Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0113

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 113/2008 tas- 6 ta’ Frar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1979/2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat impurtat minn pajjiżi terzi

    ĠU L 33, 7.2.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/113/oj

    7.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 33/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 113/2008

    tas-6 ta’ Frar 2008

    li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1979/2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat impurtat minn pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u partikolarment l-Artikolu 36(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 (2) jirrikjedi l-pussess ta’ ċertifikat ta’ oriġini għall-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat li joriġina fiċ-Ċina skond il-kwota tal-GATT.

    (2)

    Iċ-ċertifikati ta’ oriġini kienu introdotti sabiex jiżguraw allokazzjoni ġusta tal-kwota lill-pajjiżi fornituri differenti.

    (3)

    Minħabba tibdil fis-suq, bħalissa pajjiż fornitur wieħed biss, iċ-Ċina, għandu allokazzjoni speċifika għall-pajjiż stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1979/2006. Il-pajjiżi fornituri kollha l-oħra jaqgħu fil-kategorija ta’ “Pajjiżi terzi oħra”. Ir-rata ta’ l-utilizzazzjoni tal-kwota allokata lil “Pajjiżi terzi oħra” hija baxxa ħafna.

    (4)

    Iċ-ċertifikati ta’ oriġini huma għalhekk superfluwi u għandhom ikunu aboliti għal skopijiet ta’ simplifikazzjoni.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1979/2006 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

    (6)

    Il-miżuri li provduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 11 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 b'dan huma mħassra.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Franco FRATTINI

    Viċi President


    (1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 91.


    Top