EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009B0648

2009/648/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 125–125 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/648/oj

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/125


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007

(2009/648/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 60 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0163/2009),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni kif huma annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 16.

(2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 20.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


Top