Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 32008R0698
Commission Regulation (EC) No 698/2008 of 23 July 2008 establishing a prohibition of fishing for blue whiting in EC and international waters of I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII and XIV by vessels flying the flag of Lithuania
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2008 tat- 23 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Litwanja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2008 tat- 23 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Litwanja
ĠU L 195, 24.7.2008, σ. 11 έως 12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Δεν ισχύει πλέον, Ημερομηνία λήξης ισχύος: 31/12/2008
24.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 195/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 698/2008
tat-23 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali fiż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Litwanja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (tas-Sajd) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (għall-Politika Komuni tas-Sajd) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
(3) ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 641/2008 (ĠU L 178, 5.7.2008, p. 17.).
ANNESS
Nru |
18/T&Q |
Stat Membru |
LTU |
Stokk |
WHB/1X14 |
Speċi |
Stokkafixx (Micromesistius poutassou) |
Żona |
L-ilmijiet tal-KE u Internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV |
Data |
3.6.2008 |