This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1081
Commission Regulation (EC) No 1081/2008 of 4 November 2008 repealing Regulation (EEC) No 2968/79 laying down detailed rules for the provision of administrative assistance in connection with the export of soft ripened cow’s milk cheeses eligible for special treatment on import into a non-member country and Regulation (EEC) No 1552/80 laying down detailed rules for the provision of administrative assistance in connection with the export of certain cheeses eligible for special treatment on import into Australia
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/2008 ta' l- 4 ta' Novembru 2008 li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2968/79 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-provvediment ta’ assistenza amministrattiva in konnessjoni mal-esportazzjoni ta’ ġobnijiet rotob u maturi tal-ħalib tal-baqar eliġibbli għal trattament speċjali mal-importazzjoni f’pajjiż mhux membru u r-Regolament (KEE) Nru 1552/80 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex tingħata assistenza amministrattiva rigward l-esportazzjoni ta’ ċertu ġobon eliġibbli għal trattament speċjali meta impurtat fl-Awstralja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/2008 ta' l- 4 ta' Novembru 2008 li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2968/79 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-provvediment ta’ assistenza amministrattiva in konnessjoni mal-esportazzjoni ta’ ġobnijiet rotob u maturi tal-ħalib tal-baqar eliġibbli għal trattament speċjali mal-importazzjoni f’pajjiż mhux membru u r-Regolament (KEE) Nru 1552/80 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex tingħata assistenza amministrattiva rigward l-esportazzjoni ta’ ċertu ġobon eliġibbli għal trattament speċjali meta impurtat fl-Awstralja
ĠU L 296, 5.11.2008, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
5.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 296/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1081/2008
ta' l-4 ta' Novembru 2008
li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2968/79 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-provvediment ta’ assistenza amministrattiva in konnessjoni mal-esportazzjoni ta’ ġobnijiet rotob u maturi tal-ħalib tal-baqar eliġibbli għal trattament speċjali mal-importazzjoni f’pajjiż mhux membru u r-Regolament (KEE) Nru 1552/80 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex tingħata assistenza amministrattiva rigward l-esportazzjoni ta’ ċertu ġobon eliġibbli għal trattament speċjali meta impurtat fl-Awstralja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 172(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
l-Artikolu 172(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li ħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2931/79 (2) mill-1 ta’ Jannar 2008, jistipula li meta jiġu esportati prodotti agrikoli li jistgħu, skont ftehimiet konklużi mill-Komunità, jibbenefikaw minn trattament speċjali waqt l-importazzjoni ġewwa pajjiż terz jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu rispettati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, meta jintalbu u wara verifiki xierqa, joħorġu dokument li jiċċertifika li l-kundizzjonijiet tħarsu. Skont dak ir-Regolament, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2968/79 (3) u (KEE) Nru 1552/80 (4) jeħtieġu ċertifikat ippreżentat mill-esportaturi li jindika li l-ġobon hu konformi mad-definizzjoni ppreżentata f’dawk ir-Regolamenti, sabiex jibbenifikaw minn aċċess mingħajr ħlas u bla limitu rispettivament fl-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Awstralja. |
(2) |
L-awtoritajiet tal-importazzjoni kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika kkonfermaw li jivverifikaw il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-ġobnijiet permezz ta’ eżami viżiv u permezz ta’ analiżi fil-laboratorji ta’ kampjuni, u li ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2968/79 m'hemmx bżonnu aktar. |
(3) |
Fl-istess kuntest l-awtoritajiet kompetenti Awstraljani kkonfermaw li, sabiex l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ ġobnijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1552/80 titħalla ħielsa minn kwalunkwe restrizzjonijiet kwantitattivi, huma mhumiex se jkollhom bżonn taċ-ċertifikat ta’ identità u ta’ oriġini. |
(4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2968/79 u (KEE) Nru 1552/80 għalhekk għandom jitħassru. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2968/79 u r-Regolament (KEE) Nru 1552/80 huma revokati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 334, 28.12.1979, p. 8.
(3) ĠU L 336, 29.12.1979, p. 25.
(4) ĠU L 153, 21.6.1980, p. 23.