Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1089

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1089/2008 tal- 5 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2006 li jistipula miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

    ĠU L 297, 6.11.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1089/oj

    6.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 297/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1089/2008

    tal-5 ta’ Novembru 2008

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2006 li jistipula miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

    Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanja, u partikolarment l-Artikolu 41 u l-Artikolu 21 tiegħu, flimkien mal-punt 4 tas-Sezzjoni 3(a) tal-Anness V tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2006 (1) tistipula dispożizzjonijiet dwar id-determinazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ kwantitajiet żejda ta’ zokkor preżenti fil-Bulgarija u r-Rumanija fid-data tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari tistabbilixxi skadenzi għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda taz-zokkor, għall-eliminazzjoni tagħhom, kif ukoll għall-provi li għandhom jingħataw mill-operaturi identifikati u/jew mill-Bulgarija u r-Rumanija. Tiffissa wkoll perjodi ta’ referenza li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imposti fuq il-Bulgarija u r-Rumanija jekk il-kwantitajiet żejda ma jkunux eliminati.

    (2)

    Minħabba dewmien fil-ksib tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-kwantitajiet żejda fil-Bulgarija u r-Rumanija, kif ukoll minħabba ż-żmien meħtieġ għal analiżi komprensiva ta’ dik l-informazzjoni u għal diskussjoni mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni ma kenitx fil-qagħda li tiddetermina l-kwantitajiet żejda taz-zokkor sal-31 ta’ Lulju 2007, kif stipulat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

    (3)

    Biex tkun żgurata l-applikazzjoni sewwa tas-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu II, jeħtieġ li l-iskadenzi jiġu estiżi.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 9(1), il-“31 ta’ Lulju 2007” għandha tinbidel b’il-“31 ta’ Diċembru 2008”.

    (2)

    L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, it-“30 ta’ April 2008” għandha tinbidel b’it-“30 ta’ Settembru 2009”;

    (b)

    Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    it-“30 ta’ April 2008” għandha tinbidel b’it-“30 ta’ Settembru 2009”;

    (ii)

    il-“31 ta’ Diċembru 2008” għandha tinbidel b’il-“31 ta’ Mejju 2010”;

    (3)

    L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, il-“31 ta’ Lulju 2008” għandha tinbidel b’il-“31 ta’ Diċembru 2009”;

    (b)

    Fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2, it-“30 ta’ April 2008” għandha tinbidel b’it-“30 ta’ Settembru 2009”;

    (4)

    L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, il-“31 ta’ Awwissu 2008” għandha tinbidel b’il-“31 ta’ Jannar 2010”;

    (b)

    Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu it-“30 ta’ April 2008” għandha tinbidel b’it-“30 ta’ Settembru 2009”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu il-“31 ta’ Diċembru 2008” għandha tinbidel b’il-“31 ta’ Mejju 2010”;

    (iii)

    fit-tielet subparagrafu, il-“31 ta’ Ottubru 2008” għandha tinbidel b’il-“31 ta’ Marzu 2010”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


    Top