This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0933
Commission Regulation (EC) No 933/2008 of 23 September 2008 amending the Annex to Council Regulation (EC) No 21/2004 as regards the means of identification of animals and the content of the movement documents (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008 tat- 23 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u l-kontenut tad-dokumenti ta’ moviment Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008 tat- 23 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u l-kontenut tad-dokumenti ta’ moviment Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 256, 24.9.2008, p. 5–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
24.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 256/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 933/2008
tat-23 ta’ Settembru 2008
li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u l-kontenut tad-dokumenti ta’ moviment
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jistipula li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Din is-sistema għandha tikkomprometti erba’ elementi, jiġifieri: mezzi ta’ identifikazzjoni biex jiġi identifikat kull annimal (“mezz ta’ identifikazzjoni”), iż-żamma ta’ reġistri aġġornati f’kull stabbiliment, dokumenti ta’ moviment u reġistru ċentrali jew database tal-kompjuter. L-Anness ta’ dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għal dawn l-elementi. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1560/2007 (2), jistipula li l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja mill-31 ta’ Diċembru 2009. |
(4) |
Fis-17 ta’ Novembru 2007, il-Kummissjoni ressqet rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika fin-nagħaġ u l-mogħoż (3). Dan ir-rapport jikkonkludi li l-Istati Membri għandu jkollhom il-permess li japprovaw tipi ġodda ta’ identifikaturi biex jidentifikaw in-nagħaġ u l-mogħoż skond ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
Saru żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-identifikazzjoni elettronika. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 21/2004, biex ikun hemm spettru usa’ ta’ kombinazzjonijiet tekniċi. Il-mezzi żviluppati l-ġodda ta’ identifikazzjoni, bħall-identifikaturi injettabbli u l-marki elettroniċi fuq il-pastur, għandhom jiġu permessi kif xieraq bħala mezz ta’ identifikazzjoni skond dan ir-Regolament. Madankollu, l-użu tagħhom għandu jkun limitat għal spostamenti nazzjonali, fejn titqies il-ħtieġa li tinkiseb aktar esperjenza prattika fl-użu ta’ dawn il-mezzi ġodda ta’ identifikazzjoni. Billi l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir l-ewwel mezz ta’ identifikazzjoni l-Istati Membri għandu jkollhom aktar flessibbiltà fl-użu ta’ mezzi konvenzjonali ta’ identifikazzjoni bħala identifikatur ieħor. Il-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 tistipula t-tagħrif li għandu jkun hemm fir-reġistri aġġornati li jinżammu f’kull stabbiliment. Parti minn dan it-tagħrif huwa disponibbli biss fl-istabbiliment tat-twelid. Fl-interess tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata dik il-parti tal-Anness. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 jistipula li, mill-31 ta’ Diċembru 2009, l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja għall-annimali kollha mwielda wara dik id-data. Madankollu, matul l-ewwel sena wara l-31 ta’ Diċembru 2009, il-maġġoranza tal-annimali se jiġu identifikati biss b’identifikaturi konvenzjonali mhux elettroniċi, billi dawn l-annimali twieldu qabel din id-data. Matul dik is-sena l-annimali bl-identifikaturi elettroniċi u mhux elettroniċi għandhom jiġu spostati u ttrattati flimkien. |
(8) |
Il-kodiċi individwali tal-annimali minn identifikaturi mhux elettroniċi jistgħu biss jiġu rreġistrati manwalment. Ir-reġistrazzjoni manwali ta’ identifikaturi mhux elettroniċi teħtieġ sforz konsiderevoli min-naħa tad-detenturi u hija sors potenzjali li tiġġenera l-iżbalji. Barra dan, ikun ta’ xkiel għall-operaturi biex jisseparaw dawk il-ftit annimali b’identifikaturi elettroniċi u biex jirreġistraw il-kodiċi tagħhom individwali. Ukoll, ikun ta’ xkiel li jintalab li s-sistemi ta’ qari elettroniku jiġu installati għar-reġistrazzjoni individwali, billi l-parti l-kbira tal-annimali spostati tiġi xorta waħda identifikata bil-lametti tal-widna konvenzjonali mhux elettroniċi. Għalhekk, id-data minn meta d-dokumenti ta’ moviment għandu jkollhom kodiċi individwali tal-annimali għandha tiġi posposta sakemm parti sostanzjali mill-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż tkun diġà qed tiġi identifikata b’mezzi elettroniċi. Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika fin-nagħaġ u l-mogħoż wasal ukoll għal din il-konklużjoni. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li d-data minn meta d-dokument ta’ moviment għandu jkollu l-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali għal kull annimal għandha tiġi posposta għall-1 ta’ Jannar 2011. Id-data msemmija fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004, li tikkonċerna d-dokument ta’ moviment, għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. |
(10) |
Għandha titqies is-sitwazzjoni partikolari tal-annimali li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 2010 f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtieġa li jiġu rreġistrati l-kodiċi individwali tal-annimali fid-dokument ta’ moviment. Ir-riskji marbuta mal-annimali bħal dawn li jittieħdu l-biċċerija huma limitati u ma jiġġustifikawx il-piż supplementari amministrattiv li jinħoloq minħabba f’dan ir-rekwiżit. L-annimali li jittieħdu direttament il-biċċerija għandhom għalhekk jiġu eżentati minn dan ir-rekwiżit minkejja d-data ta’ spostament tal-annimali. |
(11) |
Flimkien ma’ dan, għalkemm l-annimali li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 2010 xorta waħda jkunu għadhom jagħmlu parti sostanzjali mill-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż fl-2011, ir-riskji marbuta mal-moviment tagħhom ikunu qed jonqsu l-ħin kollu, meta proporzjonalment imqabbla mat-tnaqqis fin-numru ta’ annimali bħal dawn sal-31 ta’ Diċembru 2011. Il-moviment ta’ annimali bħal dawn għalhekk għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jiġu rreġistrati l-kodiċi individwali tal-annimali fid-dokument ta’ moviment sal-31 ta’ Diċembru 2011. Wara din id-data, il-maġġoranza kbira tal-popolazzjoni tan-nagħaġ u l-mogħoż għandha tkun identifikata elettronikament u r-reġistrazzjoni manwali tkun meħtieġa biss f’għadd żgħir ta’ każijiet, billi din tkun tikkonċerna biss l-annimali xjuħ li jittieħdu fi stabbilimenti oħra u mhux fil-biċċeriji. Il-piż li jinġarr mid-detenturi minħabba f’reġistrazzjoni ta’ din ix-xorta wara l-31 ta’ Diċembru 2011, kif ukoll is-sorsi potenzjali ta’ żbalji, għandhom imbagħad ikunu f’livelli aċċettabbli. |
(12) |
Huwa għalhekk xieraq li jinħolqu ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji matul il-perjodu inizjali tas-sistema fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kodiċi individwali tal-annimali fid-dokument ta’ moviment tal-annimali li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 2010. |
(13) |
Il-Parti C tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 tistipula t-tagħrif li għandu jkun hemm fid-dokument ta’ moviment. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment tad-destinazzjoni mhuwiex dejjem disponibbli fl-istabbiliment tat-tluq. L-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni jew tad-detentur li jmiss għandhom ikunu aċċettabbli bħala alternattiva. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 25.
(3) COM(2007) 711.
ANNESS
“ANNESS
A. MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI
1. |
L-awtorità kompetenti għandha tapprova mezzi ta’ identifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(1), li għandhom jitfasslu b’tali mod li:
|
2. |
Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom juru kodiċi li jipprovdi t-tagħrif li ġej fl-ordni li qed tintwera:
Flimkien mal-kodiċi msemmija fil-punti (a) u (b), u sakemm dawn il-kodiċi jkunu jistgħu jinqraw, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza bar code kif ukoll iż-żieda ta’ tagħrif supplementari mid-detentur. |
3. |
L-ewwel mezz ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) għandu jaqbel mal-kriterji stipulati jew f’punt (a) jew (b).
|
4. |
It-tieni mezz ta’ identifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(b), għandu jaqbel mal-kriterji li ġejjin:
|
5. |
Is-sistema msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) teħtieġ l-identifikazzjoni tal-annimali kemm skond l-istabbiliment kif ukoll individwalment, tipprovdi għall-proċedura ta’ sostituzzjoni meta l-mezz tal-identifikazzjoni tkun saret illeġibbli jew tkun intilfet, taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u mingħajr ma tikkomprometti t-traċċabbiltà bejn l-istabbilimenti, bl-għan li jiġi kkontrollat il-mard epiżootiku, u tippermetti li l-moviment tal-annimali jkun intraċċat fit-territorju nazzjonali, bl-istess għan. |
6. |
L-identifikatur elettroniku għandu jkun konformi ma’ dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:
|
7. |
Il-metodu ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jkun kif ġej:
L-Istati Membri li jużaw dan il-metodu alternattiv għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1). Jekk l-annimali identifikati b’konformità ma’ dan il-punt jew jinżammu wara li jkunu għalqu t-12 il-xahar jew huma maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u fil-każijiet kollha għadhom qed jinżammu fl-istabbiliment tat-twelid, dawn għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-punti 1 sa 4 qabel jitilqu minn dak l-istabbiliment. |
B. IR-REĠISTRU TAL-ISTABBILIMENT
1. |
Mid-9 ta’ Lulju 2005, ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:
|
2. |
Mill-31 ta’ Diċembru 2009, ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkun fih mill-inqas dan it-tagħrif aġġornat li ġej għal kull annimal li twieled wara din id-data:
Madankollu, għall-annimali identifikati skond il-punt 7 tat-Taqsima A, it-tagħrif imsemmi minn (a) sa (d) ta’ dan il-punt għandu jingħata għal kull lott ta’ annimali li jkollhom l-istess identifikazzjoni u għandu jinkludi l-għadd tal-annimali. |
3. |
Ir-reġistru tal-istabbiliment għandu jkollu l-isem u l-firma tar-rappreżentant jew tal-uffiċjal approvat tal-awtorità kompetenti li jkun ivverifika r-reġistru u d-data li fiha kienet twettqet il-verifika. |
C. ID-DOKUMENTI TA’ MOVIMENT
1. |
Id-dokument ta’ moviment għandu jimtela mid-detentur fuq il-bażi ta’ mudell imħejji mill-awtorità kompetenti. Għandu jkun fih mill-anqas it-tagħrif li ġej:
|
2. |
Mill-1 ta’ Jannar 2011, id-dokument ta’ moviment għandu jkun fih il-kodiċi individwali ta’ identifikazzjoni għal kull annimal identifikat skond il-punti 1 sa 6 tat-Taqsima A, flimkien mat-tagħrif stipulat fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima. |
3. |
Madankollu, it-tagħrif imsemmi fil-punt 2 ma għandux ikun obbligatorju għall-annimali li jkunu twieldu sal-31 ta’ Diċembru 2009:
|
D. ID-DATABASE KOMPJUTERIZZATA
1. |
Id-database kompjuterizzata għandu jkun fiha mill-anqas it-tagħrif li ġej dwar kull qasam:
|
2. |
Bi qbil mal-Artikolu 8, għandu jkun kemm dħul fid-database għal kull moviment separat tal-annimali. Id-dħul għandu jinkludi mill-anqas it-tagħrif li ġej:
|
l-Awstrija |
AT |
040 |
il-Belġju |
BE |
056 |
il-Bulgarija |
BG |
100 |
Ċipru |
CY |
196 |
ir-Repubblika Ċeka |
CZ |
203 |
id-Danimarka |
DK |
208 |
l-Estonja |
EE |
233 |
il-Finlandja |
FI |
246 |
Franza |
FR |
250 |
il-Ġermanja |
DE |
276 |
il-Greċja |
EL |
300 |
l-Ungerija |
HU |
348 |
l-Irlanda |
IE |
372 |
l-Italja |
IT |
380 |
il-Latvja |
LV |
428 |
il-Litwanja |
LT |
440 |
il-Lussemburgu |
LU |
442 |
Malta |
MT |
470 |
l-Olanda |
NL |
528 |
il-Polonja |
PL |
616 |
il-Portugall |
PT |
620 |
ir-Rumanija |
RO |
642 |
is-Slovakkja |
SK |
703 |
is-Slovenja |
SI |
705 |
Spanja |
ES |
724 |
l-Iżvezja |
SE |
752 |
ir-Renju Unit |
UK |
826 |