Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0007

    2009/7/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2008 rigward l-ispejjeż mġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8431)

    ĠU L 4, 8.1.2009, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/7(2)/oj

    8.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 4/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Diċembru 2008

    dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2008 rigward l-ispejjeż mġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8431)

    (it-testi bl-Ispanjol, bil-Grieg u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

    (2009/7/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni l-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd tagħhom għall-2008 flimkien mal-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja rigward l-ispejjeż li se jiġġarbu fit-twettiq tal-proġetti fi ħdan it-tali programm.

    (2)

    L-applikazzjonijiet li jikkonċernaw il-miżuri fil-qasam ta’ kontroll u infurzar elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju.

    (3)

    L-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju jridu jkunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 f’dak li jirrigwarda l-ispiża mġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (2). [Titlu mhux uffiċjali]

    (4)

    Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni bħal din.

    (5)

    Huwa xieraq li tiġi ffissata data ta’ skadenza għat-talbiet ta’ rimborż mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sabiex jitħaffef il-proċess tal-għeluq ta’ impenji pendenti.

    (6)

    Id-data ta’ skadenza għall-ħlasijiet li fir-rigward tagħhom qed jintalab rimborż għandha tikkunsidra r-regoli spjegati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 kif ukoll it-tul ta’ żmien medju tal-proġetti ffinanzjati.

    (7)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/860/KE (3) dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza tas-sajd tal-Istati Membri għall-2008 ġiet adottata fid-29 ta’ Ottubru 2008. Dik id-Deċiżjoni madankollu ma kinitx tinkludi l-proġetti ‘l fuq minn miljun ewro relatati għall-ispejjeż imġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-għassa użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd. B’hekk huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni għal proġetti tali.

    (8)

    Mill-applikazzjonijiet sottomessi minn Spanja, żewġ proġetti finalment ġew posposti minn dak l-Istat Membru.

    (9)

    Żewġ applikazzjonijiet mill-Italja għandhom jiġu kkunsidrati mhux eliġibbli skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku.

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarju għall-2008, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni għall-ispiża mġarrba mill-Greċja, Spanja u l-Italja fil-qafas ta’ proġetti ‘l fuq minn miljun ewro għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-għassa użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd.

    Artikolu 2

    Ir-rata ta’ kontribuzzjoni

    1.   L-ispiża relatata max-xiri u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għandha tikkwalifika, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Anness, għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tal-ispiża eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata għal kull Stat Membru fl-Anness hi kkalkulata abbażi tal-użu tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru għall-ispezzjoni u s-sorveljanza kkonċernati bħala persentaġġ tal-attività annwali totali tagħhom, kif iddikjarata mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Għeluq tal-impenji pendenti

    1.   L-Istati Membru għandhom jiżguraw li l-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-pagamenti mħallsa mill-Istat Membru wara din id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż.

    2.   L-approprjazzjonijiet tal-baġit relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-proġetti tali għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika Taljana.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

    (3)  ĠU L 303, 14.11.2008, p. 13.


    ANNESS

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mogħtija għax-xiri u l-immodernizzar tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tal-għassa użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd

    L-Istat Membru

    L-ispiża ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

    (EUR)

    L-ispejjeż eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni

    (EUR)

    Il-kontribuzzjoni Komunitarja

    (Rata ta’ 50 %)

    (EUR)

    Il-Greċja

    14 603 000

    14 045 000

    7 022 500

    Spanja

    44 225 546

    12 476 320

    6 238 160

    L-Italja

    52 500 000

    24 000 000

    12 000 000

    It-total

    111 328 546

    50 521 320

    25 260 660


    Top