This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0516
2009/516/EC: Council Decision of 22 June 2009 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Government of the Republic of India on certain aspects of air services
2009/516/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
2009/516/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
ĠU L 173, 3.7.2009, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/516/oj
3.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ġunju 2009
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/516/KE)
IL-KUNSILL TAl-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (1) (il-Ftehim) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fit-28 ta’ Settembru 2008, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/797/KE (2) tal-25 ta’ Settembru 2008. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 273, 15.10.2008, p. 9.
(2) ĠU L 273, 15.10.2008, p. 7.