This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0159
2009/159/EC: Commission Decision of 25 February 2009 granting a derogation to Austria pursuant to Decision 2008/671/EC on the harmonised use of radio spectrum in the 5875 - 5905 MHz frequency band for safety-related applications of Intelligent Transport Systems (ITS) (notified under document number C(2009) 1136)
2009/159/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Frar 2009 li tagħti deroga lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5875 - 5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1136)
2009/159/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Frar 2009 li tagħti deroga lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5875 - 5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1136)
ĠU L 53, 26.2.2009, p. 74–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
26.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Frar 2009
li tagħti deroga lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1136)
(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2009/159/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba tal-Awstrija tal-25 ta’ Novembru 2008,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE, l-Istati Membri jeħtieġ li jinnominaw u jagħmlu disponibbli fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) soġġetta għal parametri speċifiċi, mhux aktar tard mis-6 ta’ Frar 2009. |
(2) |
L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/671/KE jistipula li, permezz ta’ deroga, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi ta’ tranżizzjoni u/jew arranġamenti ta’ qsim tal-ispettri tar-radju, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE. |
(3) |
L-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni li, minħabba li l-medda fil-preżent hija assenjata fuq bażi mhux esklussiva lil sistemi tar-radju minn punt sa punt għall-Ġabra Elettronika tal-Aħbarijiet (Electronic News Gathering, ENG), mhijiex f’pożizzjoni li timplimenta r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2008/671/KE fil-ħin. |
(4) |
L-awtorizzazzjoni sabiex tinstalla u topera s-sistemi ENG minn punt sa punt ingħatat mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka fl-1989 u hija valida mingħajr limiti ġeografiċi jew taż-żmien fl-Awstrija kollha. L-Awstrija qalet li l-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka se tadotta tagħmir ġdid tat-trasmissjoni ENG minn punt sa punt sabiex topera fuq medda differenti u qablet li tabbanduna l-awtorizzazzjoni tagħha dwar l-użu tal-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz sal-31 ta’ Diċembru 2011. Mill-1 ta’ Jannar 2012, il-medda 5 875-5 905 MHZ se tkun kompletament disponibbli għall-applikazzjonijiet tal-ITS relatati mas-sikurezza, skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE. |
(5) |
L-Awstrija għamlet talba formali, b’ittra lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Novembru, għal perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-ITS tkun tista’ tintuża fl-Awstrija biss fi ħdan limiti taż-żmien u limiti reġjonali li għandhom jitwaqqfu wara koordinazzjoni mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-ispettru fl-Awstrija mas-sistemi ENG minn punt sa punt operati mill-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka. |
(6) |
L-Awstrija pprovdiet tagħrif u ġustifikazzjoni teknika suffiċjenti biex issostni t-talba tagħha, ibbażati b’mod partikolari fuq konklużjonijiet mis-CEPT li tista’ tirriżulta interferenza li tagħmel il-ħsara bejn is-sistemi minn punt sa punt u s-sistemi relatati mas-sikurezza tal-ITS, sakemm il-miżuri ma jittiħdux f’livell nazzjonali sabiex jiżguraw il-koeżistenza bejn dawn is-sistemi. It-tali interferenza li tagħmel il-ħsara għandha l-potenzjal li tikkawża inċidenti kbar tat-traffiku. |
(7) |
Projbizzjoni totali għall-użu tal-medda 5 875-5 905 MHz mill-ITS tkun limitata għal sezzjonijiet żgħar tal-Awstrija u għal perjodi qosra taż-żmien. L-użu ta’ din il-medda mill-ITS jibqa’ jkun permess fil-bqija tal-Awstrija suġġett għall-koordinazzjoni mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-ispettru fl-Awstrija. Id-deroga għalhekk ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-varar tat-tekonoloġija tal-ITS fl-Awstrija, speċjalment għaliex id-disponibbiltà kummerċjali ta’ sistemi bħal dawn hija mistennija li tkun pjuttost limitata sal-2011. |
(8) |
Minħabba n-natura eċċezzjonali tad-deroga, rapport dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Awstrija għall-ITS u l-ENG ikun ta’ benefiċċju sabiex ikun hemm ġestjoni bla xkiel fil-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
(9) |
Il-membri tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju qalu matul il-laqgħa tagħhom fis-17 ta’ Diċembru 2008 li huma ma joġġezzjonawx għal din id-deroga ta’ tranżizzjoni. |
(10) |
Id-deroga mitluba mhux se tiddeferixxi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/671/KE jew toħloq differenzi inutli f’sitwazzjonijiet kompetittivi jew regolatorji bejn l-Istati Membri. Hemm ġustifikazzjoni suffiċjenti għal dan meta wieħed iqis is-sitwazzjoni partikolari tal-Awstrija, u l-implimentazzjoni kompluta tad-Deċiżjoni 2008/671/KE jeħtieġ li tkun iffaċilitata fl-Awstrija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Awstrija hija awtorizzata li tidderoga mill-obligazzjonijiet tagħha skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għall-applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS), suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Awstrija tista’ timponi limiti taż-żmien u limiti ġeografiċi fuq l-użu tal-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għall-applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza tal-ITS sabiex tiżgura l-koordinazzjoni mas-sistemi minn punt sa punt operati mill-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka f’dik il-medda.
Artikolu 3
L-Awstrija għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2011 dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) ĠU L 220, 15.8.2008, p. 24.