Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009B0670

    2009/670/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2007

    ĠU L 255, 26.9.2009, p. 175–175 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/670/oj

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/175


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ April 2009

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2007

    (2009/670/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2007 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0167/2009),

    1.

    Jinnota li l- kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2007;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 20.

    (2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 57.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top