EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0385
Commission Regulation (EC) No 385/2008 of 29 April 2008 amending Council Regulation (EC) No 194/2008 renewing and strengthening the restrictive measures in respect of Burma/Myanmar and repealing Regulation (EC) No 817/2006
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2008 tad- 29 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2008 tad- 29 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006
ĠU L 116, 30.4.2008, p. 5–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2013; Imħassar b' 32013R0401
30.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 116/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 385/2008
tad-29 ta’ April 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1)(b), tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness VII tar-Regolment (KE) Nru 194/2004 jelenka impriżi li huma proprjetà tal-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jew minn membri jew persuni assoċjati magħhom, kif ukoll jekk huma kkontrollati minnhom, suġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-investiment taħt dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/349/PESK tad-29 ta’ April 2008 (2) temenda l-Anness II u l-Anness III tal-Pożizzjoni Komuni 2006/318/PESK tas-27 ta’ April 2006. Għalhekk, l-Anness VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 817/2006 għandu jiġi emendat b’konformità ma’ dan. |
(4) |
Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru. 194/2008 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru. 194/2008 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(2) Ara paġna 57 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
L-Anness vi tar-Regolament (KE) Nru. 194/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
In-noti li ġejjin huma miżjuda man-Noti tat-Tabella:
|
(2) |
Taħt l-intestatura “A. KUNSILL GĦALL-PAĊI U L-IŻVILUPP TA' L-ISTAT (SPDC)”,
|
(3) |
Taħt l-intestatura “B. KMANDANTI REĠJONALI”,
|
(4) |
Taħt l-intestatura “C. VIĊI-KMANDANTI REĠJONALI”,
|
(5) |
Taħt l-intestatura “D. MINISTRI”,
|
(6) |
Taħt l-intestatura “E. VIĊI-MINISTRI”,
|
(7) |
Taħt l-intestatura “G. UFFIĊJALI MILITARI GĦOLJA”,
|
(8) |
Taħt l-intestatura “H. UFFIĊJALI MILITARI LI JAMMINISTRAW IL-ĦABSIJIET U L-PULIZIJA”, l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jinżiedu fl-ordni numeriku xieraq:
|
(9) |
Taħt l-intestatura “I. L-ASSOĊJAZZJONI GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-IŻVILUPP TA' L-UNJONI (USDA)”,
|
(10) |
L-intestatura “J. PERSUNI LI JIBBENEFIKAW MINN POLITIKI EKONOMIĊI TAL-GVERN” qed tiġi sostitwita b’ “J. PERSUNI LI JIBBENEFIKAW MINN POLITIKI EKONOMIĊI TAL-GVERN U PERSUNI OĦRAJN ASSOĊJATI MAR-REĠIM”
|
ANNESS II
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru. 194/2008 huwa emendat kif ġej:
Isem |
Indirizz |
Direttur/sid/informazzjoni addizzjonali |
Id-data ta' l-inklużjoni fil-lista |
(1) |
L-annotazzjoni 4 taħt it-taqsima “I. UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD.”, sottointestatura “Impriżi Konġunti”, “A. Manifattura”, għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej (it-tibdil huwa muri b'tipa grassa):
|
(2) |
Taqsima ġdida “III. IMPRIŻI KUMMERĊJALI LI HUMA PROPRJETÀ TAL-GVERN” għandha tiddaħħal wara t-taqsima intitolata “II. KORPORAZZJONI EKONOMIKA TAL-MJANMAR (MEC)”, flimkien ma' l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
It-taqsima “III. OĦRAJN” għandha tinbidel f’taqsima “IV. OĦRAJN” u l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sostitwiti bl-annotazzjonijiet t’hawn taħt (it-tibdil jidher b’tipa grassa):
|
(4) |
Taħt l-intestatura “IV. Oħrajn”, qed jinżiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|