EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0861

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 861/2008 tat- 2 ta' Settembru 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 li jistipula l-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

ĠU L 236, 3.9.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/861/oj

3.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 236/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 861/2008

tat-2 ta' Settembru 2008

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 li jistipula l-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2) tas-26 ta’ Ottubru 2004, il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 inbidel bi Protokoll 2 ġdid li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli pproċessati. Fl-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2008 (3), emenda l-prezzijiet ta' referenza mill-1 ta’ Frar 2008 li rriżulta fl-impożizzjoni ta' dazji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 3448/93.

(2)

Għaldaqstant il-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2008 (4).

(3)

Fl-implimentazzjoni tal-Protokoll 2, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2/2008 (5), emenda l-prezzijiet domestiċi ta' referenza mill-1 ta’ Awwissu 2008, bir-riżultat li l-miżuri ta' kumpens tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ikunu ffissati għal żero. Għaldaqstant, minn dakinhar, id-dazji fuq l-importazzjoni mhux se jibqgħu jitħallsu fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/1993 mill-Iżvizzera.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 għandu għaldaqstant jitħassar.

(5)

Billi l-prezzijiet ta' referenza kif emendati skont il-Protokoll 2 huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008, il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 634/2008 jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.

(3)  ĠU L 69, 13.3.2008, p. 34.

(4)  ĠU L 176, 4.7.2008, p. 3.

(5)  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Top