Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32008R0847

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2008 tat- 28 ta’ Awwissu 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

    ĠU L 231, 29.8.2008, str. 8—8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/847/oj

    29.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 231/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 847/2008

    tat-28 ta’ Awwissu 2008

    li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

    (2)

    F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-27 ta’ Awwissu 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-27 ta’ Awwissu 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 307,08 EUR/t.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2008.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

    (2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


    Góra