Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0448

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2008 tat- 22 ta’ Mejju 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

    ĠU L 134, 23.5.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/448/oj

    23.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 134/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 448/2008

    tat-22 ta’ Mejju 2008

    li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

    (2)

    Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

    (3)

    Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

    (3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).

    (4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 346/2008 (ĠU L 108, 18.4.2008, p. 18).


    ANNESS

    għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

    “ANNESS I

    Kodici NM

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Prezz rappreżentattiv

    (EUR/100 kg)

    Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

    (EUR/100 kg)

    Oriġini (1)

    0207 12 10

    Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

    115,1

    0

    02

    0207 12 90

    Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

    112,9

    2

    01

    110,2

    2

    02

    125,4

    0

    04

    0207 14 10

    Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

    216,4

    25

    01

    256,9

    13

    02

    327,8

    0

    03

    0207 14 50

    Isdra tat-tiġieġ, friżati

    316,4

    0

    01

    281,0

    0

    02

    0207 14 60

    Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

    111,4

    9

    01

    0207 25 10

    Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati

    175,0

    0

    01

    0207 27 10

    Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

    320,0

    0

    01

    447,1

    0

    03

    0408 11 80

    Isfra mnixxfa tal-bajd

    442,5

    0

    02

    0408 91 80

    Bajd imnixxef bla qoxra

    466,3

    0

    02

    1602 32 11

    Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

    237,6

    15

    01

    3502 11 90

    Albumini mnixxfa tal-bajd

    560,1

    0

    02


    (1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

    01

    Il-Brażil

    02

    L-Arġentina

    03

    Iċ-Ċilì

    04

    It-Tajlandja.”


    Top