibdul b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-programmi annwali kollha li għalihom ma sarx il-pagament tal-bilanċ fid-data tal-adozzjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45.
(2) ĠU L 167, 27.6.2008, p. 135.