Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1086

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2008 tal- 5 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1438/2003 li jippreskrivi regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

ĠU L 297, 6.11.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2010; Imħassar b' 32010R1013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1086/oj

6.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 297/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1086/2008

tal-5 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1438/2003 li jippreskrivi regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistipula li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi livelli ta’ referenza għal kull Stat Membru espressi f’TG u kW għall-kapaċità totali tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru. Il-livelli ta’ referenza ġew stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 tat-12 ta’ Awwissu 2003 li jippreskrivi regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2).

(2)

Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003, dak ir-Regolament japplika għall-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità bl-eċċezzjoni tal-bastimenti użati fl-akkwakultura jew irreġistrati fir-reġjuni l-iktar ‘il bogħod ta’ Franza, il-Portugall u Spanja.

(3)

In-nota (1) ta’ qiegħ il-paġna ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 tistipula li l-livelli ta’ referenza jistgħu jiġu riveduti biex jitqiesu bastimenti li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 2002 iżda li ma kinux koperti mill-MAGP IV jew li ma kinux irreġistrati fid-data meta tlestiet it-tabella Annessa.

(4)

Fis-26 ta’ Settembru 2006, l-Olanda infurmat lill-Kummissjoni li għadd ta’ bastimenti, li l-kapaċità tagħhom hija attwalment inkluża fil-livell ta’ referenza għal dak l-Istat Membru, huma esklussivament użati għall-akkwakultura u talbet lill-Kummissjoni tnaqqas il-livell ta’ referenza għall-kapaċità tas-sajd totali tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera Olandiża bi 15 540 GT u 39 258 kW.

(5)

Il-livell ta’ referenza attwali għall-flotta Irlandiża ma jinkludix parti mill-bastimenti fuq skala żgħira mmirata speċjalment għal tipi li mhumiex suġġetti għal kwota. Għalkemm il-kapaċità ta’ dawn il-bastimenti kienet inkluża fl-għanijiet ta’ MAGP IV, ir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-bastimenti ma kinitx lesta fiż-żmien meta ġew stabbiliti l-livelli ta’ referenza. Fl-4 ta’ April 2008, l-Irlanda ressqet il-lista finali tal-bastimenti lill-Kummissjoni u talbitha temenda l-livell ta’ referenza għall-flotta Irlandiża kif xieraq. Barra minn hekk, hu meħtieġ li wieħed iqis il-kapaċità tal-bastimenti tat-tħammil li jistadu għall-molluski li ma kinux irreġistrati qabel. Konsegwentement, il-livell ta’ referenza għall-Irlanda għandu jogħla b’ 1 719 TG u 14 608 kW.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1438/2003 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2008.

Ghall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21.


ANNESS

“ANNESS I

Livelli ta’ referenza minn Stat Membru (1)

Stat Membru

Livelli ta’ Referenza

l-1 ta’ Jannar 2003

R(TG) 03

R(kW) 03

Il-Belġju

23 372

67 857

Id-Danimarka

132 706

459 526

Il-Ġermanja

84 262

175 927

Il-Greċja

119 910

653 497

Spanja (eskluża l-kapaċità rreġistrata fil-Gżejjer Kanarji fil-31-12-2002)

728 344

1 671 739

Franza (esklużi l-għanijiet ta’ l-MAGP IV għas-segmenti tad-Dipartimenti Barranin Franċiżi)

230 257

920 969

L-Irlanda

88 700

244 834

L-Italja

229 862

1 338 971

L-Olanda

197 599

487 809

Il-Portugall (esklużi l-għanijiet ta’ l-MAGP IV għas-segmenti ta’ l-Azores u Madeira)

171 502

412 025

Il-Finlandja

23 203

216 195

L-Iżvezja

51 993

261 028

Ir-Renju Unit

286 120

1 129 194

Total

2 367 830

8 039 571


(1)  Il-livelli ta’ referenza jistgħu jiġu riveduti biex jitqiesu bastimenti li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru 2002 iżda li ma kinux koperti mill-MAGP IV jew li ma kinux irreġistrati fid-data meta tlestiet din it-tabella.”


Top