EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0775

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 ta’ l- 4 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 207, 5.8.2008, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/05/2021; Imħassar b' 32021R0758

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/775/oj

5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 775/2008

ta’ l-4 ta' Awwissu 2008

li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-addittiv canthaxanthin il-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali huma stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE ta’ l-24 ta’ Jannar 2003 li temenda l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ canthaxanthin fil-prodotti ta’ l-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). Għall-kategoriji koperti bid-Direttiva 2003/7/KE, dik id-Direttiva ssostitwixxiet il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 (3). Dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(2)

Mitluba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-Awtorità) adottat opinjoni fl-14 ta’ Ġunju 2007 dwar il-limiti massimi ta’ residwi (MRLs) għal canthaxanthin fil-prodotti ta’ l-għalf li joriġinaw minn annimali (4). Biex tiġi aċċettata d-doża ta’ canthaxanthin ta’ kuljum, l-Awtorità pproponiet li tistabbilixxi MRLs għal dik is-sustanza skond il-valuri mogħtija f’dik l-opinjoni.

(3)

L-MRLs għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-addittiv ta’ l-għalf canthaxanthin skond dan flimkien mal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni eżistenti ta’ dan l-addittiv.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal canthaxanthin, flimkien mal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE, limiti massimi ta’ residwi għandhom japplikaw kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 211).

(2)  ĠU L 22, 25.1.2003, p. 28.

(3)  ĠU L 289, 28.10.1998, p. 4.

(4)  L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar il-Limiti Massimi ta' Residwi għal canthaxanthin fil-prodotti ta' l-għalf minn annimali magħlufin b'canthaxanthin użat bħala addittiv ta' l-għalf. Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2007) 507, 1-19.


ANNESS

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Limiti Massimi ta’ Residwi (MRLs) fil-prodotti ta’ l-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali

Koloranti inklużi l-pigmenti

1.

Carotenoids u xanthophylls

E161 g

Canthaxanthin

C40H52O2

Tjur minbarra t-tiġieġ tal-bajd

15 mg canthaxanthin/kg ta’ fwied (tessut niedi) u 2.5 mg canthaxanthin/kg ġilda/xaħam (tessut niedi)

Tiġieġ li jbidu

30 mg canthaxanthin/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut niedi)

Salamun

10 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi)

Trota

5 mg ta’ canthaxanthin/kg ta’ muskolu tessut niedi)

 

3.1

Canthaxanthin awtorizzat bħala kulur fil-prodotti ta’ l-għalf mir-regoli Komunitarji

 

Tjur minbarra t-tiġieġ tal-bajd

15 mg canthaxanthin/kg ta’ fwied (tixju mxarrba) u 2,5 mg canthaxanthin/kg ġilda/xaħam (tessut niedi)

Tiġieġ li jbidu

30 mg canthaxanthin/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut niedi)

Salamun

10 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi)

Trota

5 mg canthaxanthin/kg ta’ muskolu (tessut niedi)


Top