Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1171

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1171/2008 tas- 26 ta’ Novembru 2008 li jistipula l-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa mill- 14 ta’ Novembru 2008 sat- 14 ta’ Novembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrun

ĠU L 317, 27.11.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1171/oj

27.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1171/2008

tas-26 ta’ Novembru 2008

li jistipula l-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 sat-14 ta’ Novembru 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrun

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) stabbilixxa kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 242 074 tunnellata qamħirrun (numru tas-serje 09.4131).

(2)

Min-notifika konformi ma’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 mis-13:00 sat-21 ta’ Novembru fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-perjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni ta’ qamħirrun fl-ambitu tal-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mill-14 ta’ Novembru 2008 mis-13:00 sat-21 ta’ Novembru fis-13:00, ħin ta’ Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skond il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni ta’ 31,233959 %.

2.   Il-ħruġ ta’ liċenzji għal kwantitajiet mitluba fil-21 ta’ Novembru 2008 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, huwa sospiż għall-perjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


Top