Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0396

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 396/2008 tad- 29 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

    ĠU L 118, 6.5.2008, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/396/oj

    6.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 118/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 396/2008

    tad-29 ta’ April 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”),

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 tat-2 ta’ Marzu 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan (2),

    Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   IL-PROĊEDURA TA’ QABEL

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004, il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità fuq friex tas-sodda tal-qoton li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302210081, 6302210089), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302229019), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302310090) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302329019), li joriġinaw mill-Pakistan. Ġie impost dazju anti-dumping ta’ 13.1 % fil-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji kollha li jesportaw il-prodott ikkonċernat fil-Komunità.

    (2)

    F’Mejju 2006, wara reviżjoni interim parzjali ex officio skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 695/2006 (3), emenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 u stabbilixxa rati ta’ dazju ġodda li jvarjaw minn 0 % għal 8.5 % bbażati fuq perjodu ta’ investigazzjoni ġdid (“PI” mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkoperaw, ġie stabbilit kampjun.

    (3)

    Il-kumpaniji magħżula fil-kampjun ingħataw ir-rati ta’ dazju individwali stabbiliti matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, filwaqt li kumpaniji oħrajn li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata medja kkalkulata ta’ dazju ta’ 5.8 %. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 8.5 % fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom jew li ma kkoperawx fl-investigazzjoni.

    (4)

    L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (“trattament ta’ produttur esportatur ġdid” jew “NEPT”).

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 925/2007 stabbilixxa d-determinazzjonijiet li jikkonċernaw tmintax-il kumpanija Pakistana li talbu NEPT. Erbgħa minn dawn il-kumpaniji ngħataw NEPT, filwaqt li t-talbiet ta’ l-erbatax-il kumpanija l-oħra ġew miċħuda.

    B.   TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA

    (6)

    Tlettax-il kumpanija addizzjonali Pakistana talbu li jingħataw NEPT.

    (7)

    Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, billi ġie vverifikat li:

    ma esportax fil-Komunità l-prodott deskritt fil-premessa (1) hawn fuq fil-perjodu bejn l-1 ta’ April 2003 u l-31 ta’ Marzu 2004,

    mhux relatat ma’ ebda esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti b’dan ir-Regolament u,

    effettivament esporta lejn il-Kommunità l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma msejsa l-miżuri, jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti fil-Komunità.

    (8)

    Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti kollha li ntalbu jipprovdu evidenza sabiex juru li ssodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq.

    (9)

    Produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn it-tliet kriterji jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5.8 % skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004.

    Ċ.   DETERMINAZZJONIJIET

    Kumpaniji li bagħtu tweġibiet mhux kompluti

    (10)

    Tliet kumpaniji Pakistanti li talbu NEPT ma wiġbux għall-ewwel kwestjonarju. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi ikkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti.

    Kumpaniji li bagħtu tweġiba kompluta

    (11)

    Fil-każ ta’ żewġ produtturi esportaturi Pakistani, l-eżami tat-tagħrif mibgħut wera li kien hemm biżżejjed evidenza biex juru li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004. Għalhekk, dawn iż-żewġ produtturi jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 5.8 %) skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (12)

    Kumpanija Pakistana waħda nstabet li kienet relatata ma’ kumpanija li kkoperat fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni u li esportat il-prodott ikkonċernat matul il-PI. Għalhekk, dan il-produttur ma ssodisfax it-tieni kriterju stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u t-talba tiegħu kellha tiġi miċħuda. Din il-kumpanija ġiet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma setgħetx titqies iktar u ngħatat l-opportunità li tikkummenta, imma ma bagħtet l-ebda tagħrif addizzjonali li seta’ jwassal għal bidla fid-determinazzjonijiet.

    (13)

    Tliet kumpaniji Pakistani nstabu li esportaw il-prodott ikkonċernat matul il-PI. Għalhekk, dawn it-tliet produtturi ma ssodisfawx l-ewwel kriterju stabbilit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 u t-talbiet tiegħu għal NEPT ġew miċħuda. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma setgħetx titqies iktar u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, imma ma bagħtu l-ebda tagħrif addizzjonali li seta’ jwassal għal bidla fid-determinazzjonijiet.

    (14)

    Tliet kumpaniji Pakistani ma kinux kapaċi jippruvaw li biegħu l-prodott ikkonċernat lill-Komunità wara l-PI jew li kienu daħlu f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesportaw kwantità sinifikanti lejn il-Komunità. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit jekk dawn il-kumpaniji kinux esportaw il-prodott ikkonċernat wara l-PI kif stipulat fit-tielet kriterju fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u għalhekk it-talbiet tagħhom għal NEPT ġew miċħuda. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma setgħetx titqies iktar u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw, imma ma bagħtu l-ebda tagħrif addizzjonali li seta’ jwassal għal bidla fid-determinazzjonijiet.

    (15)

    Kumpanija Pakistan ma kinitx kapaċi tipprova li kienet produttur ikkonċernat u ma forniet l-ebda evidenza ta’ sostenn ta’ l-ebda bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-KE wara l-PI. Dan l-applikant għalhekk ma ssodisfax il-kriterju bażiku ta’ produttur esportatur u l-applikazzjoni tiegħu ma setgħetx tiġi kkunsidrata aktar. Din il-kumpanija ġiet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma setgħetx titqies iktar u ngħatat l-opportunità li tikkummenta, imma ma bagħtet l-ebda tagħrif addizzjonali li seta’ jwassal għal bidla fid-determinazzjonijiet.

    (16)

    L-applikanti kollha u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bid-determinazzjonijiet finali ta’ l-eżami u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom.

    D.   KONKLUŻJONI

    (17)

    B’kunsiderazzjoni għad-determinazzjonijiet imsemmija fil-premessa (11), żewġ produtturi esportaturi Pakistani nstabu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 biex jingħataw NEPT. Dawn il-kumpaniji għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista ta’ manifatturi li kkoperaw fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 u jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju ta’ 5.8 %. It-talbiet mibgħuta mill-ħdax-il kumpanija Pakistana li jibqa’ għandhom ikunu miċħuda għar-raġunijiet spjegati hawn fuq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista, fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, ta’ manifatturi li kkooperaw, għandha tinbidel b’dan li ġej:

    Isem

    Indirizz

    “A.B. Exports (PVT) Ltd

    Off. No 6, Ground Floor,

    Business Center, New Civil Lines,

    Faisalabad

    A.S.T. (PVT) Limited

    Saba Square 2-C, Saba Commercial Street No 3,

    Phase V Extension, D.H. Authority,

    Karachi

    Aala Processing Industries (PVT) LTD

    5 KM Satyana Road

    Faisalabad 38000

    Abdur Rahman Corporation (Pvt) Ltd

    P-214 Muslim Town #1,

    Sargodha Road,

    Faisalabad

    Adil Waheed Garments

    66-Zubair Colony, Jaranwala Road,

    Faisalabad

    Afroze Textile Industries (Pvt) Ltd

    LA 7/1-7, Block 22 F.B. Area,

    Karachi

    Al Musawar Textile (PVT) Ltd

    Atlas Street, Maqbool Road,

    Faisalabad

    M/S Al-Ghani International

    202 Bhaiwala, Ghona Road,

    Faisalabad

    Al-Karam Textile Mills (PVT) Ltd

    3rd floor, K.D.L.B. Building,

    58-West Wharf Road,

    Karachi

    Al-Latif

    W,S, 24, Block-2, Azizabad, F.B. Area,

    Karachi-75950

    Al-Noor Processing & Textile Mills

    Sargodha Road,

    Near Bava Chak,

    Faisalabad

    Al-Raheem Textile

    F/40, Block-6, P.E.C.H.S.,

    Karachi

    Ameer Enterprises

    3rd floor, Bismillah Centre, Street No 2,

    Karkhana Bazar, Yanr Market,

    Faisalabad

    Amsons Textile Mills (PVT) Ltd

    D-14/B, S.I.T.E.,

    Karachi

    Amtex (Private) Limited

    1-Km, Khurrianwala-Jaranwala Road,

    Faisalabad

    Anjum Textile Mills (PVT) Ltd

    Anjum Street, Nalka Kohala, Sargodha Road,

    Faisalabad

    Ansa Industries

    Plot #16, Sector C-2

    Karachi Exporting Processing Zone

    Landhi Industrial Area

    Karachi 74000

    Apex Corporation

    1-19, Arkay Square,

    PO Box 13373,

    Karachi

    M/S Arif Textiles Private Limited

    Karim Bibi Street, Bawa Chak,

    Sargodha Road

    Faisalabad

    Arshad Corporation

    1088/2, Jail Road

    Faisalabad 38000

    Arzoo Textile Mills Ltd

    2.6 km, Jaranwala Road, Khurrinwala,

    Faisalabad

    Asia Textile Mills

    D-156, S.I.T.E. Avenue,

    Karachi

    Aziz Sons

    D21/Karach, S.I.T.E.,

    Karachi-75700

    B.I.L. Exporters

    15/5, Sector 12/C, North Karachi Industrial Area,

    Karachi

    Baak Industries

    P-107, Akbarabad, Near Allied Hospital,

    Faisalabad

    Be Be Jan Pakistan Limited

    Square No 7, Chak No 204/R.B.,

    Faisalabad

    Bela Textiles Ltd

    A-29/A, S.I.T.E.,

    Karachi

    Bismillah Fabrics (PVT) Ltd

    3 Km, Jhumbra Road, Khurrianwala,

    Faisalabad

    Bismillah Textiles (PVT) Ltd

    1. KM, Jaranwala Road, Khurrianwala,

    Faisalabad

    Classic Enterprises

    B-1/1, Sector 15, Korangi Industrial Area,

    Karachi

    M/S Club Textile

    Sargodha Road, Ali Block

    Faisalabad

    Cotton Arts (PVT) Ltd

    613/1, Dagrawaan Road,

    Faisalabad

    D.L. Nash (Private) Ltd

    11, Timber Pond, Keamari Road,

    Karachi-75620

    Dawood Exports PVT Ltd

    PO Box 532, Sargodha Road,

    Faisalabad

    Decent Textiles

    P-1271, Abdullahpur, West Canal Road,

    Faisalabad

    En Em Fabrics (Pvt) Ltd

    10th Km, Sargodha Road,

    Faisalabad

    En Em Industries Ltd

    10th Km, Sargodha Road,

    Faisalabad

    Enn Eff Exports

    4th floor, Business Centre, New Civil Lines,

    Faisalabad

    Faisal Industries

    Office 205, Madina City Mall,

    Abdullah Haroon Road, Saddar,

    Karachi

    Fashion Knit Industries

    5-Business Centre, Ground Floor,

    Mumtaz Hassan Road,

    Karachi

    Fateh Textile Mills Limited

    PO Box No 69, Hali Road, S.I.T.E.,

    Hyderabad

    Gerpak Textile (PVT) Ltd

    317 Clifton Centre, Schon Circle,

    Kehkashan Clifton,

    Karachi

    Gohar Textile mills

    208 Chak Road, Zia Town,

    Faisalabad

    H.A. Industries (PVT) Ltd

    10 KM, Jaranwala Road,

    Faisalabad

    Haroon Fabrics (Private) Limited

    P-121, Rafique Colony, Jail Road,

    Faisalabad

    Hay’s (PVT) Limited

    A-33, (C), Textile Avenue, S.I.T.E.,

    Karachi-75700

    M/S Home Furnishings Limited

    Plot No 1, 2, 10, 11, Sector IX-B.,

    Karachi Export Processing Zone, Karachi

    Homecare Textiles

    D-115, S.I.T.E.,

    Karachi

    Husein Industries Ltd

    HT-8 Landhi Industrial & Trading Estate,

    Landhi, Karachi

    Ideal International

    A-63/A, SIND Industrial Trading Estate,

    Karachi-75700

    J.K. Sons Private Limited

    3-1/A, Peoples Colony

    Jaranwala Road

    Faisalabad

    Jaquard Weavers

    811 Mahmoodabad Colony,

    Multan

    Kam International

    F-152, S.I.T.E.,

    Karachi

    Kamal Spinning Mills

    4th KM, Jranwala Road, Khurrianwala,

    Faisalabad

    Kausar Processing Industries (PVT) Ltd

    P-61 Gole Chiniot Bazar,

    Faisalabad

    Kausar Textile Industries (PVT) Ltd

    Maqbool Road,

    Faisalabad

    Khizra Textiles International

    P-68, First Floor, Tawakal Cloth Market,

    Gol Chiniot Bazar,

    Faisalabad-38000

    Kohinoor Textile Mills Limited

    Peshawar Road,

    Rawalpindi

    Latif International (PVT) Ltd

    Street No 1, Abdullahpur,

    Faisalabad

    Liberty Mills Limited

    A/51-A, S.I.T.E.,

    Karachi

    M/s M.K. SONS Pvt Limited

    2 KM, Khurrianwala, Jarranwala Road,

    Faisalabad

    MSC Textiles (PVT) Ltd

    P-19, 1st floor, Montgomery Bazar,

    Faisalabad

    Mughanum (PVT) Ltd

    P-162, Circular Road,

    Faisalabad

    Mustaqim Dyeing & Printing Industries (Pvt) Ltd

    D-14/A, Bada Board, S.I.T.E.,

    Karachi

    Naseem Fabrics

    Suite #404, 4th floor, Faisalcomplex,

    Bilal Road, Civil Lines,

    Faisalabad

    Nawaz Associates

    87 D/1 Main Boulevard Gulberg III,

    Lahore

    Nazir Industries

    Suite 3, 7th floor, Textile Plaza,

    M.A. Jinnah Road,

    Karachi-74000

    Niagara Mills (PVT) Ltd

    Kashmir Road, Nishatabad,

    Faisalabad

    Nina Industries Limited

    A-29/A, S.I.T.E.,

    Karachi

    Nishitex Enterprises

    P-224, Tikka Gali No 2, Y.Y. Plaza.,

    1st floor, Montgomery Bazar,

    Faisalabad

    Parsons Industries (PVT) Ltd

    E-53 S.I.T.E.,

    Karachi

    Popular Fabrics (PVT) Limited

    Plot 115, Landhi Industrial Area,

    Karachi

    Rainbow Industries

    810/A, Khanewal Road,

    Multan

    Rehman International

    P-2, Al Rehman House,

    Ghulam Rasool Nagar Main Road,

    Sarfraz Colony, Faisalabad

    Sadaqat Textile Mills Pvt Ltd

    Sadaqat Street, Sargodha Road,

    Faisalabad

    Sadiq Siddique Co.

    170-A, Latif Cloth Market, M.A. Jinnah Road,

    Karachi

    Sakina Exports International

    #313, Dada Chambers, M.A. Jinnan Road,

    Karachi-74000

    Samira Fabrics (PVT) Ltd

    401-403, Chapal Plaza, Hasrat Mohani Road,

    Karach

    Sapphire Textile Mills Limited

    313, 3rd floor, Cotton exchange Bldg. I.I.,

    Chundrigar Road,

    Karachi

    Shahzad Siddique (PVT) Ltd

    4,5 KM, Khurrainwala Jaranwala Road,

    Faisalabad

    Shalimar Cotton Export (PVT) Ltd

    Yousaf Chowk, Sargodha Road,

    Faisalabad

    Sharif Textiles Industries (PVT) Ltd

    PO Box 265, Satiana Road,

    Faisalabad

    Shercotex

    39/c, Peoples Colony,

    Faisalabad

    Sitara Textile Industries Limited

    6- K.M., Sargodha Road,

    Faisalabad

    South Asian Textile Inds.

    Street No 3, Hamedabad Colony, Vehari Road,

    Multan

    Sweety Textiles Pvt Ltd

    P-237, 2nd floor, Hassan Arcade

    Montgomery Bazar,

    Faisalabad

    Tex-Arts

    P-22, 1st floor, Montgomery Bazar,

    Faisalabad

    The Crescent Textile Mills Ltd

    Sargodha Road,

    Faisalabad

    Towellers Limited

    WSA 30-31, Block 1, Federal B,

    Karachi

    Union Exports (PVT) Limited

    D-204/A, S.I.T.E.,

    Karachi-75700

    United Finishing Mills Ltd

    2nd floor, Regency Arcade, The Mall,

    Faisalabad

    United Textile Printing Industries (Pvt) Ltd

    PO Box 194, Maqbool Road,

    Faisalabad

    Wintex Exports PVT Ltd

    P-17/A, Main Road, Sarfaraz Colony,

    Faisalabad

    Zafar Fabrics (PVT) Limited

    Chak No 119, J.B. (Samana), Sargodha Road,

    Faisalabad

    Zamzam Weaving and Processing Mills

    Bazar 1, Razabad,

    Faisalabad

    ZIS Textiles Private Limited

    3Km Sheikhupaura Road

    Khurrianwala

    Faisalabad”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 29 ta’ April 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

    (2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 925/2007 (ĠU L 202, 3.8.2007, p. 1).

    (3)  ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14.


    Top