This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0551
2009/551/EC: Commission Decision of 13 July 2009 fixing the maximum amount of aid granted for the private storage of olive oil under the tendering procedure opened by Regulation (EC) No 542/2009 (notified under document number C(2009) 5715)
2009/551/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta' Lulju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5715)
2009/551/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta' Lulju 2009 li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5715)
ĠU L 184, 16.7.2009, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
16.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta' Lulju 2009
li jiffissa l-ammont massimu tal-għajnuna mogħtija għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa skont il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5715)
(It-testi bil-Franċiż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż u l-Ispanjol biss huma awtentiċi)
(2009/551/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Kummissjoni (KE) Nru 542/2009 ta’ 23.6.2009 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi dwar żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu għall-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu għall-għajnuna. |
(3) |
Abbażi tal-offerti mressqa b’risposta għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti, huwa f’loku li jiġi ffissat l-ammont massimu tal-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-6 ta' lulju 2009. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fis-6 ta' lulju 2009 fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 542/2009, l-ammont massimu ta’ għajnuna għaż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun kif stipulat fl-Anness għal dan id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1
ANNESS
(EUR/tunnellata/jum) |
|
Prodott |
Ammont massimu ta’ għajnuna |
Żejt extra-verġini taż-żebbuġa |
1,3 |
Żejt verġni taż-żebbuġa |
1,3 |