This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0603(03)
Council Decision of 25 May 2009 appointing Maltese members and a Maltese alternate member of the Advisory Committee on Freedom of Movement for Workers
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Mejju 2009 Li taħtar membri Maltin u membru supplenti Malti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Mejju 2009 Li taħtar membri Maltin u membru supplenti Malti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
ĠU C 123, 3.6.2009, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2010
3.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2009
Li taħtar membri Maltin u membru supplenti Malti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
2009/C 123/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 26 u 27 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2008 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu bejn il-25 ta' Settembru 2008 u l-24 ta' Settembru 2010, ħlief ċerti membri fosthom il-membri u l-membri supplenti Maltin fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
(2) |
il-Gvern Malti ppreżenta n-nomini għal għadd ta' postijiet li jridu jimtlew, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura bħala membri u membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jiskadi fl-24 ta’ Settembru 2010:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
Malta |
Is-Sur Joseph MIZZI Is-Sinjura Josephine FARRUGIA |
Is-Sur Anthony BUTTIGIEG |
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 257, 18.10.1968, p.2.
(2) ĠU C 253, 4.10.2008, p. 7.