Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0498

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2008 ta' l- 4 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

    ĠU L 146, 5.6.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2011; Imħassar b' 32011R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/498/oj

    5.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 146/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 498/2008

    ta' l-4 ta’ Ġunju 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jipprovdi għal sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

    (2)

    Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje ta' l-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl ta' l-aħħar dejta disponibbli għall-2005, l-2006 u l-2007, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tadam, tal-berquq, tal-lumi, ta’ l-għanbaqar, tal-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, tal-lanġas u ta’ l-għeneb tal-mejda għandhom jiġu aġġustati.

    (3)

    B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skond dan.

    (4)

    Il-miżuri li provduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 352/2008 (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 9).

    (3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

    (4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


    ANNESS

    “ANNESS XVII

    DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

    Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura mħallta, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-iskop tal-kodiċi NM kif jeżistu fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Nru tas-Serje

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Perjodu ta’ l-iskattar

    Livell ta’ l-iskattar

    (tunnellati)

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

    638 044

    78.0020

    l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    181 614

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

    70 873

    78.0075

    l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

    46 491

    78.0085

    0709 90 80

    Qaqoċċ

    l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

    19 799

    78.0100

    0709 90 70

    Żukkini

    l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

    117 360

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

    454 253

    78.0120

    0805 20 10

    Klementin

    l-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

    606 155

    78.0130

    0805 20 30

    0805 20 50

    0805 20 70

    0805 20 90

    Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

    l-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

    104 626

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

    335 545

    78.0160

    l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

    64 453

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    il-21 ta’ Lulju sa l-20 ta’ Novembru

    89 754

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

    886 383

    78.0180

    l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

    81 237

    78.0220

    0808 20 50

    Lanġas

    l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

    257 029

    78.0235

    l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

    37 083

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

    4 199

    78.0265

    0809 20 95

    Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

    il-21 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Awwissu

    151 059

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż nuċiprisk

    il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    39 144

    78.0280

    0809 40 05

    Għanbaqar

    il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

    7 658 ”


    Top