This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008X0201(01)
Agreement of 31 December 2007 between the European Central Bank and the Central Bank of Cyprus regarding the claim credited to the Central Bank of Cyprus by the European Central Bank under Article 30.3 of the Statute of the European System of Central Banks and of the European Central Bank
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2007 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU C 29, 1.2.2008, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 29/4 |
FTEHIM
tal-31 ta' Diċembru 2007
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus rigward il-klejm ikkreditata lis-Central Bank of Cyprus mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2008/C 29/04)
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U S-CENTRAL BANK OF CYPRUS,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 tal-31 ta' Diċembru 2007, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet mis-Central Bank of Cyprus u l-Bank Ċentrali ta' Malta għar-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li s-Central Bank of Cyprus għandu jittrasferixxi lilll-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 73 400 447,19. |
(2) |
Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, il-BĊE għandu jikkredita lis-Central Bank of Cyprus bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tas-Central Bank of Cyprus ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tas-Central Bank of Cyprus għall-ammont ta' EUR 71 950 548,51, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tas-Central Bank of Cyprus fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema. |
(3) |
Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta mill-applikazzjoni, għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, u mill-effett fuq il-klejms bis-saħħa ta' l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustament ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ. |
(4) |
Minħabba din id-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus jaqblu li l-klejm tas-Central Bank of Cyprus tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li s-Central Bank of Cyprus għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, fil-każ li l-klejm tas-Central Bank of Cyprus hija akbar mill-ammont ta' EUR 71 950 548,51. |
(5) |
Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2. |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus
1. Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 (minn issa 'l quddiem “il-klejm tas-Central Bank of Cyprus” jew “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 71 950 548,51 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 71 950 548,51. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li s-Central Bank of Cyprus għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.
2. Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit mis-Central Bank of Cyprus għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22 huwa anqas mid-differenza bejn: (a) l-ammont tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus; u (b) EUR 71 950 548,51, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 71 950 548,51: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lis-Central Bank of Cyprus ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET/TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
3. Jekk l-ammont tal-klejm tas-Central Bank of Cyprus huwa anqas minn EUR 71 950 548,51 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva mis-Central Bank of Cyprus skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 71 950 548,51. Iż-żieda għandha ssir billi s-Central Bank of Cyprus iħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas mis-Central Bank of Cyprus skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2008, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u s-Central Bank of Cyprus għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.
Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2007.
Għall-Bank Ċentrali Ewropew
Jean-Claude TRICHET
President
Għas-Central Bank of Cyprus
Athanasios ORPHANIDES
Gvernatur