Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0293

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2008 ta’ l- 1 ta’ April 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-limiti nazzjonali stabbiliti fl-anness imsemmi

    ĠU L 90, 2.4.2008, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/02/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0073

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/293/oj

    2.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 90/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 293/2008

    ta’ l-1 ta’ April 2008

    li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-limiti nazzjonali stabbiliti fl-anness imsemmi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment l-Artikolu 12(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti nazzjonali li ma għandhomx jinqabżu ta’ l-ammonti supplementari ta’ għajnuna previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament imsemmi.

    (2)

    Mir-reviżjoni prevista fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jirriżulta li l-limiti stabbiliti fl-Anness II m’għadhomx jikkorrispondu għas-sitwazzjoni strutturali ta’ l-istabbilimenti agrikoli. Jeħtieġ għalhekk li l-limiti applikabbli jiġu adattati b’bidu mis-sena 2008.

    (3)

    Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel mit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 1 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS II

    Il-limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 12(2)

    (f’miljuni ta’ EUR)

    Stat Membru

    2005

    2006

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    Il-Belġju

    4,7

    6,4

    8,0

    7,9

    7,9

    7,9

    7,9

    7,9

    Id-Danimarka

    7,7

    10,3

    12,9

    10,6

    10,6

    10,6

    10,6

    10,6

    Il-Ġermanja

    40,4

    54,6

    68,3

    62,7

    62,7

    62,7

    62,7

    62,7

    L-Irlanda

    15,3

    20,5

    25,6

    24,4

    24,4

    24,4

    24,4

    24,4

    l-Greċja

    45,4

    61,1

    76,4

    79,0

    79,0

    77,6

    77,6

    77,4

    Spanja

    56,9

    77,3

    97,0

    98,3

    98,3

    97,8

    97,8

    97,8

    Franza

    51,4

    68,7

    85,9

    87,0

    87,0

    87,0

    87,0

    87,0

    L-Italja

    62,3

    84,5

    106,4

    96,9

    97,0

    95,6

    94,9

    94,9

    Il-Lussemburgu

    0,2

    0,3

    0,4

    0,4

    0,4

    0,4

    0,4

    0,4

    L-Olanda

    6,8

    9,5

    12,0

    11,4

    11,4

    11,4

    11,4

    11,4

    L-Awstrija

    12,4

    17,1

    21,3

    19,6

    19,6

    19,6

    19,6

    19,6

    Il-Portugall

    10,8

    14,6

    18,2

    10,2

    10,2

    10,2

    10,2

    10,2

    Il-Finlandja

    8,0

    10,9

    13,7

    12,6

    12,6

    12,5

    12,5

    12,5

    L-Iżvezja

    6,6

    8,8

    11,0

    11,0

    11,0

    11,0

    11,0

    11,0

    Ir-Renju Unit

    17,7

    23,6

    29,5

    29,5

    29,5

    29,5

    29,5

    29,5 ”


    Top